EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1221

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1221 tal-1 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet u titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/3302

ĠU L 227, 10.9.2018, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1221/oj

10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1221

tal-1 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet u titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 111(1)(c) u l-Artikolu 135(2) tagħha,

Billi:

(1)

Suq tat-titolizzazzjoni li jiffunzjona tajjeb jipprovdi sorsi addizzjonali ta' finanzjament għas-swieq kapitali, u b'hekk itejjeb il-kapaċità ta' finanzjament tal-ekonomija reali u jikkontribwixxi biex titlesta l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Barra minn hekk, suq tat-titolizzazzjoni li jiffunzjona tajjeb jipprovdi opportunitajiet ta' investiment alternattivi għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, li jeħtieġu li jiddiversifikaw il-portafolli tagħhom f'ambjent ta' rendiment baxx. Bħala investituri istituzzjonali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jenħtieġ għalhekk li jiġu integrati b'mod sħiħ fis-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Biex jiġi żgurat irkupru sod tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni, ġie stabbilit qafas regolatorju ġdid għat-titolizzazzjoni, ibbażat fuq it-tagħlimiet miksuba matul il-kriżi finanzjarja. Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-elementi sostantivi ta' qafas tat-titolizzazzjoni komprensiv, bi kriterji għall-identifikazzjoni ta' titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati (“STS”) u sistema ta' superviżjoni għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta ta' dawn il-kriterji mill-oriġinaturi, l-isponsors, l-emittenti u l-investituri istituzzjonali. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jistipula sett ta' rekwiżiti komuni fir-rigward taż-żamma tar-riskji, id-diliġenza dovuta u l-iżvelar għas-setturi tas-servizzi finanzjarji kollha. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jemenda, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sabiex jistipula reviżjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment li joriġinaw jew jisponsorjaw titolizzazzjonijiet jew jinvestu fihom, b'mod partikolari rekwiżiti riveduti tal-kapital għal investimenti f'titolizzazzjonijiet STS.

(3)

Sa fejn il-qafas leġiżlattiv rivedut għat-titolizzazzjoni jirfes il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (5), huwa meħtieġ, sabiex tiġi evitata r-regolamentazzjoni doppja u għal raġunijiet ta' ċarezza u konsistenza, li l-qafas prudenzjali applikabbli għall-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni jiġi adattat.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi definizzjonijiet ta' diversi kunċetti relatati mat-titolizzazzjoni. Peress li dan ir-Regolament japplika għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE huwa xieraq, għall-finijiet tad-definizzjoni ta' kunċetti li huma definiti wkoll fir-Regolament (UE) 2017/2402, li ssir referenza fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 għad-definizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2402. Għall-istess raġunijiet, sa fejn ir-rekwiżiti marbutin maż-żamma tar-riskju u d-diliġenza dovuta huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2402 għall-investituri istituzzjonali kollha, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jitħassru mir-Regolament Delegat (UE) 2015/35.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi kriterji ta' kwalifika għal titolizzazzjonijiet STS sabiex tkun provduta definizzjoni armonizzata ta' prodotti ta' titolizzazzjoni ta' kwalità ogħla għas-swieq kapitali fl-Unjoni. Il-kategorija tal-assi tat-‘titolizzazzjoni tat-tip 1’ fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 nħolqot biex jinkiseb għan simili għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, bi kriterji ta' kwalifika komparabbli. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd fis-suq tat-titolizzazzjoni, id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kategorija tal-assi tat-‘titolizzazzjoni tat-tip 1’ jenħtieġ li jitħassru mir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u minflok jenħtieġ li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar it-titolizzazzjoni STS stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/2402. Sabiex jiġi evitat li dawk l-emendi jwasslu għal effetti negattivi, jenħtieġ li jiġu stipulati miżuri tranżitorji fir-rigward ta' assi eżistenti li jiffurmaw parti mill-kategorija ta' ‘titolizzazzjoni tat-tip 1’.

(6)

Il-kalibrar tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvibbiltà skont id-Direttiva 2009/138/KE huwa bbażat fuq ir-riskju u huwa maħsub biex jipprovdi l-inċentivi t-tajba bejn il-forom differenti ta' investimenti fit-titolizzazzjoni. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv, il-livell ta' kalibrazzjoni u s-sensittività għar-riskju fost is-segmenti jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-karatteristiċi tat-titolizzazzjoni STS, u jenħtieġ ukoll li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti prudenzjali żviluppati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalibrazzjoni għat-“titolizzazzjoni tat-tip 1” jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'kalibrazzjoni iktar sensittiva għar-riskji għat-titolizzazzjoni STS li tkopri s-segmenti kollha possibbli li jissodisfaw ukoll rekwiżiti addizzjonali sabiex iġu mminimizzati r-riskji.

(7)

Id-dħul fis-seħħ tal-qafas rivedut jenħtieġ li ma jaffettwax ħażin l-investimenti eżistenti fit-titolizzazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-investituri istituzzjonali li żammew xi investimenti minkejja l-kriżi finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali.

(8)

Fid-dawl tad-dati ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2402 u tar-Regolament (UE) 2017/2401, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu f'dawk il-biċċiet ta' leġiżlazzjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jibda japplika fl-istess data, fl-1 ta' Jannar 2019.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2015/35

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu l-punti 18a u 18b li ġejjin:

“18a.

‘titolizzazzjoni’ tfisser tranżazzjoni jew skema kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 (*1);

18b.

“titolizzazzjoni STS” tfisser titolizzazzjoni klassifikata bħala “sempliċi, trasparenti u standardizzata” jew “STS” f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402;”;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”;"

(b)

il-punt 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“19.

‘pożizzjoni tat-titolizzazzjoni’ tfisser pożizzjoni tat-titolizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(19) tar-Regolament (UE) 2017/2402;”;

(c)

jiddaħħal il-punt (19a) li ġej:

“19 a.

‘pożizzjoni tat-titolizzazzjoni superjuri’ tfisser pożizzjoni tat-titolizzazzjoni superjuri fis-sens tal-Artikolu 242(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (*2);”;

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)”."

(d)

Il-punti (20) sa (23) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“20.

‘pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

21.

‘oriġinatur’ tfisser oriġinatur fit-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

22.

‘sponsor’ tfisser sponsor fit-tifsira tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

23.

‘segment’ tfisser segment fit-tifsira tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402;”;

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'li ġej:

“6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi ta' impriża għandhom jinkludu l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif inhu msemmi fl-Artikolu 178(8) u (9) u l-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni.”;

(3)

L-Artikolu 177 huwa mħassar;

(4)

L-Artikolu 178 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 178

Tixrid tar-riskju fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni: kalkolu tar-rekwiżit kapitali

1.   Ir-rekwiżit kapitali SCRsecuritisation għar-riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandu jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis relattiv f'daqqa ta' stressi fil-valur ta' kull pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i.

2.   Il-fattur tar-riskju stressi għandu jiddependi fuq it-tul ta' żmien modifikat denominat fi snin (duri ). duri ma għandux ikun inqas minn sena.

3.   Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni STS superjuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u t-tul ta' żmien modifikat tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5 u 6

Tul ta' żmien

stress i

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

(duri )

sa 5

bi · duri

1,0 %

1,2 %

1,6 %

2,8 %

5,6 %

9,4 %

Iktar minn 5 u mhux aktar minn 10

ai + bi · (duri – 5)

5,0 %

0,6 %

6,0 %

0,7 %

8,0 %

0,8 %

14,0 %

1,7 %

28,0 %

3,1 %

47,0 %

5,3 %

Iktar minn 10 u mhux aktar minn 15

ai + bi · (duri – 10)

8,0 %

0,6 %

9,5 %

0,5 %

12,0 %

0,6 %

22,5 %

1,1 %

43,5 %

2,2 %

73,5 %

0,6 %

Iktar minn 15 u mhux aktar minn 20

ai + bi · (duri – 15)

11,0 %

0,6 %

12,0 %

0,5 %

15,0 %

0,6 %

28,0 %

1,1 %

54,5 %

0,6 %

76,5 %

0,6 %

Iktar minn 20

min[ai + bi · (duri – 20);1]

14,0 %

0,6 %

14,5 %

0,5 %

18,0 %

0,6 %

33,5 %

0,6 %

57,5 %

0,6 %

79,5 %

0,6 %

4.   Pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni STS mhux superjuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u t-tul ta' żmien modifikat tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5 u 6

Tul ta' żmien

stress i

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

(duri )

sa 5

min[bi · duri ;1]

2,8 %

3,4 %

4,6 %

7,9 %

15,8 %

26,7 %

Iktar minn 5 u mhux aktar minn 10

min[ai + bi · (duri – 5);1]

14,0 %

1,6 %

17,0 %

1,9 %

23,0 %

2,3 %

39,5 %

4,7 %

79,0 %

8,8 %

100,0 %

0,0 %

Iktar minn 10 u mhux aktar minn 15

ai + bi · (duri – 10)

22,0 %

1,6 %

26,5 %

1,5 %

34,5 %

1,6 %

63,0 %

3,2 %

100,0 %

0,0 %

100,0 %

0,0 %

Iktar minn 15 u mhux aktar minn 20

ai + bi · (duri – 15)

30,0 %

1,6 %

34,0 %

1,5 %

42,5 %

1,6 %

79,0 %

3,2 %

100,0 %

0,0 %

100,0 %

0,0 %

Iktar minn 20

min[ai + bi · (duri – 20);1]

38,0 %

1,6 %

41,5 %

1,5 %

50,5 %

1,6 %

95,0 %

1,6 %

100,0 %

0,0 %

100,0 %

0,0 %

5.   Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni STS superjuri li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom ma hemm l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont it-tul ta' żmien modifikat tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Tul ta' żmien

stress i

ai

bi

(duri )

sa 5

bi · duri

4,6 %

Iktar minn 5 u mhux aktar minn 10

ai + bi · (duri – 5)

23 %

2,5 %

Iktar minn 10 u mhux aktar minn 15

ai + bi · (duri – 10)

35,5 %

1,8 %

Iktar minn 15 u mhux aktar minn 20

ai + bi · (duri – 15)

44,5 %

0,5 %

Iktar minn 20

min[ai + bi · (duri – 20);1]

47 %

0,5 %

6.   Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni STS mhux superjuri li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ekwivalenti għall-iskala 5 tal-kwalità kreditizja u skont it-tul ta' żmien tal-esponiment, kif stabbilit fit-tabella fil-paragrafu 3.

7.   Pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni li għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun disponibbli għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ugwali għall-formola li ġejja:

 

stressi = min(bi · duri ;1)

 

fejn bi għandha tiġi assenjata skont l-iskala tal-kwalità kreditizja ta' pożizzjoni ta' rititolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

 

Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

bi

33 %

40 %

51 %

91 %

100 %

100 %

100 %

8.   Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li mhumiex koperti mill-paragrafi 3 sa 7 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ugwali għall-formola li ġejja:

 

stressi = min(bi · duri ;1)

 

fejn bi għandha tiġi assenjata skont l-iskala tal-kwalità kreditizja tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

 

Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

bi

12,5 %

13,4 %

16,6 %

19,7 %

82 %

100 %

100 %

9.   Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li mhumiex koperti mill-paragrafi 3 sa 8, għandhom jiġu assenjati fattur tar-riskju stressi ta' 100 %.”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu 178a li ġej:

“Artikolu 178a

Riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni: dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Minkejja l-Artikolu 178(3), titolizzazzjonijiet maħruġin qabel l-1 ta' Jannar 2019 li jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tat-tip 1 skont l-Artikolu 177(2) fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-Artikolu 178(3), anke fejn dawk it-titolizzazzjonijiet ma jkunux titolizzazzjonijiet STS li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss f'ċirkostanzi fejn skoperturi sottostanti ġodda jkunu ġew miżjuda jew sostitwiti wara l-31 ta' Diċembru 2018.

3.   Minkejja l-Artikolu 178(3), titolizzazzjonijiet maħruġin qabel it-18 ta' Jannar 2015 li jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tat-tip 1 skont l-Artikolu 177(4) fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-Artikoli 177 u 178 fil-verżjonijiet fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018.

4.   Minkejja l-Artikolu 178(3), titolizzazzjonijiet maħruġin qabel l-1 ta' Jannar 2019 li jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tat-tip 1 skont l-Artikolu 177(5) fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2025, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-Artikoli 177 u 178 fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018.”;

(6)

l-Artikolu 180 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“10.   Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni STS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma kompletament, inkondizzjonalment u irrevokabbilment garantiti mill-Fond Ewropew tal-Investiment jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, meta l-garanzija tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 215, għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ta' 0 %.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 10 a li ġej:

“10 a.   Minkejja l-paragrafu 10, titolizzazzjonijiet maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2019 li jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tat-tip 1 skont il-paragrafu 10, fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ta' 0 % ukoll fil-każ fejn dawn it-titolizzazzjonijiet ma jkunux titolizzazzjonijiet STS li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

(7)

l-Artikoli 254, 255 u 256 huma mħassra;

(8)

l-Artikolu 257 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jsiru jafu li l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jkunu naqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402, jew l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu saru jafu li ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1), (2) u (3) ta' dak ir-Regolament, għandhom jgħarrfu lill-awtorità superviżorja minnufih.

2.   Meta r-rekwiżiti fl-Artikolu 5(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/2402 ma jkunux issodisfati bi kwalunkwe mod minħabba n-negliġenza jew l-omissjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-awtorità superviżorja għandha timponi żieda proporzjonata mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvibbiltà skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.”;

(b)

il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Il-fatturi ta' riskju għandhom jiġu miżjuda b'mod progressiv ma' kull ksur sussegwenti tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

5.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jonqsu milli jikkonformaw ma' xi rekwiżit stipulat fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, minħabba n-negliġenza jew l-omissjoni tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw jekk dak in-nuqqas jenħtieġx li jitqies bħala devjazzjoni importanti mis-sistema ta' governanza tal-impriża kif imsemmi fl-Artikolu 37(1)(c) tad-Direttiva 2009/138/KE.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).


Top