This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1080
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1080 of 30 July 2018 concerning the authorisation of the preparation of Bacillus subtilis DSM 29784 as a feed additive for minor poultry species for fattening and reared for laying (holder of authorisation Adisseo France SAS) (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1080 tat-30 ta' Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur ta' awtorizzazzjoni Adisseo France SAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1080 tat-30 ta' Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur ta' awtorizzazzjoni Adisseo France SAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/4942
ĠU L 194, 31.7.2018, p. 134–136
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/134 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1080
tat-30 ta' Lulju 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur ta' awtorizzazzjoni Adisseo France SAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Il-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 li tifforma parti mill-kategorija ta' “addittivi żootekniċi”, kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/328 (2). |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta' Frar 2018 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti dwar l-użu, il-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 ma għandhiex effetti negattivi fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem u l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li wieħed jista' jassumi b'mod raġonevoli li l-modalità ta' azzjoni għal speċijiet minuri ta' tjur hija l-istess bħal dik għal speċi maġġuri ta' tjur (it-tiġieġ tas-simna). Konsegwentement, il-konklużjoni dwar l-effikaċja għat-tiġieġ tas-simna tista' tiġi estrapolata għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/328 tal-5 ta' Marzu 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u tat-tiġieġ imkabbra għall-bajd (detentur ta' awtorizzazzjoni Adisseo France SAS) (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 10)
(3) EFSA Journal 2018; 16(3):5204.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew il-kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||
4b1829 |
Adisseo France SAS |
Bacillus subtilis DSM 29784 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 b'kontenut ta' mill-inqas 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli tal-Bacillus subtilis DSM 29784 Metodu analitiku (1) Għall-enumerazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784 fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-soja EN 15784 Għall-identifikazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 29784: Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
Speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imkabbra għall-bajd |
— |
1 × 108 |
— |
|
20.8.2028 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.