This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1243
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1243 of 13 September 2018 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1243 tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1243 tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2018/6046
ĠU L 232, 17.9.2018, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1243
tat-13 ta' Settembru 2018
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Estratt milwiem ta' lewn kannella skur bil-kompożizzjoni li ġejja (% skont il-piż): |
2309 90 96 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 2309 , 2309 90 u 2309 90 96 . Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 1703 bħala għasel iswed għax ma fihx ammont apprezzabbli ta' zokkor (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 1703 , l-ewwel paragrafu, is-sentenza ta' qabel tal-aħħar). Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2303 bħala skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor minħabba l-produzzjoni intenzjonata mill-għasel iswed flimkien mal-użu maħsub tiegħu bħala għalf imħallat minn qabel (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 2303 , l-ittra (D)). L-għalf imħallat minn qabel li jtejjeb id-diġestjoni tal-annimali huwa preparazzjoni ta' tip użata għall-għalf tal-annimali tal-intestatura 2309 (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 2309 , parti (II)(C), punt (1)). Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2309 90 96 bħala preparazzjoni ta' tip użata għall-għalf tal-annimali. |
|
betaina |
40, |
||
ilma |
40, |
||
sukrożju |
2,2, |
||
rmied |
3, |
||
sustanzi organiċi oħra (bħal aċidi amminiċi u aċidi organiċi). Il-prodott huwa magħmul minn melassa tal-pitravi taz-zokkor b'filtrazzjoni, b'purifikazzjoni kromatografika u sussegwentement b'konċentrazzjoni ta' betaina. Għalhekk il-kontenut taz-zokkor jitnaqqas minn madwar 60 % għal 2 % u l-kontenut tal-betaina jiżdied minn 5 % għal 40 %. Il-prodott jintuża biss bħala għalf tal-annimali mħallat minn qabel li jiffaċilita d-diġestjoni u jżomm l-istabbiltà intestinali. Il-prodott jiġi ppakkjat f'kontenituri ta' 1 000 kg jew importat bl-ingrossa. |