This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1650
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1650 of 5 November 2018 amending Annex I to Regulation (EC) No 798/2008 as regards the entries for Canada, Russia and the United States in the list of third countries, territories, zones or compartments from which certain poultry commodities may be imported into or transit through the Union in relation to highly pathogenic avian influenza (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1650 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Kanada, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1650 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Kanada, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/7142
ĠU L 275, 6.11.2018, p. 10–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1650
tal-5 ta' Novembru 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Kanada, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (il-prodotti). Dan jistipula li dawk il-prodotti biss jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula li kunsinni tal-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss jekk jikkonformaw ma' ċerti kundizzjonijiet, inklużi l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu, u fejn xieraq, id-“data tal-għeluq” u d-“data tal-ftuħ” stabbiliti fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella. Id-data tal-għeluq tindika d-data minn meta l-kunsinni tal-prodotti manifatturati f'pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li ma għadux awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha, filwaqt li d-data tal-ftuħ tindika d-data minn meta kunsinni ta' prodotti manifatturati f'pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għal darba oħra huma awtorizzati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni jew għat-tranżitu minnha. |
(3) |
L-entrati fil-kolonni 6 A u 6B jinżammu fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex ma jitħallewx l-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-kunsinni tal-prodotti manifatturati f'żoni ristretti barra l-Unjoni matul il-perjodu meta l-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' kunsinni bħal dawn ma kinux awtorizzati skont ir-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
(4) |
L-entrata għall-Kanada fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tinkludi żoni ta' dak il-pajjiż terz li, wara l-konferma tal-HPAI, applikaw l-eliminazzjoni, it-tindif u d-diżinfettar, u ġew awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tjur b'data tal-ftuħ ta' aktar minn sentejn ilu. Għalhekk, l-entrata għall-Kanada jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(5) |
L-entrata għall-Istati Uniti fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tinkludi żoni ta' dak il-pajjiż terz li, wara l-konferma tal-HPAI, applikaw l-eliminazzjoni, it-tindif u d-diżinfettar, u ġew awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti tat-tjur b'data tal-ftuħ ta' aktar minn sentejn ilu. Għalhekk, l-entrata għall-Istati Uniti jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikun jista' jitqies ħieles mill-HPAI. |
(7) |
Ir-Russja hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għal importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' prodotti tat-tjur. |
(8) |
Fis-17 ta' Novembru 2016, ir-Russja kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f'azjenda agrikola tat-tjur fit-territorju tagħha. Minn Novembru 2016, ir-Russja kkonfermat diversi tifqigħat tal-HPAI f'azjendi tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba dawk it-tifqigħat li ġew ikkonfermati minn Novembru 2016, ir-Russja ma tistax titqies bħala ħielsa minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tar-Russja mhumiex f'pożizzjoni li jiċċertifikaw kunsinni ta' laħam tat-tjur għall-konsum uman maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha. |
(9) |
L-awtoritajiet veterinarji tar-Russja bagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni preliminari dwar it-tifqigħat tal-HPAI u kkonfermaw li mis-17 ta' Novembru 2016, huma kienu ssospendew il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' laħam tat-tjur għall-konsum uman maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha. |
(10) |
Għalhekk, ebda kunsinna ta' dawn il-prodotti oriġinarji mir-Russja ma ġiet introdotta fl-Unjoni minn dik id-data 'l hawn. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi ddokumentata din is-sitwazzjoni u tiġi introdotta d-data tal-għeluq rilevanti fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Dan jiżgura wkoll li meta r-Russja terġa' teħles mill-HPAI u tiġi stabbilita data tal-ftuħ, il-kunsinni ta' dawn il-prodotti manifatturati wara d-data tal-għeluq u qabel dik id-data tal-ftuħ ma jkunux eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li l-entrata għar-Russja fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika f'dak il-pajjiż terz sa minn Novembru 2016 u tindika d-data tal-għeluq li minnha dak il-pajjiż terz ma jistax jitqies bħala ħieles mill-HPAI. |
(12) |
Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
ANNESS
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
l-entrata għall-Kanada hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(2) |
l-entrata għar-Russja hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(3) |
l-entrata għall-Istati Uniti hija sostitwita b'dan li ġej:
|