This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0550
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/550 of 6 April 2018 amending Annex II to Regulation (EC) No 684/2009 implementing Council Directive 2008/118/EC as regards the computerised procedures for the movement of excise goods under suspension of excise duty
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/550 tas-6 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/550 tas-6 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa
C/2018/1940
ĠU L 91, 9.4.2018, p. 13–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/02/2023; Impliċitament imħassar minn 32022R1636
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/550
tas-6 ta' April 2018
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (2) stabbilixxa nomenklatura tal-prodotti msejħa “Nomenklatura Magħquda”, biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti. |
(2) |
Sabiex jitlestew ċerti entrati tad-dejta fil-messaġġi skambjati għall-finijiet tal-Artikoli 21 sa 25 tad-Direttiva 2008/118/KE, għandhom jintużaw il-kodiċi elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (3). |
(3) |
Il-prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (4) huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 (5). |
(4) |
Ċerti prodotti tal-enerġija huma elenkati fil-punt 11 tat-tabella (Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 u huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament (KE) Nru 2031/2001. |
(5) |
Skont l-emendi tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 (6), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-enerġija msemmija fid-Direttiva 2003/96/KE ġew sostitwiti b'kodiċi ġodda. |
(6) |
Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 (7), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-enerġija soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE ġew aġġornati fid-dawl tal-bidliet tan-Nomenklatura Magħquda, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1925. |
(7) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda użati biex jiddeskrivu l-prodotti tal-enerġija elenkati fil-punt 11(Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 huma l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda li ssir referenza għalihom fid-Direttiva 2003/96/KE, kif aġġornati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/552. |
(8) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE (8) ma teħtieġx l-applikazzjoni tal-markatur fiskali komuni għall-karburant tal-ġett li jaqa' fil-kodiċi NM 2710 19 21. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-kodiċi ma jintużax biex jiddeskrivi l-pitrolju mmarkat. |
(9) |
Id-deskrizzjoni għal kodiċi ta' prodott tas-sisa E490 tirreferi għal firxa wiesgħa ta' kodiċi NM, iżda ftit huma dawk li jenħtieġ li jkunu koperti b'dan il-kodiċi ta' prodott tas-sisa skont l-Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE. Għalhekk id-deskrizzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi ċċarata sabiex jiġu elenkati l-kodiċi NM rilevanti biss. |
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 684/2009 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-punt 11 tat-tabella (Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009, ir-ringieli bil-prodotti tas-sisa bil-kodiċi minn E410 sa E490 u l-kodiċi E910 u E920 huma sostitwiti b'dan li ġej:
EPC |
CAT |
UNITÀ |
Deskrizzjoni |
A |
P |
D |
E410 |
E |
2 |
Petrol biċ-ċomb li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 12 31 , 2710 12 51 u 2710 12 59 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E420 |
E |
2 |
Petrol mingħajr ċomb li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 12 31 , 2710 12 41 , 2710 12 45 u 2710 12 49 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E430 |
E |
2 |
Żejt tal-gass, mhux immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 43 , 2710 19 46 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 u 2710 20 19 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E440 |
E |
2 |
Żejt tal-gass, immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi 2710 19 43 , 2710 19 46 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 u 2710 20 19 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E450 |
E |
2 |
Pitrolju, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 21 u l-pitrolju mhux immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 (Artikolu 20(1)(c) tad-Directive 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E460 |
E |
2 |
Pitrolju, immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E470 |
E |
1 |
Żejt karburanti tqil li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 62 , 2710 19 64 , 2710 19 68 , 2710 20 31 , 2710 20 35 u 2710 20 39 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
N |
E480 |
E |
2 |
Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 12 21 , 2710 12 25 , 2710 19 29 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86), f'movimenti kummerċjali bl-ingrossa (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E490 |
E |
2 |
Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 12 11 , 2710 12 15 , 2710 12 70 , 2710 12 90 , 2710 19 11 , 2710 19 15 , 2710 19 31 , 2710 19 35 , 2710 19 51 u 2710 19 55 . (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E910 |
E |
2 |
Esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin, li skont il-piż fihom 96,5 % jew aktar ta' esteri (FAMAE) li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3826 00 10 (Artikolu 20(1)(h) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
E920 |
E |
2 |
Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3824 99 86 , 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93 , 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) u 3826 00 90 , jekk dawn huma maħsuba li jintużaw bħala karburant għat-tisħin jew karburant għall-magni (Artikolu 20(1)(h) tad-Direttiva 2003/96/KE) |
N |
N |
Y |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-15 ta' Settembru 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta' Awwissu 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 279, 23.10.2001, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 tas-6 ta' April 2018 li taġġorna r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti (ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46).