EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0941
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/941 of 2 July 2018 amending Regulation (EC) No 669/2009 implementing Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the increased level of official controls on imports of certain feed and food of non-animal origin and Commission Implementing Regulation (EU) No 885/2014 (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/941 tat-2 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/941 tat-2 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/4066
ĠU L 166, 3.7.2018, p. 7–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793
3.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/941
tat-2 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' għalf u ta' ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul magħżulin fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009, fil-każ ta' konsenji li jaslu fl-Unjoni bil-baħar, li jinħattu l-art bl-għan li jitgħabbew fuq vapur ieħor biex imorru f'port ieħor fi Stat Membru ieħor (konsenji trażbordati), il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port. Għall-għan ta' organizzazzjoni effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali fil-fruntieri tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, l-istess regola jenħtieġ li tapplika għall-konsenji li jidħlu l-Unjoni permezz tat-trasport tal-ajru minn pajjiż terz, li jiġu trażbordati biex jitkompla l-vjaġġ għal ajruport ieħor fl-Unjoni. F'dawk il-każijiet, il-punt tad-dħul magħżul jenħtieġ li jkun l-aħħar ajruport. Għall-istess raġunijiet, din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll fejn il-konsenji jkunu trażbordati għat-tkomplija tal-vjaġġ fl-istess Stat Membru. It-terminoloġija użata f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsenji trażbordati jenħtieġ li tinbidel minn “trasport ulterjuri” għal “tkomplija tal-vjaġġ”, li tirrifletti s-sitwazzjoni distinta ta' konsenji trażbordati meta mqabbel ma' konsenji awtorizzati għal “tkomplija tat-trasport” sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lilll-Istati Membri bil-każijiet ta' rifjut mal-fruntiera. Fir-rigward tal-pestiċidi, huwa xieraq li jiġi ċċarat li meta l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw konsenja ta' għalf u ikel elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jenħtieġ li tali notifika ssir fejn il-livell massimu ta' residwi stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ma jkunx ġie osservat, irrispettivament minn jekk tkunx inqabżet id-doża akuta ta' referenza. |
(4) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandha tkun riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena, filwaqt li għandhom jitqiesu s-sorsi ta' tagħrif imsemmijin f'dan l-Artikolu. |
(5) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti reċenti b'rabta mal-ikel, innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi li twettqu f'pajjiżi terzi mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, kif ukoll ir-rapporti ta' darbtejn fis-sena dwar il-konsenji tal-għalf u tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li jenħtieġ li l-lista tiġi emendata. |
(6) |
B'mod partikolari, għal konsenji ta' frott żgħir goji miċ-Ċina u ta' nevew ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku (“nevew tal-pickles”) mill-Libanu u mis-Sirja, is-sorsi ta' informazzjoni msemmijin qabel jindikaw l-emerġenza ta' riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawn il-konsenji jiddaħħlu fil-lista. |
(7) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-entrati fil-lista dwar il-Brassica oleracea miċ-Ċina, il-frawli mill-Eġittu, l-għeneb imnixxef mill-Iran, il-piżelli bil-miżwed mill-Kenja, il-fażola twila jarda mit-Tajlandja u l-brunġiel u l-brunġiel Etjopjan mill-Uganda jenħtieġ li jitħassru. |
(8) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata bit-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u fiżiċi fuq il-prodotti li għalihom is-sorsi rilevanti ta' tagħrif jindikaw titjib ġenerali fil-konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom il-frekwenza bħalissa ta' kontrolli uffiċjali bħal dawn ma għadhiex xierqa. Għalhekk jenħtieġ li l-entrati fil-lista li jikkonċernaw l-ananas minn Benin u l-lumi u r-rummien mit-Turkija, jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti entrati fil-lista jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun jinkludi forom oħra tal-prodott barra minn dawk li hemm elenkati bħalissa, jekk dawk il-forom l-oħra jippreżentaw l-istess riskju. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-entrati eżistenti rigward l-okra mill-Vjetnam, biex jinkludu l-okra iffriżata. |
(10) |
Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 (5) jistipula li konsenji ta' okra (ikel, frisk u ffriżat) mill-Indja jistgħu jiġu importati biss fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jiddikjara li l-prodotti tteħdilhom kampjun u ġew analizzati għall-preżenza tar-residwi tal-pestiċidi, u mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz biex tkun aċċertata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 jistabbilixxi wkoll żieda fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjoni tal-okra mill-Indja fil-fruntieri tal-Unjoni. Ir-riżultati minn dawn il-kontrolli juru tnaqqis fil-frekwenza tan-nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal dan il-prodott, u b'hekk jipprovdu evidenza li r-riskju relatat mal-importazzjoni tiegħu naqas b'mod sinifikanti. Huwa għalhekk xieraq li l-okra mill-Indja ma tiġix soġġetta għall-kundizzjonijiet speċjali ta' importazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014. Jenħtieġ li jinżamm livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali fil-fruntieri tal-Unjoni wara l-waqfien tat-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni qabel l-esportazzjoni meħtieġa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 għal dan il-prodott. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġu emendati skont dan. |
(11) |
L-entrati eżistenti rigward it-tè miċ-Ċina fil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti jittestjaw dan il-prodott għat-Triflurarin. Madankollu, l-Istati Membri ma rrappurtawx detezzjonijiet ta' din il-pestiċida f'dan il-prodott u ma hemm l-ebda notifiki rilevanti tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Fl-istess ħin, ġew irrappurtati detezzjonijiet frekwenti ta' Tolfenpirad fit-te miċ-Ċina. L-istess bħat-Trifluralin, din il-pestiċida mhix elenkata fil-programm ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u għalhekk l-ittestjar għal din il-pestiċida mhuwiex meħtieġ fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 669/2009. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-entrati eżistenti rigward it-tè miċ-Ċina fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 biex titħassar ir-referenza għat-Triflurarin u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu obbligati li jittestjaw dan il-prodott għat-Tolfenpirad. |
(12) |
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ippakkjar mhux settiku fi btieti ta' “Berquq, preparat jew preservat mod ieħor” (polpa tal-berquq) (kodiċi NM 2008 50 61) elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huma tali li l-prestazzjoni tal-kampjuni fil-PDD tista' tirriżulta f'riskju serju għas-sikurezza alimentari jew biex il-prodott tkun saritlu ħsara b'mod li ma jkunx aċċettabbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-entrati eżistenti “Berquq, preparat jew preservat mod ieħor” (polpa tal-berquq) fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jipprevedi li verifiki fiżiċi u tal-identità fuq konsenji ta' prodotti bħal dawn jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' destinazzjoni kif indikat fid-dokument komuni tad-dħul (DKD), jekk ikun xieraq fuq il-post tal-operatur tan-negozju tal-ikel, meta l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament jkunu ssodisfati. |
(13) |
Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit f'Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(14) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 jiġu emendati skont dan. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 669/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3, l-aħħar sentenza tal-punt (b) hija sostitwita b'dan li ġej: “fil-każ ta' konsenji li jidħlu fl-Unjoni bi trasport bil-baħar jew tal-ajru minn pajjiż terz, li jitħattew l-art bl-għan li jitgħabbew fuq vapur jew inġenju tal-ajru ieħor rispettivament fl-istess port jew ajruport għat-tranżitu lejn port jew ajruport ieħor f'wieħed mit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port jew ajruport;” |
(2) |
L-Artikolu 13 jhuwa sostiwit b'dan li ġej: “Artikolu 13 Nuqqas ta' konformità 1. Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità, l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jimla l-Parti III tad-dokument komuni tad-dħul u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. 2. Meta l-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul ma tippermettix l-introduzzjoni ta' konsenja ta' għalf u ikel elenkati fl-Anness I minħabba nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi ta' residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, hija għandha tinnotifika immedjatament it-tali rifjut mal-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004” |
(3) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal konsenji tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali, li huwa elenkat fl-Anness I.” |
(2) |
L-Anness I huwa emendat kif indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 tat- 13 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 20).
ANNESS I
ANNESS I
Għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
Ananas (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
0804 30 00 |
|
Il-Benin (BJ) |
10 |
|||||
|
|
|
Il-Bolivja (BO) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Goġi komuni/goġi taċ-Ċina (wolfberries) (Lycium barbarum L.) (Ikel - frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
ex 0813 40 95 ; |
10 |
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
ex 0810 90 75 |
10 |
||||||||
Te, kemm jekk imħawwar jew le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
|
|
|
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
20 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
|
|
10 |
|||||||
ex 0710 22 00 |
10 |
||||||||
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
0710 80 51 |
|
||||||||
|
|
20 |
|||||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
Il-Georgia (GE) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
Żejt tal-palm (Ikel) |
1511 10 90 ; |
|
Il-Ghana (GH) |
Żebgħat tas-Sudan (8) |
50 |
||||
1511 90 11 ; |
|
||||||||
ex 1511 90 19 ; |
90 |
||||||||
1511 90 99 |
|
||||||||
|
|
|
Il-Gambja (GM) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
(Ikel) (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 99 90 ; |
20 |
L-Indja (IN) |
10 |
|||||
ex 0710 80 95 |
30 |
||||||||
Bżar (ħlief bżar ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; |
20 |
L-Indja (IN) |
10 |
|||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) (Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata) (Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0708 20 00 ; |
10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
ex 0710 22 00 |
10 |
||||||||
Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa) (Ikel - ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew l-aċidu aċetiku |
ex 2001 90 97 |
11 ; 19 |
Il-Libanu LB |
Rodamina B |
50 |
||||
Bżar (ħelu jew mhux) (Capsicum spp.) (Ikel - imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun) |
ex 2008 99 99 ; |
79 |
Is-Sri Lanka (LK) |
Aflatossini |
20 |
||||
0904 21 10 ; |
|
||||||||
ex 0904 21 90 ; |
20 |
||||||||
ex 0904 22 00 |
11 ; 19 |
||||||||
|
|
|
Il-Madagascar (MG) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Ġulġlien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
In-Niġerja (NG) |
Salmonella (13) |
50 |
||||
Bżar (ħlief bżar ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; |
20 |
Il-Pakistan (PK) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
10 |
||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
Lampun (Ikel - iffriżat) |
0811 20 31 ; |
|
Is-Serbja (RS) |
Norovajrus |
10 |
||||
ex 0811 20 11 ; |
10 |
||||||||
ex 0811 20 19 |
10 |
||||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Ġulġlien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
Is-Sudan (SD) |
Salmonella (13) |
50 |
||||
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom (Ikel) |
ex 1207 70 00 ; |
10 |
Sierra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
ex 1106 30 90 ; |
30 |
||||||||
ex 2008 99 99 |
50 |
||||||||
|
|
|
Is-Senegal (SN) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa) (Ikel - ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew l-aċidu aċetiku |
ex 2001 90 97 |
11 ; 19 |
Is-Sirja (SY) |
Rodamina B |
50 |
||||
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (16) |
20 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
Għeneb imnixxef (inkluż l-għeneb imnixxef imqatta' jew mgħaffeġ f'pejst, mingħajr trattament ieħor) (Ikel) |
0806 20 |
|
It-Turkija (TR) |
Okratossina A |
5 |
||||
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) (Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
0805 50 10 |
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
10 |
||||
Rummien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
ex 0810 90 75 |
30 |
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
Bżar Ħelu (Capsicum annuum) (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0709 60 10 ; 0710 80 51 |
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
Weraq tad-dielja (Ikel) |
ex 2008 99 99 |
11 ; 19 |
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
Ġulġlien (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Uganda (UG) |
Salmonella (13) |
50 |
||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
20 |
|||||||
ex 2008 19 93 |
20 |
||||||||
|
|
|
L-Użbekistan (UZ) |
Sulfiti (16) |
50 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
30 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel - ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
Okra (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 99 90 |
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
ex 0710 80 95 |
30 |
||||||||
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; |
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
Pitaħaja (frott tad-dragun) (Ikel - frisk jew imkessaħ) |
ex 0810 90 20 |
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
10 |
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi tan-NM u meta ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.
(2) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS) (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Ir-residwi tal-Etefon.
(4) Residwi ta' Amitraz.
(5) Residwi ta' Tolfenpyrad.
(6) Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(7) Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.
(8) Għall-finijiet ta' dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Sudan I (Numru tal-CAS 842-07-9); (ii) Sudan II (Numru tal-CAS 3118-97-6); (iii) Sudan III (Numru tal-CAS 85-86-9); (iv) Scarlet Red; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).
(9) Residwi tad-Diafentjuron.
(10) Residwi tal-Karbofuran.
(11) Ir-residwi tal-Fentoat.
(12) Ir-residwi tal-Klorbufam.
(13) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579-1 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat skont l-aktar verżjoni reċenti tal-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.
(14) Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.
(15) Kontrolli fiżiċi u tal-identità jistgħu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni kif indikat fis-CED, jekk ikun xieraq fuq il-post tal-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.
(16) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(17) Ir-residwi tal-Prokloraż.
(18) Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat metil.
(19) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.
(20) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.
ANNESS II
Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2014, titħassar l-entrata li ġejja li tikkonċerna l-okra mill-Indja:
“(Ikel) (Ikel - frisk u friżat) |
ex 0709 99 90 |
20 |
L-Indja (IN) |
Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi multiresidwi abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (2) |
20 |
(2) Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Triażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos, il-Metomil, it-Tijodikarb, id-Diafentjuron, it-Tijametossam, il-Fipronil, l-Ossamil, l-Aċetamiprid, l-Indossakarb, il-Mandipropammid.”