Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0987

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/987 tas-27 ta' April 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/2460

    ĠU L 182, 18.7.2018, p. 40–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/987/oj

    18.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/40


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/987

    tas-27 ta' April 2018

    li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-proċeduri għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq.

    (2)

    Skont it-Tabella III-1 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/1628, id-data obbligatorja tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq tal-magni tas-sottokategorija NRE-v-5 hi sena aktar tard milli hi d-data tal-magni tas-sottokategorija NRE-v-6.

    (3)

    Għalhekk, il-manifatturi ta' dawn il-magni NRE-v-5 b'firxiet ta' potenza aktar baxxa jsibuha eħfef biex jikkonformaw mal-iskadenzi għas-sottomissjoni tar-riżultati tat-testijiet lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655, it-tul taż-żmien meħtieġ tas-servizz akkumulat ta' magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u ttestjati fil-qafas tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi jenħtieġ jitnaqqas għal dik is-sottokategorija tal-magni.

    (4)

    Għall-finijiet ta' ċarezza, l-Appendiċi 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 jenħtieġ jiddikjara li x-xogħol ta' referenza u tal-massa tas-CO2 ta' referenza użati mill-manifattur fil-proċeduri għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għal tip ta' magna, jew kwalunkwe tip ta' magna fl-istess familja ta' magni, huma dawk speċifikati fl-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' magna, jew il-familja ta' magni, skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 (3).

    (5)

    Biex jiġu evitati l-iżbalji minħabba l-arrotondament tal-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi, jenħtieġ jiġi ċċarat li l-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-egżost applikabbli huma stabbiliti fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1628.

    (6)

    Biex tkun żgurata l-konsistenza interna tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 u biex jiġi allinjat mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 (4), ċerti unitajiet tal-kejl jenħtieġ jiġu riveduti.

    (7)

    Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655, insabu tipi differenti ta' żbalji, fosthom assenjar ħażin ta' responsabbiltajiet u żbalji f'ċerti ekwazzjonijiet, li jeħtieġ jiġu kkoreġuti.

    (8)

    Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 jiġi emendat u kkoreġut skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/655 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

    “Artikolu 3a

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.   Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/987 (*1), sal-31 ta' Diċembru 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ukoll ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE lit-tipi ta' magni jew lill-familji ta' magni skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018.”;

    2.   Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/987, sat-30 ta' Ġunju 2019, l-Istati Membri għandhom ukoll ikomplu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' magni bbażati fuq tip ta' magna approvat skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018.

    (*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/987 tas-27 ta' April 2018 li jememda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/655 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 182, 18.7.2018, p. 40).”"

    (2)

    L-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Korrezzjonijiet fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655

    L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/655 hu kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 334).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 364)

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 1).


    ANNESS I

    L-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 hu emendat kif ġej:

    (1)

    il-punti 2.6.1.1 u 2.6.1.2 jinbidlu b'dan li ġej:

    “2.6.1.1.

    L-ittestjar ta' 9 magni b'servizz akkumulat ta' inqas minn a % tal-EDP, skont it-Tabella 1. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità tal-approvazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2022.

    2.6.1.2.

    L-ittestjar ta' 9 magni b'servizz akkumulat ta' iżjed minn b % tal-EDP, skont it-Tabella 1. Ir-rapporti tat-test għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità tal-approvazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2024.”;

    (2)

    fil-punt 2.6.1.3, tiżdied it-Tabella 1 li ġejja:

    Tabella 1

    % tal-valuri tal-EDP

    Potenza ta' referenza tal-magna magħżula (kW)

    a

    b

    56 ≤ P < 130

    20

    55

    130 ≤ P ≤ 560

    30

    70”;

    (3)

    il-punt 2.6.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.6.2.1.

    Ir-riżultati tat-test tal-ewwel disa' magni għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li l-ewwel magna tkun ġiet installata fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq u sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li tkun bdiet il-produzzjoni tat-tip ta' magna jew tal-familja ta' magni approvati.”;

    (4)

    il-punt 3.1.1 jinbidel b'dan li ġej:

    “3.1.1.

    L-operatur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq li jwettaq it-test tal-monitoraġġ fis-servizz jista' jkun differenti minn dak professjonali tas-soltu jekk il-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-operatur deżinjat kiseb ħiliet u taħriġ biżżejjed biex jopera makkinarju mobbli mhux tat-triq.”;

    (5)

    fl-Appendiċi 3, fil-punt 4.1, it-tabella tinbidel b'dan li ġej:

    Tabella

    Tolleranzi

    Inklinazzjoni grafika tal-linja ta' rigressjoni, m

    0,9 sa 1,1 – Irrakkomandat

    Koeffiċjent ta' determinazzjoni, r2

    min. 0,90 – Obbligatorju”;

    (6)

    L-Appendiċi 5 hu emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 2.1.5 li ġej jiżdied qabel il-Figura 1:

    “2.1.5.

    Ix-xogħol ta' referenza u l-massa tas-CO2 ta' referenza ta' tip ta' magna, jew għal kull tip ta' magna fl-istess familja ta' magni, għandhom ikunu dawk speċifikati fil-punti 11.3.1 u 11.3.2 tal-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tat-tip tal-magna jew tal-familja tal-magna, kif stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 (*1).

    (*1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 364).”;"

    (b)

    il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

    “3.   Arrotondament tal-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi

    Skont l-Istandard ASTM E 29-06b (Prattika Standard għall-Użu ta' Figuri Sinifikanti fid-Dejta tat-Test biex Tiġi Determinata Konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet), ir-riżultati finali tat-test għandhom jiġu arrotondati fi stadju wieħed sal-għadd ta' postijiet lejn il-lemin tal-punt deċimali indikati mill-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-egżost applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1628 u tiżdied figura addizzjonali sinifikanti waħda.”.



    ANNESS II

    L-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 hu kkoreġut kif ġej:

    (1)

    il-punt 5.1 jinbidel b'dan li ġej:

    “5.1.

    L-ECU għandha tipprovdi l-informazzjoni tal-fluss tad-dejta lill-istrumenti tal-kejl jew lit-tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-dejta tas-Sistema Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS) skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 7.”;

    (2)

    il-punti 6.1 sa 6.4 jinbidlu b'dan li ġej:

    “6.1.

    It-testijiet tal-monitoraġġ fis-servizz għandhom jitwettqu bil-PEMS skont l-Appendiċi 1.

    6.2.

    Il-manifatturi għandhom jikkonformaw mal-proċedura tat-test stabbilita fl-Appendiċi 2 fir-rigward tal-monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.

    6.3.

    Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 3 għall-ipproċessar minn qabel tad-dejta li tirriżulta mill-monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.

    6.4.

    Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 4 biex jiddeterminaw avvenimenti validi waqt test tal-monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.”;

    (3)

    il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

    “8.   Kalkoli

    Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 5 għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għall-monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.”;

    (4)

    fil-punt 10.1, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

    “Għal kull magna ttestjata, il-manifatturi għandhom iħejju abbozz ta' rapport tat-test tal-monitoraġġ fis-servizz tal-magni installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.”;

    (5)

    L-Appendiċi 5 hu kkoreġut kif ġej:

    (a)

    il-punt 2.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.2.1.   Kalkolu tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk

    L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk e gas (g/kWh) għandhom jiġu kkalkulati għal kull tieqa tal-medja u għal kull inkwinant gassuż kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    mi hi l-massa tal-emissjoni tal-inkwinant gassuż waqt it-tieqa tal-medja i, g/tieqa tal-medja

    W(t 2, i ) – W(t 1, i ) hi xogħol tal-magna waqt it-tieqa tal-medja i, kWh.”;

    (b)

    il-punt 2.2.3 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.2.3.   Kalkoli tal-fatturi ta' konformità

    Il-fatturi ta' konformità għandhom jiġu kkalkulati għal kull tieqa tal-medja valida individwali u għal kull inkwinant gassuż individwali kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    egass hi l-emissjoni tal-inkwinant gassuż speċifika għall-brejk, g/kWh;

    L hu l-limitu applikabbli, g/kWh.”;

    (c)

    fil-punt 2.3, fid-didaskalija għall-ewwel ekwazzjoni, l-inċiżi dwar

    Formula

    u

    Formula

    jinbidlu b'dan li ġej:

    “—

    Formula

    hi l-massa tas-CO2 imkejla bejn il-bidu tat-test u l-ħin tj,i , g;

    Formula

    hi l-massa tas-CO2 iddeterminata għall-NRTC, g;”;

    (d)

    fil-punt 2.3.1, fid-didaskalija għall-ekwazzjoni, l-inċiż dwar P max jinbidel b'dan li ġej:

    “—

    P max hi l-potenza netta massima, kif definit fl-Artikolu 3(28) tar-Regolament (UE) 2016/1628, kW.”;

    (e)

    il-punt 2.3.2 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.3.2.   Kalkoli tal-fatturi ta' konformità

    Il-fatturi ta' konformità għandhom jiġu kkalkulati għal kull tieqa tal-medja individwali u għal kull inkwinant gassuż individwali kif ġej:

    Formula

    Bi

     

    Formula (fil-proporzjon tas-servizz) u

     

    Formula (proporzjon taċ-ċertifikazzjoni)

    Fejn:

    mi hi l-massa tal-emissjoni tal-inkwinant gassuż waqt it-tieqa tal-medja i, g/tieqa tal-medja,

    Formula hi l-massa tas-CO2 waqt it-tieqa tal-medja i, g;

    Formula hi l-massa tas-CO2 tal-magna ddeterminata għall-NRTC, g,

    mL hi l-massa tal-emissjoni tal-inkwinant gassuż li tikkorrispondi għal-limitu applikabbli għall-NRTC, g.”;

    (6)

    fl-Appendiċi 8, il-punt 2.8 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.8.

    Ċilindrata totali tal-magna [cm3]”.

    Top