Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1604

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1604 tal-25 ta' Ottubru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea

    ST/12715/2018/INIT

    ĠU L 268, 26.10.2018, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1604/oj

    26.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/16


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1604

    tal-25 ta' Ottubru 2018

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15a(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1284/2009.

    (2)

    L-informazzjoni dwar il-grad militari ta' tnejn mill-persuni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li Regolament (UE) Nru 1284/2009 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BOGNER-STRAUSS


    (1)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.


    ANNESS

    ANNESS II

    LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(3)

     

    Isem

    (u psewdonomi possibbli)

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Kaptan Moussa Dadis CAMARA

    d.t.t: 1.1.64 jew 29.12.68

    Pass: R0001318

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    2.

    Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA

    d.t.t: 1.1.68

    Pass: 7190

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    3.

    Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

    d.t.t: 26.2.57

    Pass: 13683

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    4.

    Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ

     

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    5.

    Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonomu Coplan)

    d.t.t: 1.1.60

    Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

    ”.

    Top