Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1565

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1565 tas-17 ta' Ottubru 2018 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' pollam għajr għasafar li jbidu, dundjani għat-tismin, dundjani mrobbija għat-tgħammir, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u speċijiet porċini minuri (detentur tal-awtorizzazzjoni Elanco GmbH) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/6728

    ĠU L 262, 19.10.2018, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/10/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1565/oj

    19.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/24


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1565

    tas-17 ta' Ottubru 2018

    dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' pollam għajr għasafar li jbidu, dundjani għat-tismin, dundjani mrobbija għat-tgħammir, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u speċijiet porċini minuri (detentur tal-awtorizzazzjoni Elanco GmbH)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088). Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tat-tismin, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' pollam għajr għasafar għall-bajd; dundjani għat-tismin, dundjani mrobbija għat-tgħammir, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u speċijiet porċini minuri li jridu jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-7 ta' Diċembru 2016 (2) tas-17 ta' April 2018 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv jitqies effikaċi għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin u għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għal speċijiet porċini minuri. L-Awtorità kkunsidrat li dawn il-konklużjonijiet jistgħu jiġu estiżi għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir u li jistgħu jiġu estrapolati għal speċijiet minuri ta' pollam għat-tismin jew imrobbija għat-tgħammir jew imrobbija għall-bajd. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dak il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2017;15(1):4677.

    (3)  EFSA Journal 2018;16(5):5270.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta' annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

    Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

    4a29

    Elanco GmbH

    Endo-1,4-beta-mannanażi

    EC 3.2.1.78

    Kompożizzjoni kimika

    Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088) li jkollha attività minima ta':

    1,6 × 108 U (1)/g forma solida;

    5,9 × 108 U/g forma likwida.

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    endo-1,4-beta-mannanażi prodotta mill-Paenibacillus lentus (DSM 28088)

    Metodi analitiċi  (2)

    Għall-kwantifikazzjoni tal-endo-1,4-beta-mannanażi fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:

    metodi kolorimetriċi bbażati fuq l-idroliżi enżimatika u r-reazzjoni taz-zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-mannożju) bi 3,5-aċidu dinitrosaliċiliku (DNS)

    Tiġieġ għat-tismin

    Tiġieġ imrobbi għall-bajd

    Speċijiet minuri ta' pollam għajr għasafar li jbidu

    32 000 U

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

    2.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali marbuta mal-użu tagħhom. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali li jinkludi protezzjoni għall-ġilda u għan-nifs.

    3.

    Għall-użu fil-ħnienes miftuma sa bejn wieħed u ieħor 35 kg.

    It-8 ta' Novembru 2028

    Dundjani għat-tismin

    Dundjani mrobbija għat-tgħammir

    48 000 U

    Ħnienes miftuma

    48 000 U

    Ħnieżer għat-tismin

    Speċijiet porċini minuri għat-tismin

    32 000 U


    (1)  1 U huwa l-ammont ta' enzima li tillibera 0,72 milligrammi ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-mannożju) minn sottostrat li jkun fih il-mannan (gomma tal-ħarrub) kull minuta b'pH ta' 7,0 u f'temperatura ta' 40 °C.

    (2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli f'dan l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top