EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1266

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1266 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, karbossinu, kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, ditijanon, dodina, fenażakwin, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imessażol, aċidu indolibutriku, isossaben, kubrit tal-ġir, metaldeid, paklobutrażol, penċikuron, sintofen, tau fluvalinat u tebufenożur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/6018

ĠU L 238, 21.9.2018, p. 81–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1266/oj

21.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/81


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1266

tal-20 ta' Settembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, karbossinu, kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, ditijanon, dodina, fenażakwin, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imessażol, aċidu indolibutriku, isossaben, kubrit tal-ġir, metaldeid, paklobutrażol, penċikuron, sintofen, tau fluvalinat u tebufenożur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi li huma meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, karbossinu, kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, ditijanon, dodina, fenażakwin, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imessażol, aċidu indolibutriku, isossaben, kubrit tal-ġir, metaldeid, paklobutrażol, penċikuron, sintofen, tau fluvalinat u tebufenożur ġew ippreżentati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3). Madankollu, minħabba raġunijiet li ma għandux kontroll fuqhom l-applikant, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi x'aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Minħabba l-ħin u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' għadd kbir ta' sustanzi attivi li se jiskadu bejn l-2019 u l-2021, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)6104 (4) stabbiliet programm ta' ħidma li jiġbor flimkien is-sustanzi attivi simili u li jistabbilixxi l-prijoritajiet abbażi ta' tħassib dwar is-sigurtà għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent, kif stipulat fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Billi s-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, karbossinu, kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, ditijanon, dodina, fenażakwin, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imessażol, aċidu indolibutriku, isossaben, kubrit tal-ġir, metaldeid, paklobutrażol, penċikuron, sintofen, tau fluvalinat u tebufenożur ma jidħlux fil-kategoriji prijoritizzati tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016)6104, jenħtieġ li l-perjodu tal-approvazzjoni tagħhom jiġi estiż b'sentejn jew bi tliet snin, filwaqt li jiġu meqjusa d-data tal-iskadenza attwali, il-fatt li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 id-dossier supplimentari dwar sustanza attiva jrid jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, il-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni ekwa tar-responsabbiltajiet u tax-xogħol fost l-Istati Membri li jaġixxu fil-kapaċità ta' relaturi u ta' korelaturi, u r-riżorsi disponibbli li huma meħtieġa għall-valutazzjoni u għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li l-perjodu ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi karbossinu, kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, fenażakwin, imessażol, aċidu indolibutriku, metaldeid u paklobutrażol jiġi estiż b'sentejn, u l-perjodu ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, dodina, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, isossaben, kubrit tal-ġir, penċikuron, sintofen, tau fluvalinat u tebufenożur jiġi estiż bi tliet snin.

(6)

Fil-każ li ma jitressaq l-ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-data tal-iskadenza tibqa' l-istess bħad-data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament jew tiġi stabbilita fid-data l-aktar bikrija wara.

(7)

F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni tiffissa d-data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' programm ta' ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 357, 29.9.2016, p. 9).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fir-ringiela 316, għal “Ċiklossidim”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(2)

fir-ringiela 317, għal “6-Benżiladenina”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(3)

fir-ringiela 322, għal “Imessażol”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(4)

fir-ringiela 323, għal “Dodina”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(5)

fir-ringiela 326, għal “Aċidu indolilbutriku”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(6)

fir-ringiela 328, għal “Tau fluvalinat”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(7)

fir-ringiela 329, għal “Kletodim”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(8)

fir-ringiela 330, għal “Bupirimat”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(9)

fir-ringiela 333, għal “1-dekanol”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(10)

fir-ringiela 334, għal “Isossaben”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(11)

fir-ringiela 335, għal “Fluwometuron”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(12)

fir-ringiela 337, għal “Karbossinu”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(13)

fir-ringiela 339, għal “Dażomet”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(14)

fir-ringiela 340, għal “Metaldeid”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(15)

fir-ringiela 341, għal “Sintofen”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(16)

fir-ringiela 342, għal “Fenażakwin”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(17)

fir-ringiela 343, għal “Ażadiraktin”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(18)

fir-ringiela 344, għal “Diklofop”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(19)

fir-ringiela 345, għal “Kubrit tal-ġir”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(20)

fir-ringiela 346, għal “Sulfat tal-aluminju”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(21)

fir-ringiela 348, għal “Paklobutrażol”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2023”;

(22)

fir-ringiela 349, għal “Penċikuron”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(23)

fir-ringiela 350, għal “Tebufenożur”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(24)

fir-ringiela 351, għal “Ditijanon”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(25)

fir-ringiela 352, għal “Eżitijażoss”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;

(26)

fir-ringiela 353, għal “Flutriafol”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Mejju 2024”;


Top