This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0584
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/584 of 17 April 2018 approving amendments to the specification for a Protected Designation of Origin or a Protected Geographical Indication (‘Graves’ (PDO))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/584 tas-17 ta' April 2018 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Graves (DOP))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/584 tas-17 ta' April 2018 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Graves (DOP))
C/2018/2160
ĠU L 98, 18.4.2018, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/584
tas-17 ta' April 2018
li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Graves (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Graves”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(3) |
Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Graves” (DOP), hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU C 421, 8.12.2017, p. 10.