This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0677
Commission Regulation (EU) 2018/677 of 3 May 2018 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of Thaumatin (E 957) as a flavour enhancer in certain food categories (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/677 tat-3 ta' Mejju 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma f'ċerti kategoriji tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/677 tat-3 ta' Mejju 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma f'ċerti kategoriji tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/2577
ĠU L 114, 4.5.2018, p. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/677
tat-3 ta' Mejju 2018
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma f'ċerti kategoriji tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Din il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, it-Tawmatin (E 957) huwa awtorizzat għall-użu fl-Unjoni bħala addittiv tal-ikel f'kategoriji tal-ikel diversi u f'livelli speċifiċi tal-użu. |
(4) |
Fit-12 ta' Novembru 2014 tressqet applikazzjoni għall-estensjoni tal-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma f'bosta kategoriji tal-ikel f'livell speċifiċi tal-użu. Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
It-Tawmatin ġie evalwat fl-1984 (3) u l-1988 (4) mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel tal-Unjoni Ewropea (Scientific Committee for Food, SCF). It-Tawmatin ġie meqjus bħala aċċettabbli għall-użu u d-doża aċċettabbli ta' kuljum (acceptable daily intake, ADI) ġiet stabbilita bħala “mhux speċifikata”. Fl-aħħar evalwazzjoni ġie nnutat ukoll li t-Tawmatin, peress li huwa proteina, jiġi diġerit għal komponenti tal-ikel normali. |
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(7) |
Fit-13 ta' Novembru 2015, l-Awtorità ppubblikat opinjoni xjentifika (5) dwar is-sikurezza tal-estensjonijiet proposti tal-użu u tal-livelli tal-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala addittiv tal-ikel. B'din l-opinjoni l-Awtorità ddeċidiet li tqabbil tal-esponiment li jirriżulta mill-użi u l-livelli tal-użu attwali mal-esponiment li jirriżulta mill-użi addizzjonali proposti jkun biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sikurezza fit-Tawmatin. |
(8) |
L-esponiment stmat kemm fl-użi u l-livelli tal-użu tat-Tawmatin awtorizzati attwalment u kemm f'dawk proposti rriżulta f'dożi medji ta' minn bejn 0,03 u 0,10 mg/kg tal-piż tal-ġisem/jum fil-persuni anzjani sa bejn 0,13 u 0,34 mg/kg tal-piż tal-ġisem/jum fit-tfal. L-esponiment ta' livell għoli kien minn bejn 0,13 u 0,32 mg/kg tal-piż tal-ġisem/jum fl-adolexxenti sa bejn 0,09 u 1,10 mg/kg tal-piż tal-ġisem/jum fl-adulti. Dan huwa meqjus bħala esponimenti minuri tal-konsumatur u għalhekk mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. |
(9) |
Fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet tossikoloġiċi eżistenti, l-Awtorità kkonkludiet li l-estensjoni proposta tal-użi u l-bidliet fil-livelli tal-użu mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza. |
(10) |
Għalkemm l-Awtorità kkalkulat l-esponiment tat-Tawmatin (E 957) bl-użu tal-livelli tal-użu massimi u l-estensjoni proposta tal-użi u tal-livelli tal-użu kif ipprovduta mill-applikant, l-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma jenħtieġ li jiġi ristrett għal dawk il-kategoriji tal-ikel li għalihom hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli li ma tistax tinkiseb b'mezzi oħrajn prattikabbli ekonomikament u teknoloġikalment u l-użu tiegħu ma jqarraqx lill-konsumatur. |
(11) |
L-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma jtejjeb il-proprjetajiet organolettiċi tal-prodotti tal-ikel mhux ħelwin. It-Tawmatin jista' jqawwi t-togħma umami u mhux ħelwa fiz-zlazi u s-snacks, u b'hekk il-prodotti tal-ikel ikunu aktar attraenti għat-togħma tal-bniedem. |
(12) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tat-Tawmatin (E 957) bħala sustanza li tqawwi t-togħma fil-prodotti tal-kategoriji tal-ikel 12.6 “Zlazi” u 15.1 “Ikliet ħfief abbażi ta' patata, ċereali, dqiq jew lamtu” f'livell massimu ta' 5 mg/kg f'kull kategorija tal-ikel. |
(13) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar id-dolċifikanti (opinjoni espressa mill-SCF fl-14 ta' Settembru 1984). Disponibbli online: http://aei.pitt.edu/40825/1/16th_food.pdf
(4) Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar id-Dolċifikanti (il-21 serje). Opinjoni espressa fil-11 ta' Diċembru 1987 u fl-10 ta' Novembru 1988 u adottata fl-10 ta' Novembru 1988. Disponibbli online: http://aei.pitt.edu/40830/1/21st_food.pdf
(5) EFSA Journal 2015;13(11):4290
ANNESS
Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
fil-kategorija tal-ikel 12.6 “Zlazi”, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 955:
|
(2) |
fil-kategorija tal-ikel 15.1 “Ikliet ħfief abbażi ta' patata, ċereali, dqiq jew lamtu”, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 955:
|