Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0913

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/913 tal-25 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ST/9604/2018/INIT

    ĠU L 162, 27.6.2018, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2283

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/913/oj

    27.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 162/3


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/913

    tal-25 ta' Ġunju 2018

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata l-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta' ċerti oġġetti li ma jiġux immanifatturati biżżejjed fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati ta' dazju mnaqqsa jew żero.

    (2)

    Għal dawk ir-raġunijiet, jeħtieġ li b'effett mill-1 ta' Lulju 2018 jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volumi xierqa fir-rigward ta' seba' prodotti ġodda.

    (3)

    Jenħtieġ li jiżdiedu l-volumi tal-kwota fil-każ ta' tmien prodotti addizzjonali, billi din iż-żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

    (4)

    Fil-każ ta' tliet prodotti, jenħteġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward is-sospensjoni u l-kwoti tariffarji awtonomi, (2) il-bidliet previsti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwoti għall-prodotti kkonċernati jkollhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2018. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fit-tabella, jitħassru l-asterisks kollha min-numri tal-ordni kollha fl-ewwel kolonna;

    (2)

    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2726, 09.2728, 09.2684, 09.2730, 09.2732, 09.2734 u 09.2736 stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tal-kodiċijiet NM indikati fit-tieni kolonna;

    (3)

    fit-tabella, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2700, 09. 2624, 09.2647, 09.2648, 09.2682, 09.2696, 09.2697, 09.2676, 09.2876, 09.2721 u 09.2643 huma sostitwiti bir-ringieli korrispondenti stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    N. DIMOV


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).

    (2)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.


    ANNESS I

    Fit-tabella tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet NM indikati fit-tieni kolonna ta' dik it-tabella:

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    “09.2726

    ex 2906 11 00

    10

    Levomentol (INN) (CAS RN 2216–51–5)

    1.7.–31.12

    185 tunnellata

    0 %

    09.2728

    ex 2915 90 70

    85

    Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1)

    1.7.–31.12

    200 tunnellata

    0 %

    09.2684

    ex 2916 39 90

    28

    Klorur ta' 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

    1.7.–31.12

    125 tunnellata

    0 %

    09.2730

    ex 2921 59 90

    80

    4,4′-Metanedildianilina (CAS RN 101-77-9) fil-forma ta' bċejjeċ żgħar, biex jintużaw fil-manifattura ta' prepolimeri (2)

    1.7.–31.12

    100 tunnellata

    0 %

    09.2732

    ex 2933 39 99

    66

    Fluażinam (ISO) (CAS RN 79622–59–6), b'purità f'piż ta' 98,5 % jew aktar

    1.7.–31.12

    100 tunnellata

    0 %

    09.2734

    ex 7409 19 00

    20

    Pjanċi jew folji li jikkonsistu minn

    saff ta' nitrur taċ-ċeramika tas-silikon bi ħxuna ta' 0,32 mm (± 0,1 mm) jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,0 mm (± 0,1 mm),

    miksija fuq iż-żewġ naħat b'fojl ta' ram irfinut bi ħxuna ta' 0,8 mm (± 0,1 mm) u

    fuq naħa waħda parzjalment mgħottijin b'kisja tal-fidda

    1.7.–31.12

    3 500 000 biċċa

    0 %

    09.2736

    ex 7607 11 90

    83

    Strixxa liga jew fojl tal-aluminju u tal-manjeżju:

    ta' liga li tikkonforma mal-istandards 5182-H19 jew 5052-H19,

    f'rombli b'dijametru estern ta' mhux aktar minn 1 350 mm,

    ta' ħxuna (tolleranza – 0,006 mm) ta' 0,15 mm, 0,16 mm, 0,18 mm jew 0,20 mm,

    ta' wisa' (tolleranza ± 0,3 mm) ta' 12,5 mm, 15,0 mm, 16,0 mm, 25,0 mm, 35,0 mm, 50,0 mm jew 356 mm,

    ta' tolleranza camber ta' mhux aktar minn 0,5 mm/750 mm,

    kejl tal-livell pjan ta' I-unità ± 5,

    b'reżistenza għat-tensjoni ta' aktar minn (5182-H19) 365MPa jew (5052-H19) 320MPa, u

    b'elongazzjoni fil-punt ta' ksur ta' aktar minn (5182-H19) 3 % jew (5052-H19) 2,5 %,

    għall-użu fil-manifattura ta' slats għall-blinds (2)

    1.7.–31.12.2018

    300 tunnellata

    0 %


    (2)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f'konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”


    ANNESS II

    Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2700, 09.2624, 09.2647, 09.2648, 09.2682, 09.2696, 09.2697, 09.2676, 09.2876, 09.2721 u 09.2643 jinbidlu b'dan li ġej:

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    “09.2700

    ex 2905 12 00

    10

    Propan-1-ol(alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8)

    1.1.–31.12

    15 000 tunnellata

    0 %

    09.2624

    2912 42 00

     

    Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4)

    1.1.–31.12

    1 950 tunnellata

    0 %

    09.2647

    ex 2918 29 00

    80

    Tetrakis(3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8):

    bi frazzjoni ta' mogħdija minn għarbiel b'malji ta' 250 μm ta' aktar minn 75 % f'piż u b'malji ta' 500 μm ta' mhux aktar minn 99 % f'piż, u

    b'temperatura tat-tidwib ta' 110 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 125 °C,

    biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti ta' stabilizzatur wieħed għall-proċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (2)

    1.1.–31.12

    140 tunnellata

    0 %

    09.2648

    ex 2920 90 10

    70

    Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1)

    1.1.–31.12

    18 000 tunnellata

    0 %

    09.2682

    ex 2921 41 00

    10

    Anilina ta' purità ta' 99 % jew aktar fil-piż (CAS RN 62-53-3)

    1.1.–31.12

    150 000 tunnellata

    0 %

    09.2696

    ex 2932 20 90

    25

    Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

    1.1.–31.12

    6 000 kg

    0 %

    09.2697

    ex 2932 20 90

    30

    Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

    1.1.–31.12

    6 000 kg

    0 %

    09.2676

    ex 3204 17 00

    14

    Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b'kontenut ta' 60 % jew iżjed, iżda b'inqas minn 85 % bil-piż

    1.1.–31.12

    50 tunnellata

    0 %

    09.2876

    ex 3811 29 00

    55

    Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta' difenilammina unoneni ramifikati bi:

    skont il-piż aktar minn 28 %, iżda mhux aktar minn 55 % 4-monononildifenilammina u

    skont il-piż aktar minn 45 %, iżda mhux aktar minn 65 % 4,4′-dinonildifenilammina,

    skont il-piż persentaġġ totali ta' 2,4-dinonildifenilammina u 2,4′-dinonildifenilammina li ma jaqbiżx 5 %,

    użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti (2)

    1.1.–31.12

    900 tunnellata

    0 %

    09.2721

    ex 5906 99 90

    20

    Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:

    bi tliet saffi,

    saff wieħed ta' barra magħmul minn drapp tal-akrilik,

    is-saff l-ieħor ta' barra magħmul minn drapp tal-poliester,

    is-saff tan-nofs huwa magħmul mil-lastiku tal-klorobutil,

    is-saff tan-nofs għandu piż ta' 452 g/m2 jew aktar, iżda mhux aktar minn 569 g/m2,

    id-drapp tat-tessut għandu piż totali ta' 952 g/m2 jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 159  g/m2,

    id-drapp tat-tessut għandu ħxuna totali ta' 0,8 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 4 mm,

    użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla' u jinżel tal-vetturi bil-mutur (2)

    1.1.–31.12

    375 000 m2

    0 %

    09.2643

    ex 8504 40 82

    30

    Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta' oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8525  (2)

    1.1.–31.12

    15 000 000 biċċa

    0 %


    (2)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f'konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”


    Top