EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0827

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/827 tal-4 ta' Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ST/7621/2018/INIT

ĠU L 140, 6.6.2018, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/827/oj

6.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/827

tal-4 ta' Ġunju 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Annessi IX u XIV għal dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandhom jiġu aġġornati.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TSACHEVA


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista li tinsab taħt is-sub-intestatura “B. Entitajiet”;

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“42.(g)

Shetab Gaman (magħruf ukoll bħala Taamin Gostaran Pishgaman Azar)

Indirizz: Norouzi Alley, No 2, Larestan Street, Motahari Avenue, Tehran

Jaġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

49.

Noavaran Pooyamoj (magħruf ukoll bħala Noavaran Tejarat Paya, Bastan Tejerat Mabna, Behdis Tejarat (jew Bazarganis Behdis Tejarat Alborz Company jew Behdis Tejarat General Trading Company), Fanavaran Mojpooya, Faramoj Company (jew Tosee Danesh Fanavari Faramoj), Green Emirate Paya, Mehbang Sana, Mohandesi Hedayat Control Paya, Pooya Wave Company, Towsee Fanavari Boshra)

 

Involut fl-akkwist ta' materjali li huma kkontrollati u li għandhom applikazzjoni diretta fil-manifattura ta' ċentrifugi għall-programm għall-arrikkiment tal-uranju tal-Iran.

23.5.2011

55.

Ashtian Tablo

Ashtian Tablo - No 67, Ghods mirheydari St, Yoosefabad, Tehran

Involut fil-produzzjoni u l-provvista ta' tagħmir elettriku u materjali speċjalizzati li għandhom applikazzjoni diretta fis-settur nukleari Iranjan.

23.5.2011”

(2)

taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Islamika (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati koorispondenti fil-lista li tinsab taħt is-sub-intestatura “A. Persuni”;

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

Eks Deputat tal-MODAFL għall-Ispezzjoni, responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL, li jibqa' assoċjat mal-MODAFL u l-IRGC, inkluż permezz tal-provvista ta' servizzi għalihom.

23.6.2008

8.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Mohammad Reza NAQDI

Twieled fl-1953, Nadjaf (Iraq)

Viċi Kmandant tal-IRGC għall-Affarijiet Kulturali u Soċjali. Eks Kmandant tal-Basij Resistance Force.

26.7.2010

10.

Rostam QASEMI (magħruf ukoll bħala Rostam GHASEMI)

Twieled fl-1961

Eks Kmandant ta' Khatam al-Anbiya.

26.7.2010

19.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Amir Ali Haji ZADEH (magħruf ukoll bħala Amir Ali HAJIZADEH)

 

Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-IRGC.

23.1.2012”


Top