Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1286

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1286 tal-24 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    C/2018/6313

    ĠU L 240, 25.9.2018, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1286/oj

    25.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 240/8


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1286

    tal-24 ta' Settembru 2018

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fid-19 ta' Settembru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ annotazzjonijiet mil-lista ta' persuni jew entitajiet li jenħtieġ li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi japplika għalihom.

    (3)

    Għaldaqstant jinħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2018.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, l-entrati li ġejjin jitħassru:

    “116.

    STATE COMPANY FOR ELECTRICAL INDUSTRIES (magħrufa wkoll bħala (a) STATE ENTERPRISE FOR ELECTRICAL INDUSTRIES, (b) STATE ENTERPRISE FOR ELECTRICAL INDUSTRIES/ELECTRICAL LAMPS, (c) STATE ENTERPRISE FOR GENERATION AND TRANSMISSION OF ELECTRICITY). Indirizzi: (a) P.O. Box 1118, Waziria, Baghdad, Iraq; (b) P.O. Box 9145, Al-Kadhmiyah, Al-Taji, Baghdad, Iraq; (c) 4/356 Al Masbah Building, P.O. Box 1098, Baghdad, Iraq.”

    “134.

    STATE ENTERPRISE FOR DRUG INDUSTRIES (magħrufa wkoll bħala STATE COMPANY FOR DRUG PRODUCTS). Indirizz: Box 271, Samara, Iraq.”

    Top