Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0999

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/999 tas-16 ta' Lulju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    ST/10492/2018/INIT

    ĠU L 178I, 16.7.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/999/oj

    16.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 178/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/999

    tas-16 ta' Lulju 2018

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

    (2)

    Minħabba t-theddida kontinwa ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


    ANNESS

    Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista mogħtija fl-Anness għar-Regolament (UE) 2016/1686:

    “2.

    Rabah TAHARI (magħruf ukoll bħala Abu Musab); data tat-twelid: 28 ta' Awwissu 1971; post tat-twelid: Oran (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.”.

    Top