This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1620
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/1620 of 13 July 2018 amending Delegated Regulation (EU) 2015/61 to supplement Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and the Council with regard to liquidity coverage requirement for credit institutions (Text with EEA relevance.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1620 tat-13 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1620 tat-13 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/4404
ĠU L 271, 30.10.2018, p. 10–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/10 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1620
tat-13 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 460 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2) jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jittejjeb l-allinjament ma' standards internazzjonali u jiffaċilita ġestjoni ta' likwidità aktar effiċjenti minn istituzzjonijiet ta' kreditu. |
(2) |
B'mod partikolari, sabiex jittieħed kont adegwat ta' attivitajiet imwettqa minn istituzzjonijiet ta' kreditu attivi barra l-Unjoni, kwalunkwe rekwiżit għal daqs ta' ħruġ minimu applikat għall-assi likwidi miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz jenħtieġ li jiġi rrinunzjat, sabiex dawn l-assi jistgħu jiġu rikonoxxuti għal skopijiet ta' konsolidazzjoni. Inkella, l-istituzzjoni prinċipali f'livell konsolidat jista' jkollha nuqqas ta' assi likwidi f'livell konsolidat, minħabba li r-rekwiżit ta' likwidità li jirriżulta minn sussidjarja f'pajjiż terz jiġi inkluż fir-rekwiżit ta' likwidità konsolidat, filwaqt li l-assi miżmuma minn din is-sussidjarja sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta' likwidità tagħha fil-pajjiż terz jiġu esklużi mir-rekwiżit ta' likwidità konsolidat. Madankollu, l-assi ta' impriża sussidjarja f'pajjiż terz jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti biss sal-livell ta' flussi ta' ħruġ netti ta' likwidità taħt tensjoni imġarrba fl-istess munita bħall-munita li fiha huma denominati u l-assi li jirriżultaw minn dik sussidjarja partikolari. Barra minn hekk, kif għal kwalunkwe assi oħra ta' pajjiż terz, jenħtieġ li l-assi jiġu rikonoxxuti biss jekk jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz inkwistjoni. |
(3) |
Huwa rikonoxxut li banek ċentrali jistgħu jipprovdu likwidità fil-munita tagħhom stess u li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' banek ċentrali hija inqas rilevanti għall-finijiet ta' likwidità milli għall-finijiet ta' solvenza. Bħala riżultat, u sabiex ir-regoli fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-istandard internazzjonali u biex jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għal istituzzjonijiet ta' kreditu attivi internazzjonalment, ir-riżervi miżmuma minn sussidjarja jew fergħa ta' pajjiż terz ta' istituzzjoni ta' kreditu tal-Unjoni fil-bank ċentrali ta' pajjiż terz li mhux assenjat valutazzjoni tal-kreditu tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu minn istituzzjoni ta' valutazzjoni tal-kreditu esterna innominata, jenħtieġ li tkun eliġibbli bħala assi likwidi tal-ewwel livell fejn jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Speċifikament, dawk ir-riservi għandhom ikunu eliġibbli meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista' tirtirahom fi kwalunkwe ħin waqt perjodi ta' tensjoni u, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-irtirar tagħhom ikunu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u l-bank ċentrali fejn ir-riservi huma miżmuma jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz. Madankollu, jenħtieġ li dawk ir-riżervi ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala assi ta' livell 1 biss biex ikopru flussi ta' ħruġ netti ta' likwidità taħt tensjoni mġarrba fl-istess munita bħal dik li fiha r-riżervi huma denominati. |
(4) |
Huwa xieraq li jittieħed kont tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak ir-Regolament fih kriterji sabiex jiġi determinat jekk titolizzazzjoni tistax tinħatar bħala titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (“STS”). Peress li dawk il-kriterji jiżguraw li titolizzazzjonijiet STS huma ta' kwalità għolja, jenħtieġ li dawn jintużaw ukoll biex jiddeterminaw liema titolizzazzjonijiet huma li jingħaddu bħala assi likwidi ta' kwalità għolja għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. Għalhekk it-titolizzazzjonijiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli bħala assi tal-livell 2B skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament (UE) 2017/2402, minbarra l-kriterji l-oħrajn li diġà huma speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61, li huma speċifiċi għall-karatteristiċi tal-likwidità tagħhom. |
(5) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 ma ttellifx it-trażmissjoni effettiva tal-politika monetarja għall-ekonomija. Tranżazzjonijiet mal-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru jista' jkun mistenni li jkunu estiżi taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni qawwija. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex iwarrbu l-mekkaniżmu ta' riversjar għall-kalkolu tar-riżerva ta' likwidità fil-każ ta' tranżazzjonijiet garantiti mal-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru fejn it-tranżazzjonijiet li jinvolvu assi likwidi ta' kwalità għolja fuq mill-inqas vjaġġ wieħed ta' kull tranżazzjoni u huma mistennija li jimmaturaw fi żmien it-30 jum kalendarju li jkun imiss. Madankollu, qabel ma jagħtu eżenzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jikkonsultaw mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, u wkoll mal-BĊE jekk dak il-bank ċentrali huwiex bank ċentrali tal-Eurosistema. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rinunzja tkun soġġetta għal salvagwardji xierqa sabiex jiġu evitati opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju possibbli jew inċentivi ħżiena għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Fl-aħħar nett, sabiex ir-regoli tal-Unjoni jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-istandard internazzjonali stabbilit mill-BVBS, il-kollateral riċevut permezz tat-tranżazzjonijiet derivattivi jenħtieġ li jitneħħa mill-mekkaniżmu ta' riversjar. |
(6) |
Barra minn hekk, it-trattament tar-rati tal-fluss ta' ħruġ u tal-fluss ta' dħul għall-ftehimiet ta' riakkwist (repos), għall-ftehimiet ta' riakkwist invers (reverse repos) u għall-iswaps kollaterali jenħtieġ li jkun allinjat kompletament mal-approċċ fl-istandard internazzjonali għall-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (“BCBS”, Basel Committee on Banking Supervision). B'mod speċifiku, il-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ ta' flus jenħtieġ li jkun marbut direttament mar-rata ta' prolungazzjoni tat-tranżazzjoni (allinjata mat-telf impost fuq il-kollateral ipprovdut applikat għall-obbligazzjoni tal-flus, bħal fl-istandard tal-BCBS) minflok mal-valur tal-likwidità tal-kollateral sottostanti. |
(7) |
Minħabba interpretazzjonijiet diverġenti li tfaċċaw, huwa importanti li jiġu ċċarati diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, b'mod partikolari rigward l-issodisfar tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità; l-eliġibbiltà fil-bafer ta' assi inklużi f'pula disponibbli għall-ksib ta' finanzjament taħt linji mħaddma mill-bank ċentrali, ta' CIUs u ta' depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali; il-kalkolu ta' flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali għal prodotti u servizzi oħrajn; l-għoti ta' trattament preferenzjali għal faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità intragrupp; it-trattament ta' pożizzjoni qasira; u r-rikonoxximent ta' flejjes dovuti minn titoli li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, |
(8) |
Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2(3), il-punt (a) hu ssostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 10 jiġi emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 11 jiġi emendat kif ġej:
|
(8) |
L-Artikolu 13 jiġi emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 15 jiġi emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 16 Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali 1. Meta istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal netwerk li jkun eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti liberi li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożiti ma tittrattahomx bħala depożiti operattivi. Fejn id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi likwidi, huma għandhom jiġu ttrattati f'konformità ma' waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
2. Meta, skont il-liġi ta' Stat Membru jew id-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi deskritti fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha aċċess fi żmien 30 jum kalendarju għal finanzjament tal-likwidità mhux prelevat mill-istituzzjoni ċentrali jew minn istituzzjoni oħra fl-istess netwerk jew skema, dan il-finanzjament għandu jiġi ttrattat bħala assi tal-livell 2B, sakemm ma jkunx kollateralizzat minn assi likwidi u ma jkunx ittrattat f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. Għandu jiġi applikat telf impost minimu ta' 25 % għall-ammont ta' kapital impenjat mhux prelevat tal-finanzjament tal-likwidità.”; |
(11) |
L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:
|
(12) |
L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 21 Netting tat-tranżazzjonijiet derivattivi 1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju għall-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għad-derivattivi ta' kreditu fuq bażi netta mill-kontraparti soġġett għall-eżistenza ta' ftehimiet ta' netting bilaterali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 295 ta' dak ir-Regolament. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul ta' flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi f'munita barranija li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti ta' kapital fuq bażi simultanja (jew fl-istess jum) fuq bażi netta, anki meta dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux koperti minn ftehim ta' netting bilaterali. 3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-bażi netta titqies li tkun in-nett tal-kollateral li għandu jiġi depożitat jew riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss. Madankollu, fil-każ tal-kollateral li għandu jiġi riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss, il-bażi netta titqies li tkun in-nett ta' dak il-kollateral biss jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(13) |
L-Artikolu 22 jiġi emendat kif ġej:
|
(14) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw regolarment il-probabbiltà u l-volum potenzjali tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità matul 30 jum kalendarju għall-prodotti jew is-servizzi li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 27 sa 31 A u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li l-akkwirenti potenzjali jqisuhom bħala li huma assoċjati magħhom. Dawn il-prodotti jew is-servizzi se jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal:
|
(15) |
fl-Artikolu 25(2), il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(16) |
fl-aħħar tal-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar liema istituzzjonijiet jibbenefikaw minn nettjar ta' flussi ta' ħruġ bi flussi ta' dħul interdipendenti skont dan l-artikolu. L-EBA tista' titlob dokumentazzjoni ta' sostenn.”; |
(17) |
L-Artikolu 28 jiġi emendat kif ġej:
|
(18) |
fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:
|
(19) |
L-Artikolu 30 jiġi emendat kif ġej:
|
(20) |
L-Artikolu 31 jiġi emendat kif ġej:
|
(21) |
se jiddaħħal l-Artikolu 31 a li ġej: “Artikolu 31a Flussi ta' ħruġ mill-obbligazzjonijiet u l-impenji mhux koperti minn dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Kapitolu 1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmultiplikaw b'rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 % kwalunkwe obbligazzjoni li saret dovuta fi żmien 30 jum kalendarju, minbarra dawk l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24 sa 31. 2. Jekk it-total tal-impenji kuntrattwali kollha sabiex il-finanzjament jiġi estiż għall-klijenti mhux finanzjarji sa 30 jum kalendarju, għajr għall-impenji msemmija fl-Artikoli 24 sa 31, jaqbeż l-ammont ta' flussi ta' dħul minn dawk il-klijenti mhux finanzjarji kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 32(3), l-eċċess għandu jkun soġġett għal rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 %. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-klijenti mhux finanzjarji għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, persuni fiżiċi, SMEs, kumpaniji korporattivi, sovrani, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku, u se jeskludu klijenti finanzjarji u banek ċentrali.”; |
(22) |
L-Artikolu 32 jiġi emendat kif ġej:
|
(23) |
L-Artikolu 34(2) jiġi emendat kif ġej:
|
(24) |
L-Anness I jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika minn 30 ta' April 2020.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).