Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0774

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta' Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ST/8201/2018/INIT

ĠU L 131, 29.5.2018, pp. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/774/oj

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/774

tat-28 ta' Mejju 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Abbażi ta' eżami tal-miżuri, jenħtieġ li l-entrati għal ċerti persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġu aġġornati u emendati.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

I.

Fil-Parti A (“Persuni”), l-entrati li ġejjin huma emendati kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Amjad (

Image 1

) Abbas (

Image 2

) (magħruf ukoll bħala Al-Abbas)

 

Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida.

9.5.2011

8.

Rami (

Image 3

) Makhlouf (

Image 4

)

Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1969;

Post tat-twelid: Damasku;

passaport Nru 000098044,

Numru tal-ħruġ 002-03-0015187

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'interessi fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport u l-proprjetà; għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi fis-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja, il-fondi ta' investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding.

Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u huwa marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

9.5.2011

9.

Abd Al-Fatah (

Image 5

) Qudsiyah (

Image 6

)

Data tat-twelid: 1953;

Post tat-twelid: Hama;

passaport diplomatiku Nru D0005788

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011.

Viċi Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Partit Ba'ath. Ex-Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Militari Sirjana. Involut fir-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

9.5.2011

13.

Munzir (

Image 7

) (magħruf ukoll bħala Mundhir, Monzer) Jamil (

Image 8

) Al-Assad (

Image 9

)

Data tat-twelid: 1 ta' Marzu 1961;

Post tat-twelid: Kerdaha, Provinċja ta' Lattakia;

Passaporti Nru 86449 u 842781

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

9.5.2011

19.

Iyad (

Image 10

) (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf (

Image 11

)

Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1973;

Post tat-twelid: Damasku;

passaport Nru N001820740

Membru tal-familja Makhlouf; iben Mohammed Makhlouf, ħu Hafez u Rami u ħu Ihab Makhlouf; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

Membru tas-servizzi Sirjani tas-sigurtà u l-intelligence fil-kariga wara Mejju 2011.

Uffiċjal fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence (GID) involut fi vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.5.2011

23.

Zoulhima (

Image 12

) (magħruf ukoll bħala Zu al-Himma) Chaliche (

Image 13

) (magħruf ukoll bħala Shalish, Shaleesh) (magħruf ukoll bħala Dhu al-Himma Shalish)

Data tat-twelid: 1951 jew 1946 jew 1956;

Post tat-twelid: Kerdaha

Uffiċjali tas-servizzi Sirjani tas-sigurtà u l-intelligence fil-kariga wara Mejju 2011; Ex-Kap tal-Protezzjoni Presidenzjali.

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011.

Involut fi vjolenza fuq id-dimostranti.

Membru tal-familja Assad: kuġin tal-President Bashar Al-Assad

23.6.2011

26.

Maġġur Ġenerali Qasem (

Image 14

) Soleimani (

Image 15

) (magħruf ukoll bħala Qasim Soleimany; Qasim Soleimani; Qasem Sulaimani; Qasim Sulaimani; Qasim Sulaymani; Qasem Sulaymani; Kasim Soleimani; Kasim Sulaimani; Kasim Sulaymani; Haj Qasem; Haji Qassem; Sarder Soleimani)

Data tat-twelid: 11 ta' Marzu 1957;

Post tat-twelid: Qom, Iran (Repubblika Islamika ta');

Passport nru: 008827, maħruġ fl-Iran.

Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - IRGC - Qods, involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

27.

Hossein (

Image 16

) Taeb (

Image 17

) (magħruf ukoll bħala Taeb, Hassan; magħruf ukoll bħala Taeb, Hosein; magħruf ukoll bħala Taeb, Hossein; magħruf ukoll bħala Taeb, Hussayn; magħruf ukoll bħala Hojjatoleslam Hossein Ta'eb)

Twieled: 1963;

Post tat-twelid: Teheran, Iran

Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan, involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

36.

Nizar (

Image 18

) al-Asaad (

Image 19

) (magħruf ukoll bħala Nizar Asaad)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; ex-kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-gvern.

Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.8.2011

37.

Maġġur Ġeneral Rafiq (

Image 20

) (magħruf ukoll bħala Rafeeq) Shahadah (

Image 21

) (magħruf ukoll bħala Shahada, Shahade, Shahadeh, Chahada, Chahade, Chahadeh, Chahada)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: Jablah, Provinċja ta' Latakia

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Ex-Kap tal-Fergħa 293 (Affarijiet Interni) tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

50.

Tarif (

Image 22

) Akhras (

Image 23

) (magħruf ukoll bħala Al Akhras (

Image 24

))

Data tat-twelid: 2 ta' Ġunju 1951;

Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Passaport Sirjan Nru 0000092405

Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President għall-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda bini industrijali u residenzjali għal kampijiet ta' detenzjoni improviżati, kif ukoll appoġġ loġistiku għar-reġim (xarabanks u tankijiet tat-tagħbija).

2.9.2011

53.

Adib (

Image 25

) Mayaleh (

Image 26

) (magħruf ukoll bħala André Mayard)

Data tat-twelid: 15 ta' Mejju 1955;

Post tat-twelid: Bassir

Ex-Gvernatur u President tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

Adib Mayaleh ikkontrolla s-settur bankarju Sirjan u mmaniġġja l-massa monetarja Sirjana permezz tal-ħruġ u l-irtirar ta' karti tal-flus u permezz tal-kontroll tal-valur tar-Rata tal-Kambju tal-Lira Sirjana. Permezz tar-rwol tiegħu fil-Bank Ċentrali tas-Sirja, Adib Mayaleh ipprovda appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan.

Ex-Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani fil-kariga wara Mejju 2011.

15.5.2012

68.

Bassam (

Image 27

) Sabbagh (

Image 28

) (magħruf ukoll bħala Al Sabbagh (

Image 29

))

Data tat-twelid: 24 ta' Awwissu 1959;

Post tat-twelid: Damasku.

Indirizz: Kasaa, Anwar al Attar Street, al Midani building, Damasku:

Passaport Sirjan Nru 004326765 maħruġ fit-2 ta' Novembru 2008, validu sa Novembru 2014.

Kunsillier legali u finanzjarju u jiġġestixxi l-affarijiet ta' Rami Makhlouf u ta' Khaldoun Makhlouf. Involut ma' Bashar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Latakia. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

14.11.2011

79.

Maġġur Ġeneral Talal (

Image 30

) Makhluf (

Image 31

) (magħruf ukoll bħala Makhlouf)

 

Ex-kmandant tal-105 Brigata tal-Gwardja Repubblikana. Kmandant Ġeneral attwali tal-Gwardja Repubblikana. Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Damasku.

1.12.2011

80.

Maġġur Ġeneral Nazih (

Image 32

) (magħruf ukoll bħala Nazeeh) Hassun (

Image 33

) (magħruf ukoll bħala Hassoun)

 

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika tas-servizzi tas-sigurtà Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

1.12.2011

109.

Imad (

Image 34

) Mohammad (

Image 35

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Deeb (

Image 36

) Khamis (

Image 37

) (magħruf ukoll bħala Imad Mohammad Dib Khamees)

Data tat-twelid: 1 ta' Awwissu 1961;

Post tat-twelid: viċin Damasku

Prim Ministru u Ministru tal-Elettriku. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

114.

Emad (

Image 38

) Abdul-Ghani (

Image 39

) Sabouni (

Image 40

) (magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili. Maħtur f'Lulju 2016 bħala Kap tal-Aġenzija għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (aġenzija tal-Gvern).

27.2.2012

116.

Tayseer (

Image 41

) Qala (

Image 42

) Awwad (

Image 43

)

Data tat-twelid: 1943;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru għall-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu fuq il-popolazzjoni ċivili. Ex-Kap tal-Qorti Militari. Membru tal-Kunsill Ġudizzjarju Għoli.

23.9.2011

132.

Brigadier Ġenerali Abdul- Salam (

Image 44

) Fajr (

Image 45

) Mahmoud (

Image 46

)

 

Kap tal-fergħa ta' Bab Touma (Damasku) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

147.

Ġeneral Amer al-Achi (magħruf ukoll bħala Amer Ibrahim al-Achi; magħruf ukoll bħala Amis al Ashi; magħruf ukoll bħala Ammar Aachi; magħruf ukoll bħala Amer Ashi) (

Image 47

)

 

Kap tal-fergħa tal-intelligence tal-aġenzija tal-intelligence tal-forza tal-ajru (2012-2016). Permezz tar-rwol tiegħu fl-aġenzija tal-intelligence tal-forza tal-ajru, Amer al-Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana.

24.7.2012

153.

Waleed (

Image 48

) (magħruf ukoll bħala Walid) Al Mo'allem (

Image 49

) (magħruf ukoll bħala Al Moallem, Muallem (

Image 50

))

 

Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

157.

L-Inġinier Bassam (

Image 51

) Hanna (

Image 52

)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Aleppo (is-Sirja)

Ex-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

160.

Dr. Hazwan (

Image 53

) Al Wez (

Image 54

) (magħruf ukoll bħala Al Wazz)

 

Ministru tal-Edukazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

169.

Dr. Adnan (

Image 55

) Abdo (

Image 56

) (magħruf ukoll bħala Abdou) Al Sikhny (

Image 57

) (magħruf ukoll bħala Al-Sikhni, Al-Sekhny, Al-Sekhni)

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Aleppo (is-Sirja)

Ex-Ministru għall-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

171.

Dr Abdul-Salam (

Image 58

) Al Nayef (

Image 59

)

 

Ex-Ministru tas-Saħħa fil-poter wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

175.

Najm-eddin (

Image 60

) (magħruf ukoll bħala Nejm-eddin, Nejm-eddeen, Najm-eddeen, Nejm-addin, Nejm-addeen, Najm-addeen, Najm-addin) Khreit (

Image 61

) (magħruf ukoll bħala Khrait)

 

Ex-Ministru tal-Istat. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

176.

Abdullah (

Image 62

) (magħruf ukoll bħala Abdallah) Khaleel (

Image 63

) (magħruf ukoll bħala Khalil) Hussein (

Image 64

) (magħruf ukoll bħala Hussain)

 

Ex-Ministru tal-Istat fil-poter wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

189.

Dr Malek (

Image 65

) Ali (

Image 66

) (magħruf ukoll bħala Malik Ali)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: Tartous (is-Sirja)

Ex-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

206.

Maġġur Ġeneral Muhamad (

Image 67

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad) Mahalla (

Image 68

) (magħruf ukoll bħala Mahla, Mualla, Maalla, Muhalla)

Data tat-twelid: 1960;

Post tat-twelid: Jableh

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Fergħa 293 (Affarijiet Interni) tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI), minn April 2015 'l hawn. Responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili f'Damasku/fil-kampanja ta' Damasku. Ex-Viċi Kap tas-Sigurtà Politika (2012), Uffiċjal tal-Gwardja Repubblikana Sirjana u Viċi Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Kap tal-Pulizija Militari, Membru tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali.

29.5.2015

210.

Tahir (

Image 69

) Hamid (

Image 70

) Khalil (

Image 71

) (magħruf ukoll bħala Tahir Hamid Khali; Khalil Tahir Hamid)

Pożizzjoni: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, Kap tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili tal-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal għoli tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu ta' missili u armi kimiċi mill-Brigati taħt il-kmand tiegħu f'żoni ċivili b'densità għolja ta' popolazzjoni fl-2013 f'Ghouta.

28.10.2016

251.

Mohammad (

Image 72

) Ziad (

Image 73

) Ghriwati (

Image 74

) (magħruf ukoll bħala: Mohammad Ziad Ghraywati)

 

Mohammad Ziad Ghriwati huwa inġinier fiċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre). Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Ziad Ghriwati kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi f'bettija li ntużaw fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat maċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre), entità elenkata.

18.7.2017

253.

Khaled (

Image 75

) Sawan (

Image 76

)

 

Dr. Khaled Sawan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Huwa kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa kien assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

254.

Raymond (

Image 77

) Rizq (

Image 78

) (magħruf ukoll bħala: Raymond Rizk)

 

Raymond Rizq huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas- Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

261.

Maher Sulaiman (magħruf ukoll bħala:

Image 79

; Mahir; Suleiman)

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

Tabib; Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology

Indirizz: Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), P.O. Box 31983, Damascus

Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), li jipprovdi taħriġ u appoġġ bħala parti mis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-HIAST, li huwa affiljat u sussidjarju tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC), huwa assoċjat mal-HIAST u s-SSRC, li t-tnejn huma entitajiet iddeżinjati.

19.3.2018”.

II.

Parti A (“Persuni”), jitneħħew l-ismijiet u l-entrati korrispondenti li ġejjin:

21.

Dawud Rajiha

39.

Hassan Bin-Ali Al-Turkmani

III.

Fil-Parti A (“Persuni”), in-numri tal-entrata għall-persuni ta' hawn taħt huma sostitwiti kif ġej:

Isem il-persuna

Numru tal-entrata attwali

Numru tal-entrata ġdid

Houmam Jaza'iri

1

264

Mohamad Amer Mardini

2

265

Mohamad Ghazi Jalali

3

266

Kamal Cheikha

4

15

Hassan Nouri

5

17

Mohammad Walid Ghazal

6

74

Khalaf Souleymane

7

118

Nizar Wahbeh Yazaji

8

178

Hassan Safiyeh

9

202

Issam Khalil

10

267

Ghassan Ahmed

13

268

Abdelhamid Khamis

16

269

IV.

Fil-Parti B (“Entitajiet”), l-entrata numru 60 hija sostitwita b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“60.

Istitut Għoli għax-Xjenzi Applikati u t-Teknoloġija (Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST) (

Image 80

Image 81

) (magħruf ukoll bħala Institut Supérieur des Sciences Appliquées et de Technologie (ISSAT))

P.O. Box 31983, Barzeh

Affiljat ma' u sussidjarju taċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa diġà elenkat. Jipprovdi taħriġ u appoġġ lill-SSRC u għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti fuq il-popolazzjoni ċivili.

23.7.2014”.


Top