This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0968
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/968 of 30 April 2018 supplementing Regulation (EU) No 1143/2014 of the European Parliament and of the Council with regard to risk assessments in relation to invasive alien species
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/968 tat-30 ta' April 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-valutazzjonijiet tar-riskju b'rabta ma' speċijiet aljeni invażivi
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/968 tat-30 ta' April 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-valutazzjonijiet tar-riskju b'rabta ma' speċijiet aljeni invażivi
C/2018/2526
ĠU L 174, 10.7.2018, pp. 5–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
10.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/968
tat-30 ta' April 2018
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-valutazzjonijiet tar-riskju b'rabta ma' speċijiet aljeni invażivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, il-Kummissjoni adottat lista ta' speċijiet aljeni invażivi li jħassbu lill-Unjoni (“il-lista tal-Unjoni”), li trid tiġi aġġornata regolarment. Prekundizzjoni għall-inklużjoni ta' speċijiet ġodda fil-lista tal-Unjoni hi li tkun saret valutazzjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament (“il-valutazzjoni tar-riskju”). Fil-punti (a) sa (h) tiegħu, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jistabbilixxi l-elementi komuni li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju (“l-elementi komuni”). |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talbiet għall-inklużjoni ta' speċijiet aljeni invażivi fil-lista tal-Unjoni. Ma' dawk it-talbiet trid tinhemeż valutazzjoni tar-riskju. Diġà jeżistu bosta metodi u protokolli biex issir il-valutazzjoni tar-riskju, dan jintużaw u huma osservati fi ħdan il-komunità xjentifika fil-qasam tal-invażjonijiet bijoloġiċi. Jenħtieġ jiġu rikonoxxuti l-valur u s-sodezza xjentifika ta' dawn il-metodi u l-protokolli. Fl-interess tal-użu effiċjenti tal-għarfien eżistenti, jenħtieġ li kwalunkwe metodu jew protokoll li jkun fih l-elementi komuni jiġi aċċettat għat-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, biex ikun żgurat li kull deċiżjoni dwar l-elenkar tal-ispeċijiet tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet tar-riskju ta' kwalità kbira u sodezza simili u biex l-assessuri tar-riskju jkollhom gwida dwar kif jiżguraw li l-elementi komuni jitqiesu kif xieraq, hemm bżonn jiġu stabbiliti deskrizzjoni dettaljata tal-elementi komuni u l-metodoloġija li trid tintuża fil-valutazzjoni tar-riskju u li magħha jenħtieġ jimxu l-metodi u l-protokoll eżistenti. |
|
(3) |
Biex il-valutazzjoni tar-riskju tgħin fl-irfid tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li din tkun rilevanti għall-Unjoni kollha kemm hi, għajr għall-aktar reġjuni mbiegħda (“iż-żona tal-valutazzjoni tar-riskju”). |
|
(4) |
Biex il-valutazzjoni tar-riskju tipprovdi bażi xjentifika u evidenza sodi ħalli fuqhom jistrieħ it-teħid tad-deċiżjonijiet, jenħtieġ li kull informazzjoni li din tkun tinkludi, anki b'rabta mal-abbiltà ta' speċi li tistabbilixxi u tinfirex fl-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, tkun sostnuta bl-aqwa evidenza xjentifika disponibbli. Dan l-aspett jenħtieġ jiġi indirizzat fil-metodoloġija li trid tintuża fil-valutazzjoni tar-riskju. |
|
(5) |
L-ispeċijiet aljeni invażivi huma theddida ambjentali serja, iżda mhux kull speċi hi studjata sew bl-istess mod. Meta speċi ma tkunx tinsab fiż-żona tal-valutazzjoni tar-riskju jew tkun preżenti biss f'numri żgħar, jaf ma jkunx hemm għarfien dwar din l-ispeċi jew inkella l-għarfien dwarha ma jkunx komplut. Sakemm jinkiseb għarfien sħiħ, l-ispeċi jaf tkun diġà ġiet introdotta jew xterdet fiż-żona tal-valutazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ tkun tista' tqis dan in-nuqqas ta' għarfien u informazzjoni u tindirizza l-livell għoli ta' inċertezza fejn jidħlu l-konsegwenzi ta' introduzzjoni jew tixrid tal-ispeċijiet rilevanti. |
|
(6) |
Biex il-valutazzjoni tar-riskju tipprovdi bażi soda li fuqha jkun jista' jistrieħ it-teħid ta' deċiżjonijiet, jenħtieġ li din tkun soġġetta għal kontroll rigoruż tal-kwalità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjoni tal-elementi komuni
L-Anness ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi deskrizzjoni fid-dettall tal-applikazzjoni tal-elementi komuni stabbiliti fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (“l-elementi komuni”).
Artikolu 2
Il-metodoloġija li trid tintuża fil-valutazzjoni tar-riskju
1. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi l-elementi komuni, kif jispeċifika l-Anness ta' dan ir-Regolament, u għandha tkun konformi mal-metodoloġija stabbilita f'dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni tar-riskju tista' tistrieħ fuq kwalunkwe protokoll jew metodu, diment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru 1143/2014.
2. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkopri t-territorju tal-Unjoni, għajr l-aktar reġjuni mbiegħda (“iż-żona tal-valutazzjoni tar-riskju”).
3. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tistrieħ fuq l-aktar informazzjoni xjentifika affidabbli disponibbli, inkluż l-aktar riżultati riċenti tar-riċerka internazzjonali, sostnuta b'referenzi għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi riveduti mill-pari. Jekk ma jkunx hemm pubblikazzjonijiet xjentifiċi riveduti mill-pari jew jekk l-informazzjoni mogħtija f'dawn il-pubblikazzjonijiet ma tkunx biżżejjed, jew biex tissupplementa l-informazzjoni miġbura, l-evidenza xjentifika tista' tinkludi wkoll pubblikazzjonijiet oħrajn, opinjonijiet esperti, informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, notifiki uffiċjali u informazzjoni minn bażijiet tad-dejta, inkluż informazzjoni miġbura bix-xjenza taċ-ċittadini. Kull sors għandu jiġi rikonoxxut u referenzjat.
4. Il-metodu jew il-protokoll użati għandhom jippermettu li titlesta l-valutazzjoni tar-riskju anki meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni dwar xi speċi jew meta l-informazzjoni dwar xi speċi ma tkunx biżżejjed. Meta jkun hemm nuqqas ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiddikjara dak il-fatt b'mod espliċitu ħalli l-ebda kwistjoni fil-valutazzjoni tar-riskju ma titħalla mingħajr tweġiba.
5. Ma' kull tweġiba mogħtija fil-valutazzjoni tar-riskju għandha tingħata valutazzjoni tal-livell ta' inċertezza jew fiduċja, li tkun tirrifletti l-possibbiltà li l-informazzjoni meħtieġa għat-tweġiba ma tkunx disponibbli jew ma tkunx biżżejjed jew il-fatt li l-evidenza disponibbli tkun kunfliġġenti. Il-valutazzjoni tal-livell ta' inċertezza jew ta' fiduċja li takkumpanja t-tweġiba għandha tistrieħ fuq metodu jew protokoll dokumentati. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi referenza għal dak il-metodu jew il-protokoll dokumentati.
6. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi sommarju tal-komponenti differenti tagħha, kif ukoll konklużjoni ġenerali, b'mod ċar u konsistenti.
7. Parti integrali mill-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun proċess tal-kontroll tal-kwalità u dan għandu jinkludi għall-inqas rieżami tal-valutazzjoni tar-riskju minn żewġ analizzaturi pari. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-kontroll tal-kwalità.
8. L-awtur(i) tal-valutazzjoni tar-riskju u l-analizzaturi pari għandhom ikunu indipendenti u jkollhom għarfien espert xjentifiku rilevanti.
9. L-awtur(i) tal-valutazzjoni tar-riskju u l-analizzaturi pari ma għandhomx ikunu affiljati fl-istess istituzzjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Deskrizzjoni dettaljata tal-elementi komuni
|
Elementi komuni |
Deskrizzjoni dettaljata |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(a) - deskrizzjoni tal-ispeċi flimkien mal-identità tassonomika tagħha, l-istorja tagħha u l-firxa naturali u potenzjali tagħha |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(b) - deskrizzjoni tax-xejriet u d-dinamiċi tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tal-ispeċi, inkluż valutazzjoni dwar jekk jeżistux il-kundizzjonijiet ambjentali meħtieġa għar-riproduzzjoni u t-tixrid tagħha |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(c) - deskrizzjoni tal-mogħdijiet potenzjali tal-introduzzjoni u tat-tixrid tal-ispeċi, kemm intenzjonati u mhux intenzjonati, inkluż fejn rilevanti l-prodotti bażiċi li magħhom hija ġeneralment assoċjata l-ispeċi |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(d) - valutazzjoni rigoruża tar-riskju tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid f'reġjuni bijoġeografiċi rilevanti skont il-kundizzjonijiet attwali u skont kundizzjonijiet ta' tibdil fil-klima prevedibbli |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(e) - deskrizzjoni tad-distribuzzjoni attwali tal-ispeċi, inkluż jekk l-ispeċi hix diġà preżenti fl-Unjoni jew f'pajjiżi ġirien, u tbassir tad-distribuzzjoni probabbli tagħha fil-futur |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(f) - deskrizzjoni tal-impatt negattiv fuq il-bijodiversità u servizzi tal-ekosistema relatati, inkluż fuq speċijiet indiġeni, siti protetti, ħabitats fil-periklu, u saħħet il-bniedem, is-sikurezza u l-ekonomija, inkluż valutazzjoni tal-impatt potenzjali fil-futur li tqis l-għarfien espert xjentifiku disponibbli |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(g) - valutazzjoni tal-ispejjeż potenzjali tad-dannu |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 5(1)(h) - deskrizzjoni tal-użi magħrufa għall-ispeċi u tal-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw b'dawk l-użi |
|
(1) UNEP/CBD/SBSTTA/18/9/Add.1. - Ir-referenzi għall-klassifikazzjoni tal-mogħdijiet żviluppata mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika għandhom jitqiesu daqslikieku referenzi għall-aktar verżjoni riċenti ta' dik il-klassifikazzjoni.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(3) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).