This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1476
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1476 of 3 October 2018 amending Council Regulation (EC) No 1210/2003 concerning certain specific restrictions on economic and financial relations with Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1476 tat-3 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1476 tat-3 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
C/2018/6580
ĠU L 249, 4.10.2018, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
4.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1476
tat-3 ta' Ottubru 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-28 ta' Settembru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:
|
“128. |
STATE ENTERPRISE FOR AUTOMOTIVE INDUSTRY (magħrufa wkoll bħala STATE ENTERPRISE FOR AUTOMOTIVE INDUSTRIES). Indirizz: P.O. Box 138, Iskandariya-il-Babilonja, l-Iraq.” |