EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1874

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1874 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar id-data li trid tiġi pprovduta għall-2020 skont ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011, fir-rigward tal-lista ta' varjabbli u d-deskrizzjoni tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/7861

ĠU L 306, 30.11.2018, p. 14–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1874/oj

30.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1874

tad-29 ta' Novembru 2018

dwar id-data li trid tiġi pprovduta għall-2020 skont ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011, fir-rigward tal-lista ta' varjabbli u d-deskrizzjoni tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamet (UE) 2018/1091 jipprovdi kemm qafas għall-istatistika Ewropea fil-livell tal-azjendi agrikoli kif ukoll għall-integrazzjoni ta' informazzjoni dwar l-istruttura tagħhom b'informazzjoni dwar il-metodi ta' produzzjoni, il-miżuri ta' żvilupp rurali, l-aspetti agroambjentali u informazzjoni relatata oħra.

(2)

L-Istati Membri għandhom jiġbru data li tikkorrispondi għall-estensjoni tal-qafas ewlieni, kif ukoll mas-suġġetti u s-suġġetti ddettaljati fi ħdan il-moduli stipulati fir-Regolament (UE) 2018/1091.

(3)

L-għadd kumplessiv ta' varjabbli għall-qafas ewlieni u għall-moduli ma għandux jaqbeż 300, f'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2018/1091.

(4)

Ma għandhiex tiġi imposta spiża addizzjonali sinifikanti fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri li tirriżulta f'piż sproporzjonat u mhux iġġustifikat, f'konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2018/1091.

(5)

Il-miżuri ta' dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-deskrizzjoni tal-varjabbli tad-data strutturali ewlenija elenkati fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2018/1091 għandha tkun kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-lista tal-varjabbli għas-suġġetti u għas-suġġetti ddettaljati fi ħdan kull modulu hija stipulata fl-Anness II.

3.   Id-deskrizzjonijiet tal-varjabbli li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għas-suġġetti u għas-suġġetti ddettaljati fi ħdan kull modulu kif elenkati fl-Anness II għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1.


ANNESS I

Deskrizzjoni tal-varjabbli li jridu jintużaw għad-data strutturali ewlenija u għall-estensjoni tal-qafas kif speċifikat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/1091

I.

VARJABBLI ĠENERALI

Informazzjoni tal-istħarriġ

CGNR 001

Identifikatur tal-azjenda agrikola

L-identifikatur uniku tal-azjenda agrikola huwa identifikatur numeriku uniku għat-trażmissjoni tad-data.

Post tal-azjenda agrikola

L-azjenda agrikola tinsab fejn hija twettaq l-attività agrikola prinċipali tagħha.

CGNR 002

Post ġeografiku

Il-kodiċi taċ-ċellola tal-Grilja ta' Unitajiet Statistiċi INSPIRE ta' 1 km għall-użu madwar l-Ewropa (1), ta' fejn tkun tinsab l-azjenda agrikola. Dan il-kodiċi jintuża biss għall-finijiet ta' trażmissjoni.

Għall-finijiet ta' tixrid, minbarra l-mekkaniżmi normali ta' kontroll tad-divulgazzjoni għad-data tabulari, il-grilja ta' 1 km tintuża biss jekk ikun hemm aktar minn 10 azjendi agrikoli fil-grilja; jekk dan ma jkunx il-każ, jintużaw grilji mbejta ta' 5 km, ta' 10 km jew akbar, kif meħtieġ.

CGNR 003

Reġjun NUTS 3

Il-kodiċi tar-reġjun NUTS 3 (2) (skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)) li fih tinsab l-azjenda.

CGNR 004

L-azjenda agrikola għandha żoni ddeżinjati bħala li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Informazzjoni dwar żoni b'restrizzjonijiet naturali (ANC) trid tiġi pprovduta f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

 

L — l-azjenda agrikola tinsab f'żona li mhijiex żona muntanjuża, b'restrizzjonijiet naturali sinifikanti

 

M — l-azjenda agrikola tinsab f'żona muntanjuża

 

O — l-azjenda agrikola tinsab f'żona oħra b'restrizzjonijiet speċifiċi

 

N — l-azjenda agrikola mhijiex parti minn żona b'restrizzjonijiet naturali

Personalità ġuridika tal-azjenda agrikola

Il-personalità ġuridika tal-azjenda agrikola tiddependi fuq l-istatus tal-proprjetarju.

 

Ir-responsabbiltà ġuridika u ekonomika tal-azjenda agrikola hija koperta minn:

CGNR 005

Persuna fiżika li hija l-proprjetarju uniku, fejn l-azjenda agrikola hija indipendenti

Individwu u persuna fiżika li hija l-proprjetarju ta' azjenda agrikola li mhija relatata ma' ebda azjenda agrikola ta' proprjetarji oħra, kemm b'ġestjoni komuni kif ukoll b'arranġamenti simili.

Azjendi agrikoli li jissodisfaw din il-kundizzjoni jissejħu azjendi agrikoli bi proprjetarju uniku .

CGNR 006

Jekk iva, il-proprjetarju huwa wkoll il-maniġer?

CGNR 007

Jekk le, il-maniġer huwa membru tal-familja tal-proprjetarju?

CGNR 008

Jekk iva, il-maniġer huwa l-konjuġi tal-proprjetarju?

CGNR 009

Sjieda kondiviża

Persuni fiżiċi li huma l-proprjetarju uniku ta' azjenda agrikola li mhija relatata ma' ebda azjenda agrikola ta' proprjetarji oħra, u li jikkondividu s-sjieda u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola.

CGNR 010

Żewġ persuni fiżiċi jew aktar li huma sħab, fejn l-azjenda agrikola hija azjenda-grupp

Sieħeb/sħab ta' azjenda li tappartjeni għal grupp huma persuni fiżiċi li flimkien jippossedu, jikru jew b'xi mod ieħor jimmaniġġjaw azjenda agrikola waħda, jew flimkien jimmaniġġjaw l-azjendi individwali tagħhom bħallikieku kienu azjenda waħda. Din it-tip ta' kooperazzjoni trid tkun jew f'konformità mal-liġi, jew bi ftehim bil-miktub.

CGNR 011

Persuna ġuridika

Entità ġuridika għajr persuna fiżika iżda li jkollha d-drittijiet u d-dmirijiet normali ta' individwu, bħall-kapaċità li tfittex jew li tiġi mfittxa bil-qorti (kapaċità ġuridika ġenerali proprja).

CGNR 012

Jekk iva, l-azjenda agrikola hija parti minn grupp ta' intrapriżi?

Grupp ta' intrapriżi huwa assoċjazzjoni ta' intrapriżi marbuta flimkien b'rabtiet legali u/jew finanzjarji u kkontrollata mill-kap tal-grupp.

“Intrapriża” hija l-iżgħar kombinament ta' unitajiet legali, jiġifieri unità organizzazzjonali li tipproduċi oġġetti u servizzi, li tkun tgawdi minn ċertu grad ta' awtonomija fit-teħid ta' deċiżjonijiet, speċjalment għall-allokazzjoni tar-riżorsi attwali tagħha. Intrapriża twettaq attività waħda jew aktar f'post wieħed jew aktar. Intrapriża tista' tkun unità legali unika.

CGNR 013

L-azjenda agrikola hija unità f'art komuni

Għall-finijiet tal-ġbir u r-reġistrazzjoni ta' data, azjenda agrikola fuq “unità ta' art komuni” hija entità li tikkonsisti mill-erja agrikola użata (EAU) li tintuża minn azjendi agrikoli oħra taħt drittijiet komuni.

CGNR 014

Il-proprjetarju huwa benefiċjarju ta' appoġġ mill-UE għall-art jew għall-annimali fl-azjenda agrikola, u għalhekk huwa inkluż fis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll (SIAK)

Il-proprjetarju huwa bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u l-applikazzjoni għal sussidju ġiet aċċettata.

CGNR 015

Il-proprjetarju huwa bidwi żagħżugħ jew entrant ġdid fil-biedja li rċieva appoġġ finanzjarju għal dan il-għan taħt il-politika agrikola komuni (PAK) fit-tliet snin preċedenti

L-appoġġ finanzjarju jista' jirreferi għal pagamenti diretti skont l-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew għall-appoġġ ipprovdut minn programmi tal-iżvilupp rurali skont l-Artikolu 19(1)(a)(i) — għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal bdiewa żgħażagħ, tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Maniġer tal-azjenda agrikola

Il- maniġer tal-azjenda agrikola huwa l-persuna fiżika responsabbli għall-attivitajiet finanzjarji u ta' produzzjoni normali ta' kuljum fl-azjenda agrikola.

Xogħol agrikolu jitqies bħala kull tip ta' xogħol fuq l-azjenda agrikola li jikkontribwixxi jew:

(i)

għall-attivitajiet iddefiniti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) 2018/1091

(ii)

għall-manutenzjoni tal-mezzi tal-produzzjoni; jew

(iii)

għall-attivitajiet li huma dderivati direttament minn dawn l-azzjonijiet produttivi.

Il- ħin imqatta' fuq xogħol agrikolu fl-azjenda agrikola huwa l-ħin tax-xogħol fil-fatt iddedikat għal xogħol agrikolu għall-azjenda agrikola, bl-esklużjoni tax-xogħol fl-unitajiet domestiċi tal-proprjetarju jew tal-maniġer.

Unità ta' xogħol annwali (UXA) hija l-impjieg ekwivalenti għall-full-time, jiġifieri l-ammont totali ta' sigħat maħduma diviż bl-ammont annwali medju ta' sigħat maħduma f'xogħlijiet full-time fil-pajjiż ikkonċernat.

Full-time tfisser l-għadd minimu ta' sigħat meħtieġa mir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-kuntratti ta' impjieg. Jekk dawn ma jiddikjarawx l-għadd ta' sigħat annwali, allura 1 800 siegħa għandhom jittieħdu bħala ċ-ċifra minima (225 jum tax-xogħol ta' tmien sigħat kuljum).

CGNR 016

Sena tat-twelid

Is-sena tat-twelid tal-maniġer tal-azjenda agrikola

CGNR 017

Sess

Is-sess tal-maniġer tal-azjenda agrikola:

 

M — Maskil

 

F — Femminil

CGNR 018

Xogħol agrikolu fl-azjenda agrikola (minbarra xogħol tad-dar)

Medda perċentwali ta' unitajiet ta' xogħol annwali (6) ta' xogħol agrikolu mwettaq mill-maniġer tal-azjenda agrikola.

CGNR 019

Sena ta' klassifikazzjoni bħala maniġer ta' azjenda agrikola

Is-sena li fiha l-maniġer tal-azjenda agrikola beda l-kariga tiegħu

CGNR 020

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

L-ogħla livell ta' edukazzjoni agrikola milħuq mill-maniġer:

 

PRACT — esperjenza agrikola prattika biss, jekk l-esperjenza tal-maniġer inkisbet permezz ta' xogħol prattiku f'azjenda agrikola

 

BASIC — taħriġ agrikolu bażiku, jekk il-maniġer attenda xi korsijiet ta' taħriġ ikkompletati f'kulleġġ agrikolu ġenerali u/jew f'istituzzjoni li tispeċjalizza f'ċerti suġġetti (inklużi l-ortikultura, il-vitikultura, is-silvikultura, il-pixxikultura, ix-xjenza veterinarja, it-teknoloġija agrikola u suġġetti assoċjati); apprendistat agrikolu kkompletat jitqies bħala taħriġ bażiku

 

FULL — taħriġ agrikolu sħiħ, jekk il-maniġer ikun attenda xi kors ta' taħriġ kontinwament għall-ekwivalenti ta' taħriġ full-time ta' mill-inqas sentejn wara tmiem l-edukazzjoni obbligatorja, u jkun ikkompletah f'kulleġġ agrikolu, università jew istitut ieħor ta' edukazzjoni għolja fl-agrikoltura, l-ortikultura, il-vitikultura, is-silvikultura, il-pixxikultura, ix-xjenza veterinarja, it-teknoloġija agrikola jew suġġett assoċjat

CGNR 021

Taħriġ vokazzjonali li sar mill-maniġer matul l-aħħar 12–il xahar

Jekk il-maniġer ikun attenda taħriġ vokazzjonali, miżura jew attività ta' taħriġ ipprovduta minn ħarrieġ jew minn istituzzjoni ta' taħriġ li, bħala l-objettiv primarju tagħhom ikollhom l-akkwist ta' ħiliet ġodda relatati mal-attivitajiet tal-biedja jew attivitajiet relatati direttament mal-azjenda agrikola, jew inkella l-iżvilupp u t-titjib ta' ħiliet eżistenti.

Tip ta' pussess tal-EAU (fir-rigward tal-proprjetarju)

It-tip ta' pussess jiddependi fuq is-sitwazzjoni f'jum ta' referenza tas-sena tal-istħarriġ.

CGNR 022

Biedja fuq art proprja

Ettari ta' erja agrikola użata għall-biedja mill-azjenda agrikola u miżmuma mill-proprjetarju bħala proprjetà, jew inkella użata għall-biedja mill-proprjetarju li jaġixxi bħala użufruttwarju jew minn persuna li tikriha fit-tul jew taħt xi tip ta' pussess ekwivalenti ieħor.

CGNR 023

Biedja fuq art mikrija

Ettari ta' erja agrikola użata mikrija mill-azjenda agrikola għal kera fissa maqbula minn qabel (fi flus kontanti, in natura jew mod ieħor), u li għaliha jeżisti ftehim ta' kera (bil-miktub jew orali). L-erja agrikola użata hija allokata għal azjenda agrikola waħda biss. Jekk l-erja agrikola użata tinkera għal aktar minn azjenda agrikola waħda matul is-sena bażi, din normalment tiġi allokata lill-azjenda agrikola li magħha tkun assoċjata fil-jum ta' referenza fl-isħarriġ jew li tkun użatha għall-itwal perjodu matul is-sena bażi.

CGNR 024

Mezzadrija jew modalitajiet oħra ta' pussess

Ettari ta' erja agrikola użata li hija:

(a)

Kondiviża, jiġifieri użata għall-biedja fi sħubija bejn sid l-art u min jaħdimha bin-nofs skont kuntratt ta' mezzadrija bil-miktub jew orali. L-output (jew ekonomiku jew inkella fiżiku) tal-erja taħt mezzadrija jiġi kondiviż bejn iż-żewġ partijiet fuq bażi maqbul.

(b)

taħt modalitajiet oħra ta' pussess li mhumiex koperti fi bnadi oħra fil-partiti preċedenti.

CGNR 025

Art komuni

Ettari ta' erja agrikola użata li tintuża mill-azjenda agrikola iżda li ma tappartjenix lilha direttament, jiġifieri li fuqha japplikaw drittijiet komuni.

CGNR 026

Biedja organika

L-azjenda agrikola għandha produzzjoni li taqa' taħt prattiki agrikoli skont ċerti standards u regoli fissi speċifikati (i) fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (7) jew fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jew fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) fir-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għall-produzzjoni organika.

CGNR 027

EAU totali tal-azjenda agrikola li fuqha l-metodi ta' produzzjoni tal-biedja organika huma applikati u ċċertifikati skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Ettari ta' erja agrikola użata tal-azjenda agrikola li fuqha l-metodu ta' produzzjoni applikat jikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipji tal-produzzjoni organika fil-livell tal-azjenda agrikola, kif stipulat (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew fir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) fir-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni organika.

CGNR 028

EAU totali tal-azjenda agrikola li tinsab taħt konverżjoni għal metodi ta' produzzjoni tal-biedja organika li jridu jiġu ċċertifikati skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Ettari ta' erja agrikola użata tal-azjenda agrikola li fuqha jiġu applikati metodi ta' produzzjoni organika matul it-tranżizzjoni mill-produzzjoni mhux organika għall-produzzjoni organika f'perjodu stipulat (“perjodu ta' konverżjoni”) kif stipulat (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew fir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) fir-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali korrispondenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni organika.

CGNR 029

Parteċipazzjoni fi skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali oħra

L-azjenda agrikola tipparteċipa fi skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 43, il-paragrafi 2 u 3(b) jew fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (“skemi ta' ċertifikazzjoni attwali ekwivalenti għall-pagament ta' ekoloġizzazzjoni tal-PAK”), u l-applikazzjoni għal sussidju ġiet aċċettata.


II.   VARJABBLI TAL-ART

L-erja totali tal-azjenda agrikola tikkonsisti mill-erja agrikola użata (raba' li jinħadem, bwar permanenti, għelejjel permanenti u ġonna kulinari) kif ukoll art agrikola oħra (art agrikola mhux użata, masġar u art oħra li mhijiex ikklassifikata fi bnadi oħra).

L- erja li trid tinħasad għal kull partita hija magħrufa bħala l- erja prinċipali u tirreferi għall-erja fiżika tar-roqgħa art/tal-irqajja' art, irrispettivament minn jekk kienx hemm għalla waħda jew bosta għelejjel matul is-sena taż-żrigħ. Fil-każ ta' għelejjel annwali, l-erja prinċipali tikkorrispondi għall-erja miżrugħa; fil-każ ta' għelejjel permanenti, l-erja prinċipali hija l-erja mħawla totali; fil-każ ta' għelejjel suċċessivi, din tikkorrispondi għall-erja okkupata mill-għalla prinċipali fir-roqgħa art matul is-sena; fil-każ ta' għelejjel simultanji, din tikkorrispondi għall-erja fejn l-għelejjel jikbru flimkien. B'dan il-mod, kull erja tiġi elenkata darba biss.

L- għalla prinċipali hija dik li għandha l-ogħla valur ekonomiku. Meta ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata l-għalla prinċipali abbażi tal-valur tal-produzzjoni, allura l-għalla prinċipali tkun dik li tokkupa l-art għall-itwal perjodu.

L- erja agrikola użata hija l-erja totali okkupata minn raba' li jinħadem, bwar permanenti, għelejjel permanenti u ġonna kulinari li jintużaw mill-azjenda agrikola, irrispettivament mit-tip ta' pussess.

In- newba tal-għelejjel hija l-prattika fejn jiġu alternati l-għelejjel imkabbra f'għalqa speċifika, b'mod ippjanat jew f'sekwenza fi snin taż-żrigħ suċċessivi, sabiex l-għelejjel tal-istess speċi ma jitkabbrux fl-istess għalqa mingħajr interruzzjoni. F'newba tal-għelejjel, l-għelejjel normalment jinbidlu kull sena, iżda huwa possibbli li jkun hemm newba tal-għelejjel b'għelejjel pluriennali.

Għalqa fil-miftuħ u erjas taħt il-ħġieġ iridu jiġu rrappurtati separatament.

CLND 001

EAU

Ettari ta' erja agrikola użata.

CLND 002

Raba' li jinħadem

Ettari ta' art maħduma (maħruta jew mgħażqa) regolarment, ġeneralment bħala parti minn sistema ta' newba tal-għelejjel.

CLND 003

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluża ż-żerriegħa)

Ettari taċ-ċereali kollha maħsuda niexfa għall-ħbub, irrispettivament mill-użu.

CLND 004

Qamħ komuni u spelt

Ettari ta' Triticum aestivum L. emend. Fiori et Paol., Triticum spelta L. u Triticum monococcum L.

CLND 005

Qamħ durum

Ettari ta' Triticum durum Desf.

CLND 006

Segala u taħlitiet ta' ċereali tax-xitwa (maslin)

Ettari ta' segala (Secale cereale L.) miżrugħa fi kwalunke ħin, taħlitiet ta' segala u ta' ċereali oħra, u taħlitiet ta' ċereali oħra miżrugħa qabel jew matul ix-xitwa (maslin).

CLND 007

Xgħir

Ettari ta' xgħir (Hordeum vulgare L.).

CLND 008

Ħafur u taħlitiet ta' ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta għajr il-maslin)

Ettari ta' ħafur (Avena sativa L.) u ċereali oħra miżrugħa fir-rebbiegħa u mkabbra bħala taħlitiet u maħsuda bħala ħbub imnixxfa, inkluża ż-żerriegħa.

CLND 009

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

Ettari ta' qamħirrum (Zea mays L.) maħsud għall-ħbub, bħala żerriegħa jew bħala taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum.

CLND 010

Tritikal

Ettari ta' tritikal (x Triticosecale Wittmack).

CLND 011

Sorgu

Ettari ta' sorgu (Sorghum bicolor (L.) Conrad Moench jew Sorghum x sudanense (Piper) Stapf.)

CLND 012

Ċereali oħra mhux ikklassifikati banda oħra (qamħ saraċin, millieġ, skalora, eċċ.)

Ettari ta' ċereali, maħsuda niexfa għall-ħbub, u li mhumiex irreġistrati fi bnadi oħra taħt il-partiti preċedenti, bħall-millieġ (Panicum miliaceum L.), il-qamħ saraċin (Fagopyrum esculentum Mill.), l-iskalora (Phalaris canariensis L.) u ċereali oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

CLND 013

Ross

Ettari ta' ross (Oryza sativa L.).

CLND 014

Ħemes niexef u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inklużi ż-żerriegħa u t-taħlit taċ-ċereali u tal-ħemes)

Ettari ta' ħemes niexef u għelejjel li fihom il-proteini maħsuda niexfa għall-ħbub, irrispettivament mill-użu.

CLND 015

Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

Ettari tal-varjetajiet kollha ta' piżelli tal-għalqa (Pisum sativum L. convar. sativum jew Pisum sativum L. convar. arvense L. jew convar. speciosum) maħsuda niexfa, minbarra l-ettari tal-varjetajiet kollha ta' ful u fażola (Vicia faba L. (partim)) maħsuda niexfa, u l-ettari tal-lupin ħelu kollu (Lupinus sp.) maħsud niexef għall-ħbub, inkluża ż-żerriegħa, irrispettivament mill-użu tagħhom.

CLND 016

Ħxejjex ikkultivati għall-għeruq

Ettari ta' ħxejjex ikkultivati għall-għeruq, it-tuberu jew iz-zokk modifikat tagħhom. Dan jeskludi l-ħxejjex bl-għeruq, bit-tuberi u bil-basal, bħal karrotti, pitravi jew kolza, fost oħrajn.

CLND 017

Patata (inkluża patata taż-żrigħ)

Ettari ta' patata (Solanum tuberosum L.).

CLND 018

Pitrava taz-zokkor (eskluża ż-żerriegħa)

Ettari ta' pitrava taz-zokkor (Beta vulgaris L.) intenzjonata għall-industrija taz-zokkor u għall-produzzjoni tal-alkoħol.

CLND 019

Ħxejjex oħra kkultivati għall-għeruq li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta' pitravi tal-għalf (Beta vulgaris L.) u ta' pjanti tal-familja Brassicae maħsuda prinċipalment għall-għalf tal-annimali, irrispettivament minn jekk huwiex l-għerq jew iz-zokk; u pjanti oħra kkultivati prinċipalment għall-għeruq tagħhom għall-għalf, li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

CLND 020

Għelejjel industrijali

Ettari ta' għelejjel industrijali, li normalment ma jinbigħux direttament għall-konsum minħabba li jeħtieġ li jiġu pproċessati b'metodi industrijali qabel l-użu finali.

CLND 021

Żrieragħ taż-żejt

Ettari ta' rapa (Brassica napus L.) u rapa tan-nevew (Brassica rapa L. var. oleifera (Lam.)), żerriegħa tal-ġirasol (Helianthus annus L.), sojja (Glycine max (L.) Merril), żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.), mustarda (Sinapis alba L.), peprin (Papaver somniferum L.), carthame (Carthamus tinctorius L.), ġunġlien (Sesamum indicum L.), lewż (Cyperus esculentus L.), karawett (Arachis hypogea L.), qargħa ħamra għaż-żejt (Cucurbita pepo var. styriaca) u qanneb (Cannabis sativa L.) imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt, maħsuda bħala ħbub imnixxfa, minbarra ż-żerriegħa tal-qoton (Gossypium spp.).

CLND 022

Kolza u żrieragħ tal-kolza tan-nevew

Ettari ta' rapa (Brassica napus L.) u rapa tan-nevew (Brassica rapa L. var. oleifera (Lam.)) imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt, maħsuda bħala ħbub imnixxfa.

CLND 023

Żerriegħa tal-ġirasol

Ettari ta' ġirasol (Helianthus annuus L.), maħsuda bħala ħbub imnixxfa.

CLND 024

Sojja

Ettari ta' sojja (Glycine max L. Merril), maħsuda bħala ħbub imnixxfa, kemm għaż-żejt kif ukoll għall-użu tal-proteini.

CLND 025

Żerriegħa tal-kittien (oilflax)

Ettari ta' varjetajiet ta' żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.), prinċipalment imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt u maħsuda bħala ħbub imnixxfa.

CLND 026

Għelejjel oħra ta' żerriegħa taż-żejt li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta' għelejjel oħra mkabbra prinċipalment għall-kontenut ta' żejt tagħhom, maħsuda bħala ħbub imnixxfa, li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra (minbarra ż-żerriegħa tal-qoton).

CLND 027

Għelejjel tal-fibra

Ettari ta' fibra tal-kittien (Linum usitatissimum L), qanneb (Cannabis sativa L.), qoton (Gossypium spp.), ġuta (Corchorus capsularis L.), abaca alias manila (Musa textilis Née), kenaf (Hibiscus cannabinus L.) u sisal (Agave sisalana Perrine).

CLND 028

Fibra tal-kittien

Ettari ta' varjetajiet ta' fibra ta-kittien (Linum usitatissimum L.), imkabbra prinċipalment għall-produzzjoni tal-fibra.

CLND 029

Qanneb

Ettari ta' qanneb (Cannabis sativa L.), imkabbar għat-tiben.

CLND 030

Qoton

Ettari ta' qoton (Gossypium spp.), imkabbar għall-fibra u/jew għaż-żerriegħa taż-żejt.

CLND 031

Għelejjel tal-fibra oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta' pjanti oħra li jitkabbru prinċipalment għall-kontenut ta' fibra tagħhom, li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra, bħal ġuta (Corchorus capsularis L.), abaca alias manila (Musa textilis Née), sisal (Agave sisalana Perrine), u kenaf (Hibiscus cannabinus L.).

CLND 032

Tabakk

Ettari ta' tabakk (Nicotiana tabacum L.) imkabbar għall-weraq.

CLND 033

Ħops

Ettari ta' ħops (Humulus lupulus L.) imkabbar għall-ġwież taż-żerriegħa.

CLND 034

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

Ettari ta' pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji, ikkultivati għal finijiet farmaċewtiċi, għall-manifattura tal-fwieħa jew għall-konsum mill-bniedem.

CLND 035

Għelejjel għall-enerġija li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta' għelejjel għall-enerġija li jintużaw esklużivament għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli, li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra, u li jiġu kkultivati fuq raba' li jinħadem.

CLND 036

Għelejjel industrijali oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta' għelejjel industrijali oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

CLND 037

Pjanti maħsuda fi stadju bikri mir-raba' li jinħadem

Ettari tal-għelejjel kollha fuq raba' li jinħadem li jinħasdu “fi stadju bikri” u li huma intenzjonati prinċipalment għall-għalf tal-annimali, għall-foraġġ jew għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli, jiġifieri ċereali, ħxejjex, għelejjel tal-legumi jew industrijali, u għelejjel oħra fuq raba' li jinħadem li jinħasdu u/jew jintużaw “fi stadju bikri”.

CLND 038

Bwar u mriegħi temporanji

Ettari ta' pjanti tal-ħaxix għar-ragħa, ħuxlief jew silaġġ inklużi bħala parti min-newba tal-għelejjel normali, li jdumu mill-inqas sena taż-żrigħ u normalment inqas minn 5 snin, miżrugħa mal-ħaxix jew ma taħlitiet ta' ħaxix.

CLND 039

Pjanti tal-legumi maħsuda fi stadju bikri

Ettari ta' pjanti tal-legumi mkabbra u maħsuda fi stadju bikri bħala l-pjanta sħiħa, prinċipalment għall-għalf jew għall-enerġija.

Huma inklużi taħlitiet ta' għelejjel u pjanti tal-ħaxix prinċipalment tal-legumi (normalment > 80 %) maħsuda fi stadju bikri jew bħala ħuxlief imnixxef.

CLND 040

Qamħirrum aħdar

Ettari tal-forom kollha ta' qamħirrum (Zea mays L.) imkabbra prinċipalment għas-silaġġ (ċifċiegħa sħiħa, partijiet mill-pjanta jew il-pjanta kollha) u mhux maħsuda għall-ħbub.

CLND 041

Ċereali oħra maħsuda fi stadju bikri (minbarra l-qamħirrum aħdar)

Ettari taċ-ċereali kollha (minbarra l-qamħirrum) imkabbra u maħsuda fi stadju bikri bħala l-pjanta sħiħa biex tintuża għall-għalf jew għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli (produzzjoni ta' bijomassa).

CLND 042

Pjanti oħra maħsuda fi stadju bikri mir-raba' li jinħadem u li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta' għelejjel annwali jew pluriennali (inqas minn 5 snin) oħra prinċipalment intenzjonati għall-għalf tal-annimali u maħsuda fi stadju bikri. Inkluż x'jifdal minn għelejjel li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra meta l-ħsad prinċipali jkun inqered, iżda fejn ir-residwi jkunu għadhom jistgħu jintużaw (bħala għalf jew enerġija rinnovabbli).

CLND 043

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli

Ettari tat-tipi kollha ta' brassika, ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk, ħxejjex ikkultivati għall-frott, ħxejjex bl-għeruq, tuberi u bil-basla, ħemes frisk, ħxejjex oħra maħsuda friski (mhux niexfa), u frawli mkabbra fuq raba' li jinħadem fuq barra, f'newba ma' għelejjel agrikoli jew ortikulturali oħra.

CLND 044

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli mkabbra f'newba ma' għelejjel ortikulturali (tkabbir ta' ħxejjex u frott għall-bejgħ)

Ettari ta' ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra f'raba' li jinħadem f'newba ma' għelejjel ortikulturali oħra.

CLND 045

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli mkabbra f'newba ma' għelejjel mhux ortikulturali (għalqa fil-miftuħ)

Ettari ta' ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra f'raba' li jinħadem f'newba ma' għelejjel agrikoli oħra.

CLND 046

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra l-mixtliet)

Ettari tal-fjuri u pjanti ornamentali kollha intenzjonati għall-bejgħ bħala fjuri maqtugħa (eż. ward, qronfol, orkidi, gladjoli, lellux, faxxina maqtugħa u prodotti maqtugħin oħra), bħala pjanti u fjuri fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji (eż. rododendru, ażalea, lellux, bigonja, ġeranju, impatiens, u pjanti oħra fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji) u bħala fjuri bil-basla u pjanti ornamentali oħra (tulipani, ġjaċinti, orkidi, narċis u oħrajn).

CLND 047

Żrieragħ u nebbieta

Ettari ta' żrieragħ ta' għeruq (minbarra patata u pjanti oħra fejn l-għeruq jintużaw ukoll bħala żrieragħ), għelejjel għall-għalf, ħaxix, għelejjel industrijali (minbarra żrieragħ taż-żejt) u żrieragħ u nebbieta ta' ħxejjex u fjuri.

CLND 048

Għelejjel oħra fuq raba' li jinħadem li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Ettari ta' għelejjel fuq raba' li jinħadem li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

CLND 049

Art mistrieħa

Ettari ta' raba' li jinħadem jew inkluż fis-sistema tan-newba tal-għelejjel jew inkella miżmum f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT (9)), kemm jekk maħdum jew le, iżda li mhuwiex se jinħasad għad-durata tas-sena taż-żrigħ. Il-karatteristika essenzjali ta' art mistrieħa hija li din titħalla tirkupra, normalment għal sena taż-żrigħ sħiħa. Art mistrieħa tista' tkun:

(i)

art vojta li ma jkollha ebda għalla fiha; jew

(ii)

art bi tkabbir naturali spontanju, li tista' tintuża għall-għalf jew tinħarat; jew

(iii)

art miżrugħa esklużivament għall-produzzjoni ta' demel aħdar (art mistrieħa ħadra).

CLND 050

Bur permanenti

Ettari ta' art li tintuża b'mod permanenti (għal bosta snin konsekuttivi, normalment ħames snin jew aktar) biex jitkabbar għalf erbaċew, foraġġ jew għelejjel għall-finijiet ta' enerġija, permezz tal-kultivazzjoni (miżrugħa) jew b'mod naturali (jitilgħu waħidhom), u li mhijiet inkluża fin-newba tal-għelejjel fl-azjenda agrikola.

Il-bur jista' jintuża għar-ragħa, jinħasad għas-silaġġ u għall-ħuxlief, jew jintuża għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli.

CLND 051

Bwar u mriegħi, bl-esklużjoni ta' mriegħi mhux ikkultivati

Ettari ta' bwar permanenti fuq ħamrija ta' kwalità tajba jew medja, li normalment jistgħu jintużaw għar-ragħa intensiv.

CLND 052

Mriegħi mhux ikkultivati

Ettari ta' bwar permanenti li jrendu ftit, normalment fuq ħamrija ta' kwalità baxxa, pereżempju fuq għoljiet jew f'altitudnijiet għolja, normalment mhux megħjuna minn fertilizzanti, kultivazzjoni, żrigħ mill-ġdid jew drenaġġ. Dawn l-erjas normalment jistgħu jintużaw biss għar-ragħa intensiv u normalment ma jinħasdux, jew inkella jinħasdu b'mod estensiv billi ma jistgħux jappoġġaw densità kbira ta' annimali.

CLND 053

Bur permanenti li ma għadux jintuża għal finijiet ta' produzzjoni u li huwa eliġibbli għall-ħlas ta' sussidji

Ettari ta' bwar permanenti u mriegħi li ma għadhomx jintużaw għall-finijiet ta' produzzjoni u li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew, fejn applikabbli, mal-aktar leġiżlazzjoni reċenti, huma miżmuma fi stat li jagħmilhom xierqa għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni preparatorja li tmur lil hinn mill-metodi agrikoli u l-makkinarju tas-soltu, u li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju.

CLND 054

Għelejjel permanenti (inklużi pjantaġġuni żgħażagħ u abbandunati temporanjament, bl-esklużjoni tal-erjas ta' produzzjoni għall-konsum proprju biss)

Ettari tas-siġar tal-frott, is-siġar tal-frott taċ-ċitru, is-siġar tal-lewż, il-pjantaġġuni ta' frott artab kollha, il-vinji, is-siġar taż-żebbuġ kollha u l-għelejjel permanenti l-oħra kollha li jintużaw għall-konsum mill-bniedem (eż. te, kafè jew ħarrub) u għal finijiet oħra (eż. mixtliet, siġar tal-Milied jew pjanti għall-immaljar u l-insiġ bħal-kannadindja jew il-bambù).

CLND 055

Frott, frott artab u ġewż (minbarra frott taċ-ċitru, għeneb u frawli)

Ettari ta' ġonna ta' frott taż-żerriegħa, frott tal-għadma, frott artab, ġewż u frott minn żoni klimatiċi tropikali u subtropikali.

CLND 056

Frott taż-żerriegħa

Ettari ta' ġonna ta' frott taż-żerriegħa bħal tuffieħ (Malus spp.), lanġas (Pyrus spp.), sfarġel (Cydonia oblonga Mill.) jew għanżalor (Mespilus germanica, L.).

CLND 057

Frott tal-għadma

Ettari ta' ġonna ta' frott tal-għadma, bħal ħawħ u nuċiprisk (Prunus persica (L.) Batch), berquq (Prunus armeniaca L. u oħrajn), ċirasa ħelwa u morra (Prunus avium L., P. cerasus), għanbaqar (Prunus domestica L. u oħrajn) u xi frott tal-għadma ieħor li mhuwiex ikklassifikat fi bnadi oħra, bħall-prun selvaġġ (Prunus spinosa L.) jew naspli (Eriobotrya japonica (Thunb.) Lindl.).

CLND 058

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

Ettari tal-frott kollu minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali, bħall-kiwi (Actinidia chinensis Planch.), l-avokado (Persea americana Mill.) jew il-banana (Musa spp.).

CLND 059

Frott artab (minbarra l-frawli)

Ettari tal-frott artab ikkultivat kollu bħar-ribes iswed (Ribes nigrum L.), ir-ribes aħmar (Ribes rubrum L.), il-lampun (Rubus idaeus L.) u t-tut żerq (Vaccinium corymbosum L.).

CLND 060

Ġewż

Ettari tas-siġar tal-ġewż kollha: ġewż, ġellewż, lewż, qastan u ġewż ieħor.

CLND 061

Frott taċ-ċitru

Ettari ta' frott taċ-ċitru (Citrus spp.): larinġ, frott taċ-ċitru żgħir, lumi, lajm, pomelos, grejpfrut u frott taċ-ċitru ieħor.

CLND 062

Għeneb

Ettari ta' vinji (Vitis vinifera L.)

CLND 063

Għeneb għall-inbejjed

Ettari ta' vinji ta' varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' meraq, most u/jew inbid.

CLND 064

Għeneb għal inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP)

Ettari ta' vinji ta' varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta u li jikkonformaw mar-rekwiżiti (i) tar-Regolament (KE) Nru 491/2009 (10) jew, fejn applikabbli, tal-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti u (ii) tar-regoli nazzjonali korrispondenti.

CLND 065

Għeneb għal inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Ettari ta' vinji ta' varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' nbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta u li jikkonformaw mar-rekwiżiti (i) tar-Regolament (KE) Nru 491/2009 jew, fejn applikabbli, tal-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti u (ii) tar-regoli nazzjonali korrispondenti.

CLND 066

Għeneb għal inbejjed oħra li mhuwiex ikklassifikat fi bnadi oħra (mingħajr DOP/IĠP)

Ettari ta' vinji ta' varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' nbejjed għajr inbejjed DOP u IĠP.

CLND 067

Għeneb għall-ikel

Ettari ta' vinji ta' varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' għeneb frisk.

CLND 068

Għeneb għaż-żbib

Ettari ta' vinji ta' varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' żbib.

CLND 069

Żebbuġ

Ettari ta' siġar taż-żebbuġ (Olea europea L.) imkabbra għall-produzzjoni taż-żebbuġ.

CLND 070

Mixtliet

Ettari ta' mixtliet, fejn pjanti li għadhom żgħar tal-għuda (għudin) jitkabbru fil-miftuħ biex wara jinqalgħu u jitħawlu band'oħra.

CLND 071

Għelejjel permanenti oħra, inklużi għelejjel permanenti oħra għall-konsum mill-bniedem

Ettari ta' għelejjel permanenti għall-konsum mill-bniedem li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra u siġar miżrugħa bħala siġar tal-Milied fl-erja agrikola użata.

CLND 072

Siġar tal-Milied

Ettari ta' siġar tal-Milied miżrugħa għal finijiet kummerċjali, barra l-imsaġar, fl-erja agrikola użata. Pjantaġġuni ta' siġar tal-Milied li ma għadhomx jiġu mantnuti u li jappartjenu għal masġar huma esklużi.

CLND 073

Ġonna kulinari

Ettari ta' art normalment okkupati minn ħxejjex, ħxejjex ikkultivati għall-għeruq u għelejjel permanenti, fost oħrajn, intenzjonati għall-konsum mill-proprjetarju u l-unità domestika tiegħu stess, normalment separati mill-bqija tal-art agrikola, u rikonoxxibbli bħala ġonna kulinari.

CLND 074

Art agrikola oħra

Ettari ta' art agrikola mhux użata (art agrikola li ma għadhiex tintuża għall-biedja għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew raġunijiet oħra, u li ma tintużax fis-sistema tan-newba tal-għelejjel), masġar u art oħra okkupata minn binjiet, btieħi ta' azjendi agrikoli, linji, għadajjar, barrieri, art mhux fertili, blat, eċċ.

CLND 075

Art agrikola mhux użata

Ettari ta' art preċedentement użata għal skop agrikolu li matul is-sena bażi tal-istħarriġ ma għadhiex tinħadem u ma tintużax fis-sistema tan-newba tal-għelejjel, jiġifieri fejn mhuwiex intenzjonat użu agrikolu.

Din l-art tista' terġa' tiġi kkultivata bl-użu tar-riżorsi normalment disponibbli f'azjenda agrikola.

CLND 076

Masġar

Ettari ta' art koperta minn siġar jew arbuxelli forestali, inklużi pjantaġġuni ta' luq u siġar simili ġewwa jew barra msaġar, u mixtliet ta' siġar forestali mkabbra f'imsaġar għar-rekwiżiti proprji tal-azjenda agrikola, kif ukoll faċilitajiet forestali (toroq fil-foresti, imħażen għall-injam, eċċ.).

CLND 077

Msajġra ta' newba qasira

Ettari ta' msaġar immaniġġjati għat-tkabbir ta' pjanti għudin, fejn il-perjodu ta' newba huwa ta' 20 sena jew inqas.

Il- perjodu ta' newba huwa ż-żmien bejn l-ewwel żrigħ/tħawwil tas-siġar u l-ħsad tal-prodott finali, fejn il-ħsad ma jinkludix attivitajiet ta' ġestjoni normali bħall-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta' siġar.

CLND 078

Art oħra (art okkupata minn binjiet, btieħi ta' azjendi agrikoli, linji, għadajjar u erjas mhux produttivi oħra)

Ettari ta' art li jagħmlu parti mill-erja totali li tappartjeni għall-azjenda agrikola iżda li la jikkostitwixxu erja agrikola użata, erja agrikola mhux użata jew masġar, bħal art okkupata minn binjiet (minbarra jekk jintużaw għall-kultivazzjoni tal-faqqiegħ), btieħi ta' azjendi agrikoli, linji, għadajjar, barrieri, art mhux fertili jew blat.

 

 

Erjas speċjali fl-azjenda agrikola

CLND 079

Faqqiegħ kultivat

Ettari ta' faqqiegħ ikkultivat imkabbar f'binjiet li nbnew jew ġew adattati apposta għal dak l-iskop, kif ukoll f'postijiet taħt l-art, għerien u kantini.

CLND 080

EAU taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari ta' għelejjel li, matul il-perjodu sħiħ ta' tkabbir tagħhom jew matul parti predominanti minnu jkunu koperti minn serer jew kopertura għolja fissa jew inkella kopertura għolja mobbli (ħġieġ jew plastik riġidu jew plastik flessibbli). Dawn l-erjas ma jistgħux jiġu inklużi fil-varjabbli msemmija hawn fuq.

CLND 081

Ħxejjex, inkluż bettieħ u frawli taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari tat-tipi kollha ta' brassika, ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk, ħxejjex ikkultivati għall-frott, ħxejjex bl-għeruq, tuberi u bil-basla, ħemes frisk, ħxejjex oħra maħsuda friski (mhux niexfa), u frawli mkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 082

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra mixtliet) taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari tal-fjuri u pjanti ornamentali kollha intenzjonati għall-bejgħ bħala fjuri maqtugħa (eż. ward, qronfol, orkidi, gladjoli, lellux, faxxina maqtugħa u prodotti maqtugħin oħra), bħala pjanti u fjuri fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji (eż. rododendru, ażalea, lellux, bigonja, ġeranju, impatiens, u pjanti oħra fi qsari, għat-tħawwil u għall-gallariji) u bħala fjuri bil-basla u pjanti ornamentali oħra (tulipani, ġjaċinti, orkidi, narċis u oħrajn) taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 083

Għelejjel oħra fuq raba' li jinħadem taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari ta' għelejjel oħra fuq raba' li jinħadem li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra, mkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 084

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Ettari ta' għelejjel permanenti mkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

CLND 085

EAU oħra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli li mhijiex ikklassifikata fi bnadi oħra

Ettari ta' erja agrikola użata li mhijiex ikklassifikata fi bnadi oħra u hija mkabbra taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli.

Biedja organika

L-azjenda agrikola għandha art li fuqha l-metodi ta' produzzjoni tal-biedja organika jintużaw skont ċerti standards u regoli fissi speċifikati (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew ir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) fir-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali ekwivalenti għall-produzzjoni organika, inkluż matul il-perjodu ta' konverżjoni.

L-għelejjel huma ddefiniti fit-Taqsima Ewlenija II. VARJABBLI TAL-ART

CLND 086

Erja agrikola użata għall-biedja organika

CLND 087

Raba' li jinħadem użat għall-biedja organika

CLND 088

Ċereali tal-biedja organika għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluża ż-żerriegħa)

CLND 089

Qamħ komuni u spelt tal-biedja organika

CLND 090

Qamħ durum tal-biedja organika

CLND 091

Ħemes niexef u għelejjel li fihom il-proteini tal-biedja organika għall-produzzjoni tal-ħbub (inklużi ż-żerriegħa u t-taħlit taċ-ċereali u tal-ħemes)

CLND 092

Ħxejjex ikkultivati għall-għeruq tal-biedja organika

CLND 093

Patata tal-biedja organika (inkluża patata taż-żrigħ)

CLND 094

Pitrava taz-zokkor tal-biedja organika (minbarra ż-żerriegħa)

CLND 095

Għelejjel industrijali tal-biedja organika

CLND 096

Żrieragħ taż-żejt tal-biedja organika

CLND 097

Sojja tal-biedja organika

CLND 098

Pjanti tal-biedja organika maħsuda fi stadju bikri mir-raba' li jinħadem

CLND 099

Bwar u mriegħi temporanji tal-biedja organika

CLND 100

Pjanti tal-legumi tal-biedja organika maħsuda fi stadju bikri

CLND 101

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli tal-biedja organika

CLND 102

Żrieragħ u nebbieta tal-biedja organika

CLND 103

Bwar permanenti tal-biedja organika

CLND 104

Bwar u mriegħi tal-biedja organika, bl-esklużjoni ta' mriegħi mhux ikkultivati

CLND 105

Mriegħi mhux ikkultivati tal-biedja organika

CLND 106

Għelejjel permanenti organiċi (inklużi pjantaġġuni żgħażagħ u abbandunati temporanjament, bl-esklużjoni tal-erjas ta' produzzjoni għall-konsum proprju biss)

CLND 107

Frott, frott artab u ġewż tal-biedja organika (minbarra frott taċ-ċitru, għeneb u frawli)

CLND 108

Frott taċ-ċitru tal-biedja organika

CLND 109

Għeneb għall-inbejjed tal-biedja organika

CLND 110

Żebbuġ tal-biedja organika

CLND 111

Ħxejjex tal-biedja organika, inkluż bettieħ u frawli, taħt il-ħġieġ jew kopertura għolja aċċessibbli

Irrigazzjoni fuq erja kkultivata barra

CLND 112

Erja saqwija totali

Ettari tal-erja agrikola massima totali użata li tista' tiġi misqija fis-sena bażi bl-użu tat-tagħmir u l-kwantità ta' ilma normalment disponibbli fl-azjenda agrikola.


III.   VARJABBLI TAL-BHEJJEM

L-annimali mhumiex neċessarjament il-proprjetà tal-proprjetarju. Dawn l-annimali jistgħu jkunu fl-azjenda agrikola (fuq erjas agrikoli użati jew f'abitazzjoni għall-annimali li jintużaw mill-azjenda agrikola) jew barra minnha (fuq imriegħi komuni jew matul il-migrazzjoni, eċċ.).

 

 

Annimali bovini

Tirreferi għall-ifrat (Bos taurus L.) u għall-buflu tal-ilma (Bubalus bubalis L.), inklużi ibridi bħall-Beefalo.

CLVS 001

Annimali bovini ta' inqas minn sena

Għadd ta' annimali bovini, maskili u femminili, ta' inqas minn sena.

CLVS 002

Annimali bovini ta' bejn sena u sentejn

Għadd ta' annimali bovini ta' bejn sena u sentejn.

CLVS 003

Annimali bovini maskili ta' bejn sena u sentejn

Għadd ta' annimali bovini maskili ta' bejn sena u sentejn.

CLVS 004

Erieħ ta' bejn sena u sentejn

Għadd ta' annimali bovini femminili ta' bejn sena u sentejn.

 

 

 

Annimali bovini ta' sentejn jew aktar

CLVS 005

Annimali bovini maskili ta' sentejn jew aktar

Għadd ta' annimali bovini maskili ta' sentejn jew aktar.

CLVS 006

Annimali bovini femminili ta' sentejn jew aktar

Għadd ta' annimali bovini femminili ta' sentejn jew aktar.

CLVS 007

Erieħ ta' sentejn jew aktar

Għadd ta' annimali bovini femminili ta' sentejn jew aktar li jkunu għadhom ma welldux.

CLVS 008

Baqar

Għadd ta' annimali bovini femminili ta' sentejn jew aktar li jkunu diġà welldu.

CLVS 009

Baqar tal-ħalib

Għadd ta' annimali bovini femminili li jkunu diġà welldu (inklużi dawk ta' inqas minn sentejn) u li, minħabba r-razza jew il-kwalitajiet partikolari tagħhom, jinżammu esklużivament jew prinċipalment biex jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem jew biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-ħalib.

CLVS 010

Baqar mhux tal-ħalib

Għadd ta' annimali bovini femminili li jkunu diġà welldu (inklużi dawk ta' inqas minn sentejn) u li, minħabba r-razza jew il-kwalitajiet partikolari tagħhom, jinżammu esklużivament jew prinċipalment biex jipproduċu għoġġiela u li l-ħalib tagħhom mhuwiex intenzjonat għall-konsum mill-bniedem jew biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-ħalib.

CLVS 011

Bufli femminili

Għadd ta' bufli femminili (in-nisa tal-ispeċi Bubalus bubalis, L.) li jkunu diġà welldu (inklużi dawk ta' inqas minn sentejn).

CLVS 012

Nagħaġ (ta' kull età)

Għadd ta' annimali domestiċi tal-ispeċi Ovis aries L.

CLVS 013

Nagħaġ femminili għat-tnissil

Għadd ta' nagħaġ u ħrief mgħammra, irrispettivament mill-aptitudni għall-ħalib/għall-laħam.

CLVS 014

Nagħaġ oħra

Għadd tan-nagħaġ kollha għajr dawk femminili għat-tnissil.

CLVS 015

Mogħoż (ta' kull età)

Għadd ta' annimali domestiċi tas-sottospeċi Capra aegagrus hircus L.

CLVS 016

Mogħoż femminili għat-tnissil

Għadd ta' mogħoż femminili li jkunu diġà welldu u mogħoż li jkunu ġew mgħammra.

CLVS 017

Mogħoż oħra

Għadd tal-mogħoż kollha għajr dawk femminili għat-tnissil.

 

 

Ħnieżer

Tirreferi għal annimali domestiċi tal-ispeċi Sus scrofa domesticus Erxleben.

CLVS 018

Ħnies ta' piż ħaj ta' taħt 20 kilogramma

Għadd ta' ħnies b'piż ħaj ta' inqas minn 20 kilogramma

CLVS 019

Ħnieżer tal-għalla b'piż ħaj ta' 50 kilogramma jew aktar

Għadd ta' ħnieżer femminili li jiżnu 50 kilogramma jew aktar intenzjonati għat-tgħammir, irrispettivament minn jekk ikunux welldu.

CLVS 020

Ħnieżer oħra

Għadd ta' ħnieżer mhux speċifikati fi bnadi oħra.

 

 

Pollam

Tirreferi għal tiġieġ domestiku (Gallus gallus L.), dundjani (Meleagris spp.), papri (Anas spp. u Cairina moschata L.), wiżż (Anser anser domesticus L.), ngħam (Struthio camelus L.) u pollam ieħor li mhuwiex ikklassifikat fi bnadi oħra, bħal summien (Coturnix spp.) faġani (Phasianus spp.), farawni (Numida meleagris domestica L.) u ħamiem (Columbinae spp.). Madankollu, huma esklużi l-għasafar imrobbija fil-magħluq għall-finijiet tal-kaċċa u mhux għall-produzzjoni tal-laħam/tal-bajd.

CLVS 021

Tiġieġ tas-simna

Għadd ta' annimali domestiċi tal-ispeċi Gallus gallus L. li jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam.

CLVS 022

Tiġieġ tal-bajd

Għadd ta' annimali domestiċi tal-ispeċi Gallus gallus L. li laħqu l-età ta' maturità biex ibidu u jinżammu għall-produzzjoni tal-bajd.

CLVS 023

Pollam ieħor

Għadd ta' pollam mhux imsemmi taħt tiġieġ tas-simna jew tiġieġ tal-bajd. Il-flieles huma esklużi.

CLVS 024

Dundjani

Għadd ta' annimali domestiċi tal-ġeneru Meleagris.

CLVS 025

Papri

Għadd ta' annimali domestiċi tal-ġeneru Anas u tal-ispeċi Cairina moschata L.

CLVS 026

Wiżż

Għadd ta' annimali domestiċi tal-ispeċi Anser anser domesticus L.

CLVS 027

Ngħam

Għadd ta' ngħam (Struthio camelus L.)

CLVS 028

Pollam ieħor mhux ikklassifikat fi bnadi oħra

Għadd ta' pollam li mhuwiex ikklassifikata fi bnadi oħra.

 

 

Fniek

Tirreferi għal annimali domestiċi tal-ġeneru Oryctolagus.

CLVS 029

Fniek femminili għat-tnissil

Għadd ta' fniek femminili (Oryctolagus spp.) għall-produzzjoni ta' fniek għal-laħam u li jkunu welldu.

CLVS 030

Naħal

Għadd ta' kaxex tan-naħal okkupati min-naħal (Apis mellifera L.) li jinżammu għall-produzzjoni tal-għasel.

CLVS 031

Ċriev

Preżenza ta' annimali bħal ċerv aħmar (Cervus elaphus L.), ċerv sika (Cervus nippon Temminck), renni (Rangifer tarandus L.) jew dajn (Dama dama L.) għall-produzzjoni tal-laħam.

CLVS 032

Annimali tal-pil

Preżenza ta' annimali bħal mink (Neovison vison Schreber), ballottri Ewropej (Mustela putorius L.), volpi (Vulpes spp. u oħrajn), rakkun (Nyctereutes spp.) jew ċinċilla (Chinchilla spp.) għall-produzzjoni tal-pil.

CLVS 033

Bhejjem li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Preżenza ta' bhejjem li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra f'din it-taqsima.

Metodi ta' produzzjoni organika applikata għall-produzzjoni ta' annimali

L-azjenda agrikola għandha annimali taħt prattiki agrikoli skont ċerti standards u regoli fissi speċifikati (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew fir-Regolament (UE) 2018/848 jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, u (ii) fir-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali ekwivalenti għall-produzzjoni organika, inkluż matul il-perjodu ta' konverżjoni.

L-annimali huma definiti fit-Taqsima Ewlenija III. VARJABBLI TAL-BHEJJEM

CLVS 034

Stokk ta' annimali bovini tal-biedja organika

Għadd ta' stokk ta' annimali bovini tal-biedja organika

CLVS 035

Stokk ta' baqar tal-ħalib tal-biedja organika

Għadd ta' stokk ta' baqar tal-ħalib tal-biedja organika

CLVS 036

Stokk ta' baqar mhux tal-ħalib tal-biedja organika

Għadd ta' stokk ta' baqar mhux tal-ħalib tal-biedja organika

CLVS 037

Stokk ta' bufli tal-biedja organika

Preżenza ta' stokk ta' bufli tal-biedja organika

CLVS 038

Stokk ta' nagħaġ tal-biedja organika (etajiet kollha)

Għadd ta' stokk ta' nagħaġ tal-biedja organika

CLVS 039

Stokk ta' mogħoż tal-biedja organika (etajiet kollha)

Għadd ta' stokk ta' mogħoż tal-biedja organika

CLVS 040

Stokk ta' ħnieżer tal-biedja organika

Għadd ta' stokk ta' ħnieżer tal-biedja organika

CLVS 041

Stokk ta' pollam tal-biedja organika

Għadd ta' stokk ta' pollam tal-biedja organika

CLVS 042

Stokk ta' tiġieġ tas-simna tal-biedja organika

Għadd ta' tiġieġ tas-simna tal-biedja organika

CLVS 043

Stokk ta' tiġieġ tal-bajd tal-biedja organika

Għadd ta' stokk ta' tiġieġ tal-bajd tal-biedja organika


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi. (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).

(2)  NUTS: Klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS). (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(6)  Medda perċentwali 2 tal-unitajiet ta' xogħol annwali (UXA): (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1).


ANNESS II

Lista ta' varjabbli għal kull modulu

MODULU 1. FORZA TAX-XOGĦOL U ATTIVITAJIET OĦRA LI JAGĦMLU L-QLIGĦ

Varjabbli

Unitajiet/kategoriji

Suġġett: ġestjoni tal-azjenda agrikola

 

 

Suġġetti ddettaljati: proprjetarju u bilanċ bejn is-sessi

 

MLFO 001

Sess tal-proprjetarju

Maskil/femminil

MLFO 002

Sena tat-twelid

Sena

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol

 

MLFO 003

Xogħol agrikolu tal-proprjetarju fl-azjenda agrikola

Medda 1 tal-UXA (1)

 

Suġġett iddettaljat: miżuri ta' sikurezza, inkluż pjan għas-sikurezza tal-azjenda agrikola

 

MLFO 004

Pjan għas-sikurezza tal-azjenda agrikola

Iva/le

Suġġett: forza tax-xogħol tal-familja

 

 

Suġġetti ddettaljati: input ta' xogħol, għadd ta' persuni involuti u bilanċ bejn is-sessi

 

MLFO 005

Membri tal-familja maskili li jwettqu xogħol agrikolu

Għadd ta' persuni għal kull medda 2 tal-UXA (2)

MLFO 006

Membri tal-familja femminili li jwettqu xogħol agrikolu

Għadd ta' persuni għal kull medda 2 tal-UXA (2)

Suġġett: forza tax-xogħol mhux tal-familja

 

 

Suġġetti ddettaljati: input ta' xogħol, għadd ta' persuni impjegati u bilanċ bejn is-sessi

 

 

 

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola

 

MLFO 007

Forza tax-xogħol maskili mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola

Għadd ta' persuni għal kull medda 2 tal-UXA (2)

MLFO 008

Forza tax-xogħol femminili mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola

Għadd ta' persuni għal kull medda 2 tal-UXA (2)

 

Suġġett iddettaljat: forza tax-xogħol mhux regolari impjegata mill-azjenda agrikola

 

MLFO 009

Ħaddiema li mhumiex tal-familja impjegati fuq bażi mhux regolari: maskili u femminili

Jiem ta' xogħol full-time

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol mill-kuntratturi

 

MLFO 010

Persuni mhux impjegati direttament mill-azjenda agrikola u mhux inklużi fil-kategoriji preċedenti.

Jiem ta' xogħol full-time

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (OGA) relatati direttament mal-azjenda agrikola

 

 

Suġġett iddettaljat: tipi ta' attivitajiet

 

MLFO 011

Forniment ta' servizzi tas-saħħa, soċjali jew tal-edukazzjoni

Iva/le

MLFO 012

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet oħra ta' rikreazzjoni

Iva/le

MLFO 013

Artiġjanat

Iva/le

MLFO 014

Ipproċessar ta' prodotti tal-biedja

Iva/le

MLFO 015

Produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli

Iva/le

MLFO 016

Ipproċessar tal-injam

Iva/le

MLFO 017

Akkwakultura

Iva/le

 

 

Xogħol kuntrattwali (bl-użu tal-mezzi ta' produzzjoni tal-azjenda agrikola):

 

MLFO 018

Xogħol kuntrattwali agrikolu

Iva/le

MLFO 019

Xogħol kuntrattwali mhux agrikolu

Iva/le

MLFO 020

Forestrija

Iva/le

MLFO 021

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola u li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Iva/le

 

Suġġett iddettaljat: importanza għall-azjenda agrikola

 

MLFO 022

Il-perċentwal ta' attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola meta mqabbel mal-output finali tal-azjenda agrikola.

Meded perċentwali (3)

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol

 

MLFO 023

Proprjetarju li għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola).

M/S/N (4)

MLFO 024

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom.

Għadd ta' persuni

MLFO 025

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom.

Għadd ta' persuni

MLFO 026

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola u li għandha attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħha.

Għadd ta' persuni

MLFO 027

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola u li għandha attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħha.

Għadd ta' persuni

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ li mhumiex relatati mal-azjenda agrikola

 

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol

 

MLFO 028

Il-proprjetarju uniku li huwa wkoll il-maniġer tal-azjenda agrikola bi proprjetarju uniku għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola).

M/S/N (4)

MLFO 029

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta l-proprjetarju uniku jkun il-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom.

Għadd ta' persuni

MLFO 030

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta l-proprjetarju uniku jkun il-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom.

Għadd ta' persuni

MODULU 2. ŻVILUPP RURALI

Varjabbli

Unitajiet/kategoriji

Suġġett: azjendi agrikoli appoġġati minn miżuri ta' żvilupp rurali

 

MRDV 001

Servizzi konsultattivi, servizzi ta' ġestjoni u ta' sostituzzjoni b'rabta mal-azjendi agrikoli

Iva/le

MRDV 002

Skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

Iva/le

MRDV 003

Investiment f'assi fiżiċi

Iva/le

MRDV 004

Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b'diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni adatta

Iva/le

 

 

Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju

 

MRDV 005

Għajnuna għall-bidu ta' negozju għal bdiewa żgħażagħ

Iva/le

MRDV 006

Għajnuna għall-bidu ta' negozju għall-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar

Iva/le

MRDV 007

Pagamenti diretti nazzjonali kumplementari għall-Kroazja

Iva/le

MRDV 008

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

Iva/le

 

 

Pagamenti agroambjentali klimatiċi

 

MRDV 009

Agroambjent klimatiku

Iva/le

MRDV 010

Servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u konservazzjoni tal-foresti

Iva/le

MRDV 011

Biedja organika

Iva/le

MRDV 012

Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Iva/le

MRDV 013

Pagamenti għal żoni b'restrizzjonijiet naturali jew b'restrizzjonijiet speċifiċi oħra

Iva/le

MRDV 014

Trattament xieraq tal-annimali

Iva/le

MRDV 015

Ġestjoni tar-riskju

Iva/le

MODULU 3. ABITAZZJONI GĦALL-ANNIMALI U ĠESTJONI TAD-DEMEL

Varjabbli

Unitajiet/kategoriji

Suġġett: abitazzjoni għall-annimali

 

 

Suġġett iddettaljat: abitazzjoni għall-annimali bovini

 

MAHM 001

Baqar tal-ħalib

Għadd medju

MAHM 002

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 003

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel solidu)

Postijiet

MAHM 004

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 005

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Postijiet

MAHM 006

Baqar tal-ħalib f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 007

Baqar tal-ħalib f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel solidu)

Postijiet

MAHM 008

Baqar tal-ħalib dejjem barra

Postijiet

MAHM 009

Baqar tal-ħalib parzjalment barra (jirgħu)

Xhur

MAHM 010

Baqar tal-ħalib b'aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Iva/le

MAHM 011

Annimali bovini oħra

Għadd medju

MAHM 012

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 013

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel solidu)

Postijiet

MAHM 014

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 015

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Postijiet

MAHM 016

Annimali bovini oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Postijiet

MAHM 017

Annimali bovini oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel solidu)

Postijiet

MAHM 018

Annimali bovini oħra dejjem barra

Postijiet

MAHM 019

Annimali bovini oħra parzjalment barra (jirgħu)

Xhur

MAHM 020

Annimali bovini oħra b'aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Iva/le

 

Suġġett iddettaljat: abitazzjoni għall-ħnieżer

 

MAHM 021

Ħnieżer tal-għalla

Għadd medju

MAHM 022

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment f'għamla ta' gradilja

Postijiet

MAHM 023

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja

Postijiet

MAHM 024

Ħnieżer tal-għalla f'abitazzjoni b'art solida (bl-esklużjoni ta' mifrex fond)

Postijiet

MAHM 025

Ħnieżer tal-għalla fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Postijiet

MAHM 026

Ħnieżer tal-għalla f'tipi ta' abitazzjoni oħra

Postijiet

MAHM 027

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Postijiet

MAHM 028

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Xhur

MAHM 029

Ħnieżer oħra

Għadd medju

MAHM 030

Ħnieżer oħra fuq paviment f'għamla ta' gradilja

Postijiet

MAHM 031

Ħnieżer oħra fuq paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja

Postijiet

MAHM 032

Ħnieżer oħra f'abitazzjoni b'art solida (bl-esklużjoni ta' mifrex fond)

Postijiet

MAHM 033

Ħnieżer oħra fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Postijiet

MAHM 034

Ħnieżer oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra

Postijiet

MAHM 035

Ħnieżer oħra barra (trobbija fil-beraħ)

Postijiet

MAHM 036

Ħnieżer oħra b'aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Iva/le

 

Suġġett iddettaljat: abitazzjoni għat-tiġieġ tal-bajd

 

MAHM 037

Tiġieġ tal-bajd

Għadd medju

MAHM 038

Tiġieġ tal-bajd f'abitazzjoni b'mifrex fond

Postijiet

MAHM 039

Tiġieġ tal-bajd f'guva (mingħajr mifrex)

Postijiet

MAHM 040

Tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ b'ċineg li jneħħu l-ħmieġ

Postijiet

MAHM 041

Tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ b'fosos fondi

Postijiet

MAHM 042

Tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ bl-istilt house

Postijiet

MAHM 043

Tiġieġ tal-bajd f'tipi ta' abitazzjoni oħra

Postijiet

MAHM 044

Tiġieġ tal-bajd fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Postijiet

Suġġett: użu tan-nutrijenti u d-demel fl-azjenda agrikola

 

 

Suġġett iddettaljat: EAU fertilizzata

 

MAHM 045

EAU totali fertilizzata b'fertilizzanti minerali

ha

MAHM 046

EAU totali fertilizzata bid-demel

ha

 

Suġġett iddettaljat: demel esportat minn u impurtat lejn l-azjenda agrikola

 

 

 

Esportazzjoni netta tad-demel mill-azjenda agrikola

 

MAHM 047

Esportazzjoni netta tad-demel likwidu/semisolidu mill-azjenda agrikola

m3

MAHM 048

Esportazzjoni netta tad-demel solidu mill-azjenda agrikola

tunnellati

 

Suġġett iddettaljat: fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart għajr id-demel

 

MAHM 049

Fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart, għajr id-demel, li jintużaw fl-azjenda agrikola

tunnellati

Suġġett: tekniki ta' applikazzjoni tad-demel

 

 

Suġġett iddettaljat: ħin ta' inkorporazzjoni għal kull tip ta' tifrix

 

 

 

Tifrix

 

MAHM 050

Inkorporazzjoni fi żmien 4 sigħat

medda % (5)

MAHM 051

Inkorporazzjoni wara 4 sigħat

medda % (5)

MAHM 052

Ebda inkorporazzjoni

medda % (5)

 

 

Tidmil b'furkettun

 

MAHM 053

Manka tkarkar

medda % (5)

MAHM 054

Nagħla tkarkar

medda % (5)

 

 

Injezzjoni

 

MAHM 055

Qasma baxxa/miftuħa

medda % (5)

MAHM 056

Qasma fonda/magħluqa

medda % (5)

Suġġett: faċilitajiet għad-demel

 

 

Suġġett iddettaljat: faċilitajiet għall-ħżin tad-demel u kapaċità

 

MAHM 057

Ħżin solidu tad-demel f'munzelli

%

MAHM 058

Demel maħżun fi mniezel ta' kompost

%

MAHM 059

Demel maħżun f'fosos taħt l-erja ta' reklużjoni tal-annimali

%

MAHM 060

Demel maħżun f'sistemi ta' mifrex fond

%

MAHM 061

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu mingħajr kopertura

%

MAHM 062

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b'kopertura permeabbli

%

MAHM 063

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b'kopertura impermeabbli

%

MAHM 064

Demel maħżun f'faċilitajiet oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

%

MAHM 065

Tifrix ta' kuljum

%

MAHM 066

Demel maħżun fi mniezel ta' kompost

Xhur

MAHM 067

Ħżin tad-demel f'fosos taħt l-erja ta' reklużjoni tal-annimali

Xhur

MAHM 068

Ħżin ta' demel f'sistemi ta' mifrex fond

Xhur

MAHM 069

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu

Xhur

MAHM 070

Demel maħżun f'faċilitajiet oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Xhur


(1)  Medda perċentwali 1 tal-unitajiet ta' xogħol annwali (UXA): (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(2)  Medda perċentwali 2 tal-unitajiet ta' xogħol annwali (UXA): (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(3)  Output finali tal-meded perċentwali tal-azjenda agrikola: (≥ 0-≤ 10), (> 10-≤ 50), (> 50-< 100).

(4)  M — attività ewlenija, S — attività sekondarja, N — ebda involviment.

(5)  Demel applikat b'meded perċentwali speċifiċi għat-teknika ta' applikazzjoni: (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).


ANNESS III

Deskrizzjoni tal-varjabbli li jridu jintużaw għall-moduli tad-data tal-azjendi agrikoli, kif speċifikat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni

MODULU 1. FORZA TAX-XOGĦOL U ATTIVITAJIET OĦRA LI JAGĦMLU L-QLIGĦ

DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI TAL-FORZA TAX-XOGĦOL

Proprjetarju

Il- proprjetarju huwa l-persuna fiżika (jew il-persuna fiżika magħżula f'każ ta' azjenda li tappartjeni għal grupp) li l-azjenda titħaddem f'ismu, u huwa dak legalment u ekonomikament responsabbli għall-azjenda. Jekk il-proprjetarju huwa persuna ġuridika, ma tinġabarx data dwar il-proprjetarju.

Xogħol agrikolu huwa ddefinit fl-Anness I. VARJABBLI ĠENERALI EWLENIN

Suġġett: ġestjoni tal-azjenda agrikola

 

Suġġetti ddettaljati: proprjetarju u bilanċ bejn is-sessi

MLFO 001

Sess tal-proprjetarju

Is-sess tal-proprjetarju

 

M — Maskil

 

F — Femminil

MLFO 002

Sena tat-twelid

Sena tat-twelid tal-proprjetarju

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol

MLFO 003

Xogħol agrikolu tal-proprjetarju fl-azjenda agrikola

Medda perċentwali ta' unitajiet ta' xogħol annwali ta' xogħol agrikolu fl-azjenda agrikola għall-proprjetarju, minbarra x-xogħol tad-dar.

 

Suġġett iddettaljat: miżuri ta' sikurezza, inkluż pjan għas-sikurezza tal-azjenda agrikola

MLFO 004

Pjan għas-sikurezza tal-azjenda agrikola

L-azjenda agrikola wettqet valutazzjoni tar-riskju tal-post tax-xogħol bl-għan li tnaqqas il-periklu relatat max-xogħol, li rriżultat f'dokument miktub (bħal “pjan għas-sikurezza tal-azjenda agrikola”).

Suġġett: forza tax-xogħol tal-familja

 

Suġġetti ddettaljati: input ta' xogħol, għadd ta' persuni involuti u bilanċ bejn is-sessi

 

Membri tal-familja li jwettqu xogħol agrikolu

Din il-partita tapplika biss għal azjendi agrikoli bi proprjetarju uniku, minħabba li azjendi li jappartjenu għal grupp u persuni ġuridiċi jitqiesu bħala li ma għandhomx forza tax-xogħol tal-familja.

F'azjendi bi proprjetarju uniku, il- membri tal-familja li jwettqu xogħol agrikolu (minbarra xogħol tad-dar) jinkludu l-konjuġi, qraba f'linja axxendenti u dixxendenti, u l-aħwa tal-proprjetarju u tal-konjuġi tal-proprjetarju. Fejn rilevanti, dawn jinkludu l-maniġer li huwa membru tal-familja tal-proprjetarju.

MLFO 005

Membri tal-familja maskili li jwettqu xogħol agrikolu

Għadd ta' membri tal-familja maskili għal kull medda perċentwali ta' unitajiet ta' xogħol annwali

MLFO 006

Membri tal-familja femminili li jwettqu xogħol agrikolu

Għadd ta' membri tal-familja femminili għal kull medda perċentwali ta' unitajiet ta' xogħol annwali

Suġġett: forza tax-xogħol mhux tal-familja

 

Suġġetti ddettaljati: input ta' xogħol, għadd ta' persuni impjegati u bilanċ bejn is-sessi

 

 

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola

Forza tax-xogħol impjegata regolarment tirreferi għal persuni għajr il-proprjetarju u l-membri tal-familja li wettqu xogħol agrikolu kull ġimgħa fl-azjenda agrikola matul it-12-il xahar li jintemmu fil-jum ta' referenza fl-istħarriġ, irrispettivament mit-tul tal-ġimgħa tax-xogħol u minn jekk irċevewx xi tip ta' rimunerazzjoni (salarju, paga, profitti jew pagamenti oħra, inklużi pagamenti in natura). Din tinkludi wkoll persuni li ma setgħux jaħdmu għall-perjodu sħiħ, għal raġunijiet bħal:

(i)

kundizzjonijiet speċjali tal-produzzjoni fuq azjendi agrikoli speċjalizzati; jew

(ii)

nuqqas minħabba vaganzi, servizz militari, mard, aċċident jew mewt; jew

(iii)

bidu jew tmiem tal-impjieg mal-azjenda agrikola; jew

(iv)

waqfien totali tax-xogħol fuq l-azjenda agrikola minħabba kawżi aċċidentali (għargħar, nar, eċċ.).

MLFO 007

Forza tax-xogħol maskili mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola

Għadd ta' membri maskili tal-forza tax-xogħol mhux tal-familja, għal kull medda perċentwali ta' unitajiet ta' xogħol annwali.

MLFO 008

Forza tax-xogħol femminili mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola

Għadd ta' membri femminili tal-forza tax-xogħol mhux tal-familja, għal kull medda perċentwali ta' unitajiet ta' xogħol annwali.

 

Suġġett iddettaljat: forza tax-xogħol mhux regolari impjegata mill-azjenda agrikola

 

 

Ħaddiema li mhumiex tal-familja impjegati fuq bażi mhux regolari tirreferi għall-ħaddiema li ħadmux fl-azjenda agrikola kull ġimgħa fit-12-il xahar li jintemmu fid-data ta' referenza tal-istħarriġ, għal raġuni li mhijiex waħda minn dawk elenkati taħt forza tax-xogħol mhux tal-familja li hija impjegata regolarment.

Jiem tax-xogħol maħduma minn forza tax-xogħol mhux tal-familja u mhux regolari huma kwalunkwe jum ta' ċertu tul li għalih il-ħaddiem jitħallas salarju jew rimunerazzjoni (paga, profitti jew pagamenti oħra, inklużi pagamenti in natura) għal jum tax-xogħol sħiħ, u li fih ix-xogħol li jsir ikun ta' natura li normalment jitwettaq minn ħaddiem agrikolu full-time. Jiem ta' liv u mard ma jingħaddux bħala jiem tax-xogħol.

MLFO 009

Ħaddiema li mhumiex tal-familja impjegati fuq bażi mhux regolari: maskili u femminili

Total tal-jiem ta' xogħol full-time ta' persuni li mhumiex impjegati b'mod regolari fl-azjenda agrikola.

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol mill-kuntratturi

MLFO 010

Persuni mhux impjegati direttament mill-azjenda agrikola u mhux inklużi fil-kategoriji preċedenti

Total tal-jiem ta' xogħol full-time maħduma fl-azjenda agrikola mill-persuni li mhumiex impjegati direttament mill-azjenda agrikola (eż. subkuntratturi impjegati minn partijiet terzi).

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (OGA) relatati direttament mal-azjenda agrikola

L-informazzjoni dwar attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ hija rreġistrata:

(i)

għall-proprjetarji ta' azjendi bi proprjetarju uniku u azjendi li jappartjenu għal grupp

(ii)

għall-membri tal-familja f'azjendi bi proprjetarju uniku

u fil-każ ta' attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola, tiġi rreġistrata wkoll

(iii)

għall-forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola.

Ma tinġabar ebda informazzjoni oħra dwar attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ għal azjendi legali.

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola jirreferu għal attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ:

(a)

fuq l-azjenda agrikola; jew

(b)

barra mill-azjenda agrikola.

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola huma attivitajiet fejn jew ir-riżorsi tal-azjenda agrikola (l-erja, il-bini, il-makkinarju, eċċ.) jew il-prodotti tagħha jintużaw fl-attività. Xogħol mhux agrikolu kif ukoll xogħol agrikolu għal azjendi agrikoli oħra huwa inkluż. Investimenti purament finanzjarji huma esklużi. Il-kiri tal-art għal diversi attivitajiet mingħajr involviment ulterjuri fl-attivitajiet huwa eskluż ukoll.

 

Suġġett iddettaljat: tipi ta' attivitajiet

MLFO 011

Forniment ta' servizzi tas-saħħa, soċjali jew tal-edukazzjoni

Preżenza ta' kwalunkwe attività li tkun marbuta mal-forniment ta' servizzi tas-saħħa, soċjali jew edukattivi u/jew attivitajiet ta' negozju soċjali relatati, li fihom jintużaw jew ir-riżorsi jew inkella l-prodotti primarji tal-azjenda agrikola.

MLFO 012

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet oħra ta' rikreazzjoni

Preżenza ta' xi attivitajiet relatati mat-turiżmu jew servizzi ta' akkomodazzjoni li juru l-azjenda agrikola lil turisti jew lil gruppi oħra, attivitajiet ta' sport u ta' rikreazzjoni, eċċ., fejn jintużaw jew l-art, jew il-binjiet jew riżorsi oħra tal-azjenda agrikola.

MLFO 013

Artiġjanat

Preżenza ta' oġġetti ta' manifattura jew ta' artiġjanat, prodotti fl-azjenda agrikola jew mill-proprjetarju jew mill-membri tal-familja, jew inkella mill-forza tax-xogħol mhux tal-familja, irrispettivament minn kif jinbiegħu il-prodotti.

MLFO 014

Ipproċessar ta' prodotti tal-biedja

Preżenza ta' kwalunkwe pproċessar ta' prodott agrikolu primarju fi prodott agrikolu sekondarju fl-azjenda agrikola, irrispettivament minn jekk il-materja prima tiġix prodotta fl-azjenda agrikola jew tinġiebx minn barra.

MLFO 015

Produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli

Preżenza ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli għas-suq, inkluż il-bijogass, il-bijokarburant jew l-elettriku, permezz ta' turbini eoliċi, tagħmir ieħor jew minn materja prima agrikola. Enerġija rinnovabbli prodotta biss għall-użu proprju tal-azjenda agrikola mhijiex inkluża.

MLFO 016

Ipproċessar tal-injam

Preżenza ta' pproċessar tal-injam għas-suq fl-azjenda agrikola (qtugħ ta' njam, eċċ.).

MLFO 017

Akkwakultura

Preżenza ta' produzzjoni ta' ħut, ċkal, eċċ. fl-azjenda agrikola. Huma esklużi attivitajiet li jinvolvu s-sajd biss.

 

 

Xogħol kuntrattwali (bl-użu tal-mezzi ta' produzzjoni tal-azjenda agrikola)

Xogħol kuntrattwali bl-użu tat-tagħmir tal-azjenda agrikola, b'differenza bejn xogħol li jaqa' taħt is-settur agrikolu u dak li ma jaqax taħt is-settur agrikolu.

MLFO 018

Xogħol kuntrattwali agrikolu

Preżenza ta' xogħol li jinsab fi ħdan is-settur agrikolu.

MLFO 019

Xogħol kuntrattwali mhux agrikolu

Preżenza ta' xogħol li ma jaqax taħt is-settur agrikolu (eż. tneħħija ta' borra, trasport ta' merkanzija, manutenzjoni tal-pajsaġġ, servizzi agrikoli u ambjentali, eċċ.).

MLFO 020

Forestrija

Preżenza ta' xogħol ta' forestrija bl-użu kemm tal-forza tax-xogħol tal-azjenda agrikola kif ukoll tal-makkinarju u t-tagħmir tal-azjenda agrikola, li ġeneralment jintużaw għal finijiet agrikoli.

MLFO 021

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola u li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Preżenza ta' attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola u li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

 

Suġġett iddettaljat: importanza għall-azjenda agrikola

MLFO 022

Perċentwal ta' attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola meta mqabbel mal-output finali tal-azjenda agrikola

Il-medda perċentwali tal-attivitajiet l-oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola fl-output finali tal-azjenda agrikola. Is-sehem tal-attivitajiet l-oħra li jagħmlu l-qligħ li huma relatati direttament mal-azjenda agrikola, meta mqabbel mal-output tal-azjenda agrikola, huwa stmat bħala s-sehem tal-attivitajiet l-oħra li jagħmlu l-qligħ li huma relatati direttament mal-fatturat tal-azjenda agrikola fis-somma tal-fatturat totali tal-azjenda agrikola, u l-pagamenti diretti ta' dik l-azjenda agrikola taħt ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew leġiżlazzjoni aktar reċenti.

Formula

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol

Din il-partita tapplika:

(i)

għall-proprjetarji ta' azjendi bi proprjetarju uniku u azjendi li jappartjenu għal grupp;

(ii)

għall-membri tal-familja f'azjendi bi proprjetarju uniku; u

(iii)

membri mhux tal-familja li jaħdmu regolarment fuq l-azjenda agrikola.

Ma tinġabar ebda informazzjoni għal azjendi legali.

MLFO 023

Proprjetarju li għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola)

Il-proprjetarju ta' azjendi bi proprjetarju uniku jew azjendi li jappartjenu għal grupp għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola:

 

M — attività ewlenija

 

S — attività sekondarja

 

N — ebda involviment

Dawn l-attivitajiet jistgħu jitwettqu fl-azjenda agrikola nfisha (xogħol mhux agrikolu fl-azjenda agrikola), jew inkella barra mill-azjenda agrikola.

MLFO 024

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom

Għadd ta' membri tal-familja li jwettqu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ direttament relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività prinċipali tagħhom.

MLFO 025

Membri tal-familja li jaħdmu fl-azjenda agrikola u li għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom

Għadd ta' membri tal-familja li jwettqu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ direttament relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività sekondarja tagħhom.

MLFO 026

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola u li għandha attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħha

Għadd ta' membri mhux tal-familja li, f'azjendi bi proprjetarju uniku u azjendi li jappartjenu għal grupp, iwettqu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola bħala l-attività prinċipali tagħhom.

MLFO 027

Forza tax-xogħol mhux tal-familja li taħdem regolarment fuq l-azjenda agrikola u li għandha attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħha

Għadd ta' membri mhux tal-familja li, f'azjendi bi proprjetarju uniku u azjendi li jappartjenu għal grupp, iwettqu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola bħala l-attività sekondarja tagħhom.

Suġġett: attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ li mhumiex relatati mal-azjenda agrikola

Tirreferi għal xogħol mhux agrikolu fl-azjenda agrikola u għal xogħol barra mill-azjenda agrikola. Dan jinkludi kull atttività mwettqa għal rimunerazzjoni (salarju, paga, profitti jew pagament ieħor, inkluż pagament in natura) għajr:

(i)

ix-xogħol agrikolu fl-azjenda agrikola: u

(ii)

attivitajiet oħra tal-proprjetarju li jagħmlu l-qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola.

Attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ mhux relatati mal-azjenda agrikola jirreferu għal attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ:

(a)

fl-azjenda agrikola (xogħol mhux agrikolu fl-azjenda agrikola); jew

(b)

barra mill-azjenda agrikola.

 

Suġġett iddettaljat: input ta' xogħol

MLFO 028

Il-proprjetarju uniku li huwa wkoll il-maniġer tal-azjenda agrikola bi proprjetarju uniku għandu attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola)

Il-proprjetarju għandu attivitajiet li jagħmlu l-qligħ li mhumiex relatati direttament mal-azjenda agrikola:

 

M — attività ewlenija

 

S — attività sekondarja

 

N — ebda involviment

Dawn l-attivitajiet jistgħu jitwettqu fl-azjenda agrikola nfisha (xogħol mhux agrikolu fl-azjenda agrikola), jew inkella barra mill-azjenda agrikola.

MLFO 029

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta l-proprjetarju uniku huwa l-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività prinċipali tagħhom

Għadd ta' membri tal-familja li jwettqu attivitajiet li jagħmlu l-qligħ li mhumiex relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività prinċipali tagħhom.

MLFO 030

Membri tal-familja tal-proprjetarji uniċi (meta d-proprjetarju uniku huwa l-maniġer tal-azjenda agrikola), li jaħdmu fl-azjenda agrikola u għandhom attivitajiet oħra li jagħmlu l-qligħ (mhux relatati mal-azjenda agrikola) bħala l-attività sekondarja tagħhom

Għadd ta' membri tal-familja li jwettqu attivitajiet li jagħmlu l-qligħ li mhumiex relatati mal-azjenda agrikola bħala l-attività sekondarja tagħhom.

MODULU 2. ŻVILUPP RURALI

DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI TAL-IŻVILUPP RURALI

Suġġett: azjendi agrikoli appoġġati minn miżuri ta' żvilupp rurali

L-azjenda agrikola titqies bħala li bbenefikat, fl-aħħar tliet snin, mill-miżuri ta' żvilupp rurali stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013, skont ċerti standards u regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti, irrispettivament minn jekk il-pagement ikunx sar fil-perjodu ta' referenza, dment li tkun ittieħdet deċiżjoni pożittiva rigward l-għoti ta' miżura bħal din (eż. l-applikazzjoni għal sussidju tiġi aċċettata).

MRDV 001

Servizzi konsultattivi, servizzi ta' ġestjoni u ta' sostituzzjoni b'rabta mal-azjendi agrikoli

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 002

Skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 003

Investiment f'assi fiżiċi

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 004

Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b'diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni adatta

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

 

 

Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju

Miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fil-każ tal-Kroazja, anke taħt l-Artikolu 40 tal-istess regolament.

MRDV 005

Għajnuna għall-bidu ta' negozju għal bdiewa żgħażagħ

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 19 a) (i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 006

Għajnuna għall-bidu ta' negozju għall-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 19 a) (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 007

Pagamenti diretti nazzjonali kumplementari għall-Kroazja

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 008

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

 

 

Pagamenti agroambjentali klimatiċi

MRDV 009

Agroambjent klimatiku

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 010

Servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u konservazzjoni tal-foresti

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 011

Biedja organika

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 012

Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 013

Pagamenti għal żoni b'restrizzjonijiet naturali jew b'restrizzjonijiet speċifiċi oħra

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 014

Trattament xieraq tal-annimali

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MRDV 015

Ġestjoni tar-riskju

L-azjenda agrikola bbenefikat minn miżuri ta' żvilupp rurali skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

MODULU 3. ABITAZZJONI GĦALL-ANNIMALI U ĠESTJONI TAD-DEMEL

DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI TAL-ABITAZZJONI GĦALL-ANNIMALI U TAL-ĠESTJONI TAD-DEMEL

Suġġett: abitazzjoni għall-annimali

Postijiet f'abitazzjoni għall-annimali tal-ifrat, il-ħnieżer u l-pollam. It-terminu “postijiet” jirreferi għall-għadd normali ta' annimali preżenti fl-abitazzjoni għall-annimali matul is-sena bażi. Dan ifisser li l-għadd ta' annimali jrid jiġi kkoreġut fil-jum ta' referenza jekk il-kundizzjonijiet ma jkunux normali (wisq annimali fl-abitazzjoni, ftit wisq annimali fl-abitazzjoni, żvujtar sanitarju, skemi ta' produzzjoni speċjali, eċċ.). Għandha tiġi rreġistrata biss abitazzjoni għall-annimali li tkun intużat matul il-perjodu ta' referenza. Jiġi rreġistrat ukoll l-għadd ta' postijiet temporanjament vojta fl-abitazzjoni għall-annimali matul il-perjodu ta' referenza.

L-annimali huma definiti fit-Taqsima Ewlenija III. VARJABBLI TAL-BHEJJEM

 

Suġġett iddettaljat: abitazzjoni għall-annimali bovini

MAHM 001

Baqar tal-ħalib

Għadd medju ta' baqar tal-ħalib fis-sena bażi.

MAHM 002

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel likwidu)

Għadd ta' postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel marbuta b'ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 003

Baqar tal-ħalib fi stalel marbuta (demel solidu)

Għadd ta' postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel marbuta b'ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 004

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Għadd ta' postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali b'ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 005

Baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Għadd ta' postijiet għall-baqar tal-ħalib fi stalel konvenzjonali b'ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 006

Baqar tal-ħalib f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Għadd ta' postijiet għal baqar tal-ħalib f'tipi ta' abitazzjoni oħra, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b'ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 007

Baqar tal-ħalib f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel solidu)

Għadd ta' postijiet għal baqar tal-ħalib f'tipi ta' abitazzjoni oħra, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b'ġestjoni tad-demel solidu

MAHM 008

Baqar tal-ħalib dejjem barra

Għadd ta' postijiet għall-baqar tal-ħalib dejjem barra.

MAHM 009

Baqar tal-ħalib parzjalment barra (jirgħu)

Xhur li fihom il-baqar tal-ħalib ikunu qed jirgħu barra.

MAHM 010

Baqar tal-ħalib b'aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Preżenza ta' btieħi għall-eżerċizzju għall-baqar tal-ħalib.

MAHM 011

Annimali bovini oħra

Għadd medju ta' annimali bovini oħra fis-sena bażi.

MAHM 012

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel likwidu)

Għadd ta' postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel marbuta b'ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 013

Annimali bovini oħra fi stalel marbuta (demel solidu)

Għadd ta' postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel marbuta b'ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 014

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel likwidu)

Għadd ta' postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali b'ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 015

Annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali (demel solidu)

Għadd ta' postijiet għal annimali bovini oħra fi stalel konvenzjonali b'ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 016

Annimali bovini oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel likwidu)

Għadd ta' postijiet għal annimali bovini oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b'ġestjoni tad-demel likwidu.

MAHM 017

Annimali bovini oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra (demel solidu)

Għadd ta' postijiet għal annimali bovini oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra, mhux ikklassifikati fi bnadi oħra, b'ġestjoni tad-demel solidu.

MAHM 018

Annimali bovini oħra dejjem barra

Għadd ta' postijiet għal annimali bovini oħra dejjem barra.

MAHM 019

Annimali bovini oħra parzjalment barra (jirgħu)

Xhur li fihom dawk l-annimali bovini oħra jkunu qed jirgħu barra.

MAHM 020

Annimali bovini oħra b'aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Preżenza ta' btieħi għall-eżerċizzju għal annimali bovini oħra.

 

Suġġett iddettaljat: abitazzjoni għall-ħnieżer

MAHM 021

Ħnieżer tal-għalla

Għadd medju ta' ħnieżer tal-għalla fis-sena bażi.

MAHM 022

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment f'għamla ta' gradilja

Għadd ta' postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f'abitazzjoni b'paviment f'għamla ta' gradilja.

MAHM 023

Ħnieżer tal-għalla fuq paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja

Għadd ta' postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f'abitazzjoni b'paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja.

MAHM 024

Ħnieżer tal-għalla f'abitazzjoni b'art solida (bl-esklużjoni ta' mifrex fond)

Għadd ta' postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f'abitazzjoni b'art solida bl-esklużjoni ta' mifrex fond.

MAHM 025

Ħnieżer tal-għalla fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Għadd ta' postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f'abitazzjoni b'mifrex fond.

MAHM 026

Ħnieżer tal-għalla f'tipi ta' abitazzjoni oħra

Għadd ta' postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f'tipi ta' abitazzjoni oħra.

MAHM 027

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Għadd ta' postijiet għall-ħnieżer tal-għalla f'sistemi ta' trobbija fil-beraħ.

MAHM 028

Ħnieżer tal-għalla fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Xhur li fihom il-ħnieżer tal-għalla jkunu qed jirgħu barra, f'sistemi ta' trobbija fil-beraħ.

MAHM 029

Ħnieżer oħra

Għadd medju ta' ħnieżer oħra fis-sena bażi.

MAHM 030

Ħnieżer oħra fuq paviment f'għamla ta' gradilja

Għadd ta' postijiet għal ħnieżer oħra f'abitazzjoni b'paviment f'għamla ta' gradilja.

MAHM 031

Ħnieżer oħra fuq paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja

Għadd ta' postijiet għal ħnieżer oħra f'abitazzjoni b'paviment parzjalment f'għamla ta' gradilja.

MAHM 032

Ħnieżer oħra f'abitazzjoni b'art solida (bl-esklużjoni ta' mifrex fond)

Għadd ta' postijiet għal ħnieżer oħra f'abitazzjoni b'art solida bl-esklużjoni ta' mifrex fond.

MAHM 033

Ħnieżer oħra fejn is-superfiċje sħiħa hija mifrex fond

Għadd ta' postijiet għal ħnieżer oħra f'abitazzjoni b'mifrex fond.

MAHM 034

Ħnieżer oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra

Għadd ta' postijiet għal ħnieżer oħra f'tipi ta' abitazzjoni oħra.

MAHM 035

Ħnieżer oħra barra (trobbija fil-beraħ)

Għadd ta' postijiet għal ħnieżer oħra f'sistemi ta' trobbija fil-beraħ.

MAHM 036

Ħnieżer oħra b'aċċess għal btieħi għall-eżerċizzju

Preżenza ta' btieħi għall-eżerċizzju għal ħnieżer oħra (bl-esklużjoni tat-trobbija fil-beraħ).

 

Suġġett iddettaljat: abitazzjoni għat-tiġieġ tal-bajd

MAHM 037

Tiġieġ tal-bajd

Għadd medju ta' tiġieġ tal-bajd fis-sena bażi.

MAHM 038

Tiġieġ tal-bajd f'abitazzjoni b'mifrex fond

Għadd ta' postijiet għal tiġieġ tal-bajd f'abitazzjoni b'mifrex fond.

MAHM 039

Tiġieġ tal-bajd f'guva (mingħajr mifrex)

Għadd ta' postijiet għal tiġieġ tal-bajd f'guva.

MAHM 040

Tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ b'ċineg li jneħħu l-ħmieġ

Għadd ta' postijiet għal tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ b'ċineg li jneħħu l-ħmieġ.

MAHM 041

Tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ b'fosos fondi

Għadd ta' postijiet għal tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ b'fosos fondi.

MAHM 042

Tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ bl-istilt house

Għadd ta' postijiet għal tiġieġ tal-bajd f'gaġeġ bl-istilt house.

MAHM 043

Tiġieġ tal-bajd f'tipi ta' abitazzjoni oħra

Għadd ta' postijiet għal tiġieġ tal-bajd f'tipi ta' abitazzjoni oħra.

MAHM 044

Tiġieġ tal-bajd fuq barra (trobbija fil-beraħ)

Għadd ta' postijiet għal tiġieġ tal-bajd f'sistemi ta' trobbija fil-beraħ.

Suġġett: użu tan-nutrijenti u d-demel fl-azjenda agrikola

 

Suġġett iddettaljat: EAU fertilizzata

MAHM 045

EAU totali fertilizzata b'fertilizzanti minerali

Ettari ta' erja agrikola użata ffertilizzata b'fertilizzanti minerali.

MAHM 046

EAU totali fertilizzata bid-demel

Ettari ta' erja agrikola użata ffertilizzata bid-demel tal-bhejjem.

 

Suġġett iddettaljat: demel esportat minn u impurtat lejn l-azjenda agrikola

L-ammont nett ta' demel tal-bhejjem jew esportat minn jew impurtat lejn l-azjenda agrikola.

 

 

Esportazzjoni netta tad-demel mill-azjenda agrikola

L-ammont nett ta' demel tal-bhejjem trasportat barra minn jew miġjub sal-azjenda agrikola.

MAHM 047

Esportazzjoni netta tad-demel likwidu/semisolidu mill-azjenda agrikola

Metri kubiċi ta' demel likwidu/semisolidu impurtat lejn jew esportat mill-azjenda agrikola għal użu dirett bħala fertilizzant jew intenzjonat għall-ipproċessar industrijali, irrispettivament minn jekk ikunx inbiegħ, inxtara jew ġie skambjat mingħajr ħlas. Jinkludu wkoll demel likwidu/semisolidu li jkun intuża għall-produzzjoni tal-enerġija u jkun se jerġa' jintuża fl-agrikoltura fi stadju aktar tardiv.

MAHM 048

Esportazzjoni netta tad-demel solitu mill-azjenda agrikola

Tunnellati ta' demel solidu impurtat lejn jew esportat mill-azjenda agrikola għal użu dirett bħala fertilizzant jew intenzjonat għall-ipproċessar industrijali, irrispettivament minn jekk ikunx inbiegħ, inxtara jew ġie skambjat mingħajr ħlas. Jinkludu wkoll demel solidu li jkun intuża għall-produzzjoni tal-enerġija u jkun se jerġa' jintuża fl-agrikoltura fi stadju aktar tardiv.

 

Suġġett iddettaljat: fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart għajr id-demel

MAHM 049

Fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart, għajr id-demel, li jintużaw fl-azjenda agrikola

Tunnellati ta' fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart, għajr id-demel tal-bhejjem, li jintużaw fl-agrikoltura fl-azjenda agrikola.

Suġġett: tekniki ta' applikazzjoni tad-demel

Tekniki biex jiġi applikat id-demel

 

Suġġett iddettaljat: ħin ta' inkorporazzjoni għal kull tip ta' tifrix

 

 

Tifrix

Id-demel jinfirex f'wiċċ erja ta' art jew għalla mingħajr l-użu ta' tekniki ta' tidmil b'furkettun jew ta' injezzjoni.

MAHM 050

Inkorporazzjoni fi żmien 4 sigħat

Medda perċentwali tad-demel totali applikat li jkun ġie inkorporat fil-ħamrija b'mod mekkaniku fi ħdan erba' sigħat wara li jinfirex.

MAHM 051

Inkorporazzjoni wara 4 sigħat

Medda perċentwali tad-demel totali applikat li jkun ġie inkorporat fil-ħamrija b'mod mekkaniku bejn 4 u 24 siegħa wara li jinfirex.

MAHM 052

Ebda inkorporazzjoni

Medda perċentwali tad-demel totali applikat fejn ma tkun twettqet ebda inkorporazzjoni fil-ħamrija jew jekk id-demel ma jkunx ġie inkorporat fi ħdan 24 siegħa wara li jinfirex.

 

 

Tidmil b'furkettun

Id-demel likwidu jew semisolidu jiġi applikat għal erja f'faxex paralleli b'ebda demel bejn il-faxex, u dan permezz ta' tagħmir (makkinarju li jdemmel b'furkettun) imwaħħal man-naħa ta' wara ta' bawżer jew ta' trattur biex jifrex id-demel likwidu jew semisolidu fil-livell tal-art.

MAHM 053

Manka tkarkar

Medda perċentwali ta' demel likwidu jew semisolidu applikat permezz ta' magna li tferrex id-demel b'manka tkarkar.

MAHM 054

Nagħla tkarkar

Medda perċentwali ta' demel likwidu jew semisolidu applikat permezz ta' magna li tferrex id-demel b'nagħla tkarkar.

 

 

Injezzjoni

Id-demel likwidu jew semisolidu jiġi applikat billi jitqiegħed f'qasmiet maqtugħa fil-ħamrija sa ċertu fond li jvarja skont it-tip ta' injettatur.

MAHM 055

Qasma baxxa/miftuħa

Medda perċentwali ta' demel likwidu jew semisolidu applikat f'qasmiet baxxi (tipikament fond ta' madwar 50 mm) irrispettivament minn jekk il-qasmiet jitħallewx miftuħa jew jingħalqux wara l-applikazzjoni.

MAHM 056

Qasma fonda/magħluqa

Medda perċentwali ta' demel likwidu jew semisolidu applikat f'qasmiet fondi (tipikament fond ta' madwar 150 mm) li jingħalqu wara l-applikazzjoni.

Suġġett: faċilitajiet għad-demel

 

Suġġett iddettaljat: faċilitajiet għall-ħżin tad-demel u kapaċità

Faċilitajiet intenzjonati għall-ħżin tad-demel

Il- kapaċità tal-faċilitajiet għall-ħżin tad-demel hija ddefinita bħala l-għadd ta' xhur li fihom il-faċilitajiet ta' ħżin jistgħu jaħżnu d-demel prodott fl-azjenda agrikola mingħajr riskju li jiskula, u mingħajr żvujtar okkażjonali.

MAHM 057

Ħżin solidu tad-demel f'munzelli

Il-perċentwal ta' demel li jinħażen fi mniezel mhux ikkonfinati jew f'erjas ta' konfinament fil-miftuħ, normalment għal perjodu ta' bosta xhur.

MAHM 058

Demel maħżun fi mniezel ta' kompost

Il-perċentwal ta' demel li jinħażen fi mniezel konfinati, fejn titħalla tgħaddi l-arja u/jew ikun imħallat.

MAHM 059

Demel maħżun f'fosos taħt l-erja ta' reklużjoni tal-annimali

Il-perċentwal ta' demel li jinħażen bi ftit li xejn jew ebda ilma miżjud, tipikament taħt paviment f'għamla ta' gradilja f'faċilità ta' reklużjoni tal-annimali, normalment għal perjodu ta' inqas minn sena.

MAHM 060

Demel maħżun f'sistemi ta' mifrex fond

Il-perċentwal ta' demel akkumulat matul ċiklu ta' produzzjoni, li jista' jkun estiż sa 6 xhur jew 12-il xahar.

MAHM 061

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu mingħajr kopertura

Il-perċentwal ta' demel maħżun f'tankijiet jew għadajjar mhux mgħottijin, normalment għal perjodu ta' inqas minn sena.

MAHM 062

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b'kopertura permeabbli

Il-perċentwal ta' demel maħżun f'tankijiet jew għadajjar, normalment għal perjodu ta' inqas minn sena, u li jkun mgħotti b'kopertura permeabbli (bħal tafal, tiben jew qoxra naturali).

MAHM 063

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu b'kopertura impermeabbli

Il-perċentwal ta' demel maħżun f'tankijiet jew għadajjar, normalment għal perjodu ta' inqas minn sena, u li jkun mgħotti b'kopertura impermeabbli (bħal polietilen ta' densità għolja jew koperturi ta' pressjoni negattiva).

MAHM 064

Demel maħżun f'faċilitajiet oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

Il-perċentwal ta' demel (irrispettivament minn jekk ikunx solidu jew likwidu/semisolidu) maħżun f'faċilitajiet oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra.

MAHM 065

Tifrix ta' kuljum

Il-perċentwal ta' demel li ta' rutina jitneħħa minn faċilità ta' reklużjoni u jiġi applikat għar-raba' jew bwar fi żmien 24 siegħa wara l-eskrezzjoni.

MAHM 066

Demel maħżun fi mniezel ta' kompost

L-għadd ta' xhur li fihom id-demel solidu jista' jinħażen fi mniezel ta' kompost konfinati.

MAHM 067

Ħżin tad-demel f'fosos taħt l-erja ta' reklużjoni tal-annimali

L-għadd ta' xhur li fihom il-fosos tad-demel likwidu fl-azjenda agrikola jistgħu jaħżnu d-demel.

MAHM 068

Ħżin ta' demel f'sistemi ta' mifrex fond

L-għadd ta' xhur li fihom id-demel jista' jinħażen f'sistemi ta' mifrex fond.

MAHM 069

Ħżin tad-demel likwidu/semisolidu

L-għadd ta' xhur li fihom id-demel jista' jinħażen fi mħażen ta' demel likwidu/semisolidu, irrispettivament mill-kopertura.

MAHM 070

Demel maħżun f'faċilitajiet oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra

L-għadd ta' xhur li fihom id-demel (irrispettivament minn jekk ikunx solidu jew likwidu/semisolidu) jista' jinħażen f'faċilitajiet oħra li mhumiex ikklassifikati fi bnadi oħra.


Top