Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0545

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/1866

    ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/06/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/545/oj

    6.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/66


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/545

    tal-4 ta' April 2018

    li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(9) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-arranġamenti prattiċi għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi msemmija fid-Direttiva (UE) 2016/797 jenħtieġ inaqqsu l-kumplessità, it-tul u l-ispiża tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, jipprovdu kundizzjonijiet uniformi li jarmonizzaw l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni, u jrawmu kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha involuti f'dan il-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi. Biex jonqsu t-tul u l-ispiża tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, jenħtieġ li l-perjodi taż-żmien jinżammu prattikament kemm jista' jkun qosra.

    (2)

    Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza (minn hawn 'il quddiem “NSAs”) fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u fit-tħejjija tal-ftehimiet ta' koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(14) tad-Direttiva (UE) 2016/797, kuntatt bikri mal-applikant bl-għamla ta' koordinazzjoni (“impenn preliminari”) hu meqjus bħala prattika tajba li tiffaċilita l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-partijiet involuti fil-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi. Dan l-impenn preliminari jenħtieġ jiġi offrut qabel ma titressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, ħalli l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jsiru midħla tal-proġett. Biex l-applikant ikun jaf x'għandu jistenna, l-impenn preliminari jenħtieġ jikkjarifikalu r-regoli applikabbli, jipprovdilu d-dettalji dwar il-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, inkluż il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u jivverifika li l-applikant kiseb informazzjoni biżżejjed. L-applikant hu responsabbli biex jiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti kollha meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Fit-twettiq ta' dmirijietu, l-applikant ikollu l-għajnuna ta' entitajiet oħra, fosthom korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, fornituri u provdituri tas-servizzi.

    (3)

    Bil-ħsieb li jinkisbu l-ekonomiji ta' skala u jonqos il-piż amministrattiv, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jenħtieġ tippermetti li l-applikant jipproduċi għadd ta' vetturi tal-istess disinn u jiffaċilita l-awtorizzazzjoni tagħhom. It-tip ta' vettura jidentifika d-disinn li se jkollhom il-vetturi kollha korrispondenti għal dak it-tip. Kull tip ġdid ta' vettura jenħtieġ isegwi l-proċess tal-awtorizzazzjoni, u tip ġdid jenħtieġ jinħoloq biss jekk ikun awtorizzat.

    (4)

    Jenħtieġ jiddaħħlu l-kunċetti ta' varjant u verżjoni ta' tip ta' vettura ħalli jkunu jistgħu jingħarfu alternattivi għal konfigurazzjoni jew bidliet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vettura fi ħdan tip eżistenti, peress li d-differenza bejn il-varjanti u l-verżjonijiet hi li l-varjanti jeħtieġu awtorizzazzjoni filwaqt li l-verżjonijiet le.

    (5)

    Biex ikun żgurat li matul iż-żmien, it-tip ta' vettura jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti, u li kull bidla fid-disinn li taffettwa l-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tkun riflessa bħala varjant u/jew verżjoni ġodda tat-tip ta' vettura, jenħtieġ jintuża l-proċess tal-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tat-tip ta' vettura. L-entità responsabbli għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tat-tip ta' vettura hi l-applikant li ngħata l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura.

    (6)

    Fir-rigward tal-vetturi, hemm bżonn proċess tal-ġestjoni tal-konfigurazzjoni limitat għall-bidliet li mhumiex ġestiti bil-proċess tal-ġestjoni tal-konfigurazzjoni ta' tip ta' vettura awtorizzat.

    (7)

    Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) tistabbilixxi linji gwida li jiddeskrivu, u meta meħtieġ, jispjegaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-linji gwida jiġu aġġornati, ippubblikati u jsiru disponibbli għall-pubbliku bla ħlas. Bl-għan li jiġi armonizzat l-approċċ għall-iskambju u r-reġistrar tal-informazzjoni fil-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-linji gwida jenħtieġ jinkludu wkoll il-mudelli stabbiliti mill-Aġenzija b'koperazzjoni mal-NSAs.

    (8)

    L-Aġenzija u l-NSAs jenħtieġ jimplimentaw arranġamenti jew proċeduri interni biex jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi.

    (9)

    Meta wieħed iqis li l-esperjenza miksuba hi rikonoxxuta bħala prattika tajba, l-NSAs u l-Aġenzija jenħtieġ jitħeġġu jaqsmu kull informazzjoni rilevanti relatata. Biex jingħata dan is-servizz, l-Aġenzija jenħtieġ tistabbilixxi protokoll u l-proċeduri għar-reġistrar u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Aġenzija u l-NSAs.

    (10)

    Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-valutazzjoni u jonqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż tal-applikant, jenħtieġ li l-Aġenzija u l-NSAs iqisu l-ftehimiet ta' koperazzjoni u l-ftehimiet multilaterali konklużi skont l-Artikolu 21(14) u (15) tad-Direttiva (UE) 2016/797, meta rilevanti.

    (11)

    L-Aġenzija u l-NSAs jenħtieġ jirreġistraw l-informazzjoni kollha rilevanti u r-raġunijiet dokumentati għal dik id-deċiżjoni fil-punt uniku ta' kuntatt, ħalli jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet f'kull stadju tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi. Jekk l-Aġenzija u l-NSAs ikollhom is-sistemi tagħhom stess għall-ġestjoni tal-informazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni, dawn jenħtieġ jiżguraw li kull informazzjoni rilevanti tiġi rreġistrata fil-punt uniku ta' kuntatt għall-istess raġunijiet. Biex teħfief il-komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati, il-linji gwida tal-Aġenzija u tal-NSAs jenħtieġ jipprovdu arranġamenti prattiċi għal dawk il-komunikazzjonijiet li mhumiex rilevanti għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li għalhekk ma jeħtiġux jiġu rreġistrati fil-punt uniku ta' kuntatt.

    (12)

    Meta ż-żona tal-użu maħsuba għat-tip ta' vettura tkun limitata għal netwerk(s) fi Stat Membru wieħed, din l-awtorizzazzjoni tkun valida mingħajr estensjoni taż-żona tal-użu għall-vetturi li jivvjaġġaw lejn stazzjonijiet fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi tan-netwerk simili, meta dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera. F'każ bħal dan, l-applikant jista' jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq lill-Aġenzija jew lill-NSA. Meta l-Aġenzija taġixxi bħala entità awtorizzanti, dan ikun biex tikkonsulta lill-NSAs rilevanti b'konformità mal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u biex tqis il-ftehimiet transfruntieri rilevanti.

    (13)

    Meta l-Aġenzija taġixxi bħala entità awtorizzanti, l-applikant jenħtieġ, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.6 tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797, ikollu d-dritt iressaq l-applikazzjoni tiegħu lill-Aġenzija b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Matul il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-NSAs ikollhom id-dritt jindirizzaw id-dokumenti li jappartjenu għall-valutazzjoni lill-Aġenzija b'lingwa tal-Istat Membru tagħha, mingħajr l-obbligu tat-traduzzjoni.

    (14)

    L-Aġenzija u l-NSAs jenħtieġ jiżviluppaw arranġamenti jew proċeduri interni għall-ġestjoni tal-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq ħalli jonqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-applikant. F'dak ir-rigward, fil-fajl tal-applikazzjoni, l-applikant jenħtieġ ikun jista' jressaq kopji tad-dokumenti. Id-dokumenti oriġinali jenħtieġ ikunu disponibbli għall-verifika tal-Aġenzija u tal-NSAs wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    (15)

    Hemm bżonn tiġi armonizzata l-kategorizzazzjoni ta' kwistjonijiet fil-proċess tal-valutazzjoni ħalli jkun żgurat li l-applikant jifhem il-gravità ta' kwistjonijiet li tista' tqajjem l-Aġenzija jew xi NSA. Din il-kategorizzazzjoni hi partikolarment importanti meta diversi NSAs ikunu involuti fil-proċess. Biex tiffaċilita l-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi u biex jonqos il-piż amministrattiv meta ma jkunx hemmx regoli nazzjonali applikabbli, jenħtieġ li l-konsultazzjoni tal-Aġenzija mal-NSAs ikkonċernati fiż-żona tal-użu tkun limitata għall-verifika tal-ispeċifikazzjoni korretta taż-żona tal-użu għall-Istat Membru kkonċernat. Meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (“it-TSIs”) ikollhom dispożizzjonijiet speċifiċi, iż-żona tal-użu jenħtieġ tkun kapaċi tkopri n-netwerk kollu tal-Unjoni, u l-kontrolli tal-Aġenzija jenħtieġ ikunu biżżejjed.

    (16)

    Il-vetturi u t-tipi ta' vetturi għandhom jibqgħu awtorizzati b'konformità mal-Artikolu 54(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(12) u 24(3) ta' dik id-Direttiva. Fil-każ ta' tiġdid jew ta' mmodernizzar ta' dawk il-vetturi, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw b'konformità mal-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    (17)

    Skont l-Artikolu 54(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797, ir-reġim il-ġdid tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi għandu jibda mis-16 ta' Ġunju 2019. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) ta' dik id-Direttiva li jkunu estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni u għalhekk ikunu jistgħu jibqgħu joħorġu l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sas-16 ta' Ġunju 2020. Bejn is-16 ta' Ġunju 2019 u l-15 ta' Ġunju 2020, meta l-entitajiet awtorizzanti jkunu differenti, jaf ikun hemm żewġ sistemi ġuridiċi differenti koeżistenti. Għalhekk jeħtieġ jiġi ċċarat kif ir-reġim il-ġdid jenħtieġ japplika flimkien mar-reġim il-qadim, meta ż-żona tal-użu maħsuba tkun tinkludi wieħed jew aktar minn dawk l-Istati Membri.

    (18)

    Meta NSA tagħraf li mhux se tkun tista' toħroġ awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura/awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-servizz skont id-Direttiva 2008/57/KE qabel is-16 ta' Ġunju 2019, jew is-16 ta' Ġunju 2020 fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Aġenzija, meta taġixxi bħala entità awtorizzanti, jenħtieġ taċċetta r-riżultati tal-valutazzjoni tal-NSA ħalli tevita kull duplikazzjoni fil-valutazzjoni u kull piż addizzjonali u dewmien għall-applikant.

    (19)

    Biex jeħfief it-tqegħid fis-suq tal-vetturi u biex jonqsu l-piżijiet amministrattivi, awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-Aġenzija jenħtieġ jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura msemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE u għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-servizz imsemmija fl-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2008/57/KE.

    (20)

    It-TSIs skont l-Artikolu 4(3)(f) tad-Direttiva (UE) 2016/797, kif ukoll ir-regoli nazzjonali, jenħtieġ jipprevedu tranżizzjoni gradwali, li tqis b'mod partikulari proġetti fi stadju avvanzat tal-iżvilupp kif definit fl-Artikolu 2(23) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    (21)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (4),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati minn:

    (a)

    l-applikanti, meta jressaq applikazzjoni, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (b)

    l-Aġenzija u l-NSAs, meta jkunu qed jipproċessaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u b'rabta mal-impenn preliminari;

    (c)

    l-entità awtorizzanti, meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura jew awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (d)

    l-amministraturi tal-infrastruttura, meta jipprovdu l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' testijiet fin-netwerks tagħhom u meta jipprovdu informazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi fejn tidħol iż-żona tal-użu.

    2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(16) u (17) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “entità awtorizzanti” tfisser entità li toħroġ awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (2)

    “karatteristiċi bażiċi tad-disinn” tfisser il-parametri li jintużaw biex jidentifikaw it-tip ta' vettura kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa u kif irreġistrat fir-Reġistru Ewropew tat-Tipi ta' Vetturi Awtorizzati (l-“ERATV”);

    (3)

    “ġestjoni tal-konfigurazzjoni” tfisser proċess organizzattiv, tekniku u amministrattiv sistematiku imqiegħed fis-seħħ matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vettura u/jew ta' tip ta' vettura biex ikun żgurat li l-konsistenza fid-dokumentazzjoni u t-traċċabbiltà tal-bidliet ikunu stabbiliti u miżmuma ħalli:

    (a)

    jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali rilevanti;

    (b)

    jiġu kkontrollati u ddokumentati l-bidliet fil-fajls tekniċi jew fil-fajl mehmuż mal-awtorizzazzjoni maħruġa;

    (c)

    l-informazzjoni u d-dejta tibqa' attwali u preċiża;

    (d)

    il-partijiet rilevanti jiġu infurmati dwar il-bidliet, kif meħtieġ;

    (4)

    “data tal-wasla tal-applikazzjoni” tfisser:

    (a)

    jekk l-Aġenzija taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, l-ewwel jum tax-xogħol li hu komuni għall-Aġenzija u għall-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu wara l-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni;

    (b)

    jekk l-NSA taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, l-ewwel jum tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat wara l-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni;

    (5)

    “entità tal-ġestjoni tal-bidla” tfisser id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, id-detentur (keeper) jew l-entità fdata minnhom;

    (6)

    “detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun applikat għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, u rċevietha, jew is-suċċessur ġuridiku tagħha;

    (7)

    “dubju ġustifikat” tfisser kwistjoni klassifikata bħala “tat-tip 4” skont l-Artikolu 41(1)(d), b'ġustifikazzjoni u bl-evidenza dokumentata, imqajma mill-entità awtorizzanti u/jew mill-NSAs taż-żona tal-użu, li għandha x'taqsam mal-informazzjoni mogħtija mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu;

    (8)

    “awtorità nazzjonali tas-sikurezza taż-żona tal-użu” jew “NSA taż-żona tal-użu” tfisser l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza meta tkun twettaq attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)

    tagħmel il-valutazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 21(5)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (b)

    twettaq il-konsultazzjonijiet mitluba fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (c)

    toħroġ l-awtorizzazzjonijiet temporanji, meta jkun meħtieġ, biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk, u tieħu l-miżuri biex tiżgura li t-testijiet fuq in-netwerk ikunu jistgħu jsiru kif speċifikat fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (9)

    “impenn preliminari” tfisser fażi proċedurali qabel is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mwettqa fuq talba tal-applikant;

    (10)

    “Referenzi tal-impenn preliminari” tfisser l-opinjoni tal-entità awtorizzanti u tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu fil-fajl tal-impenn preliminari;

    (11)

    “kompilazzjoni tar-rekwiżiti” tfisser il-proċess ta' identifikazzjoni, assenjar, implimentazzjoni u validazzjoni tar-rekwiżiti mwettqa mill-applikant biex ikun żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti. Il-kompilazzjoni tar-rekwiżiti tista' tiġi integrata fil-proċessi tal-iżvilupp tal-prodott;

    (12)

    “integrazzjoni sikura” tfisser l-issodisfar tar-rekwiżit essenzjali dwar is-sikurezza kif speċifikat fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 meta l-partijiet jiġu kkombinati mas-sħuħija integrali kollha, bħalma pereżempju vettura jew sottosistema kif ukoll bejn il-vettura u n-netwerk, fejn tidħol il-kompatibbiltà teknika;

    (13)

    “varjant tat-tip ta' vettura” tfisser alternattiva għall-konfigurazzjoni ta' tip ta' vettura li hi stabbilita matul l-ewwel awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 24(1) jew bidliet fi ħdan tip ta' vettura eżistenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu li jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida tat-tip ta' vettura skont l-Artikoli 24(1) u 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (14)

    “verżjoni tat-tip ta' vettura” tfisser alternattiva għall-konfigurazzjoni ta' tip ta' vettura jew ta' varjant tat-tip ta' vettura jew bidliet fi ħdan tip jew varjant tat-tip eżistenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, maħluqa biex tirrifletti l-bidliet fil-karatteristiċi bażiċi tad-disinn li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ġdida tat-tip ta' vettura skont l-Artikoli 24(1) u 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (15)

    “awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq” tfisser deċiżjoni maħruġa mill-entità awtorizzanti bbażata fuq assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-entitajiet involuti fid-disinn, il-manifattura, il-verifika u l-validazzjoni tal-vettura jkunu ssodisfaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom ħalli tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew biex tkun żgurata l-konformità mat-tip awtorizzat li jippermetti li l-vettura tista' titqiegħed fis-suq u tista' tintuża b'mod sikur fiż-żona tal-użu skont il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħra, meta applikabbli, speċifikati fl-awtorizzazzjoni tal-vettura u fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

    (16)

    “awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura” tfisser deċiżjoni maħruġa mill-entità awtorizzanti bbażata fuq assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-entitajiet involuti fid-disinn, il-manifattura, il-verifika u l-validazzjoni tat-tip ta' vettura jkunu ssodisfaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom ħalli tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni applikabbli li tippermetti li l-vettura manifatturata skont dan id-disinn tista' titqiegħed fis-suq u tista' tintuża b'mod sikur fiż-żona tal-użu tat-tip ta' vettura skont il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra, meta applikabbli, speċifikati fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u biex jiġu applikati għal kull vettura awtorizzata b'konformità ma' dan it-tip;

    (17)

    “data rilevanti” tfisser is-16 ta' Ġunju 2019, għajr fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva, f'liema każ id-data rilevanti hija s-16 ta' Ġunju 2020.

    Artikolu 3

    Ir-responsabbiltajiet tal-applikant

    L-applikant għandu jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    Hi r-responsabbiltà tal-applikant li jiżgura li r-rekwiżiti rilevanti fil-leġiżlazzjoni applikabbli jiġu identifikati u jintlaħqu meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    Artikolu 4

    Ir-responsabbiltajiet tal-entità awtorizzanti

    1.   L-entità awtorizzanti għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq (imsejħa “l-awtorizzazzjonijiet”) b'konformità mal-Artikoli 21, 24 u 25 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    2.   Għall-finijiet tal-ħruġ jew ir-rifjut ta' awtorizzazzjoni, l-entità awtorizzanti għandha:

    (a)

    Tikkoordina l-assenjar tal-kompiti lill-partijiet rilevanti u t-twaqqif ta' arranġamenti ta' koordinazzjoni bejniethom;

    (b)

    Tivvaluta l-fajl tal-applikazzjoni biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli li t-tip ta' vettura u/jew il-vettura jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli;

    (c)

    Tiġbor kull evidenza dokumentata, ir-riżultati tal-istimi rilevanti kollha u r-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni tagħha li toħroġ jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, b'konformità ma' dan ir-Regolament.

    3.   Jekk l-Aġenzija tkun entità awtorizzanti, din għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-NSAs taż-żona tal-użu marbuta ma' awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    4.   L-entità awtorizzanti għandha tipprovdi impenn preliminari meta jitlobha l-applikant.

    5.   L-entità awtorizzanti għandha twettaq dmirijietha b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, u għandha teżerċita ġudizzju professjonali, tkun imparzjali u proporzjonata, u tipprovdi raġunijiet dokumentati għal kull deċiżjoni.

    6.   L-entità awtorizzanti għandha tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri interni biex tmexxi l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dawk l-arranġamenti jew il-proċeduri għandhom iqisu l-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 21(14) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u, meta rilevanti, ftehimiet multilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 21(15) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    7.   Meta l-applikant jindika skont l-Artikolu 5(2) li l-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip ġiet affettwata, l-entità awtorizzanti għandha taġġorna l-ERATV kif xieraq.

    8.   Meta l-applikant jindika fl-applikazzjoni tiegħu li ż-żona tal-użu maħsuba tal-vettura/i jew tat-tip ta' vettura jinkludi stazzjonijiet fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi simili tan-netwerk, u dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, l-entità awtorizzanti għandha:

    (a)

    tircievi konferma mingħand l-NSAs tal-Istati Membri ġirien li r-regoli nazzjonali notifikati rilevanti u l-obbligi li jikkonċernaw il-ftehimiet transfruntieri rilevanti jiġu rispettati, qabel ma toħroġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura; u

    (b)

    fl-awtorizzazzjoni maħruġa tispeċifika li l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura hi valida wkoll għal dawk l-istazzjonijiet mingħajr estensjoni taż-żona tal-użu.

    Artikolu 5

    Ir-responsabbiltajiet tad-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura

    1.   Id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tat-tip ta' vettura u l-fajl ta' akkumpanjanment tad-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53 u 54, id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, bħala parti mill-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tat-tip ta' vettura, għandu jinforma lill-entità awtorizzanti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura dwar kwalunkwe bidla fil-liġi tal-Unjoni li taffettwa l-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip.

    Artikolu 6

    Ir-responsabbiltajiet tal-amministratur tal-infrastruttura

    1.   Fiż-żona tal-użu, ir-responsabbiltajiet tal-amministratur tal-infrastruttura fil-qafas ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, abbażi tal-informazzjoni li ta l-applikant skont l-Artikolu 18, għandhom ikunu limitati għall-identifikazzjoni u l-għoti ta' dawn li ġejjin:

    (a)

    il-kundizzjonijiet operattivi li jridu jiġu applikati għall-użu tal-vettura għat-testijiet fuq in-netwerk;

    (b)

    il-miżuri meħtieġa li jridu jittieħdu mil-lat ta' infrastruttura ħalli jkun żgurat it-tħaddim sikur u affidabbli waqt it-testijiet fuq in-netwerk;

    (c)

    il-miżuri meħtieġa fl-istallazzjonijiet tal-infrastruttura ħalli jitwettqu t-testijiet fuq in-netwerk.

    2.   L-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati taż-żona tal-użu għandhom:

    (a)

    jappoġġaw lill-applikant għall-kundizzjonijiet biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk;

    (b)

    jipprovdu informazzjoni fuq l-infrastruttura b'mod mhux diskriminatorju biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk;

    (c)

    jidentifikaw u jipprovdu l-kundizzjonijiet u l-miżuri biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk fil-limiti taż-żmien speċifikati fl-Artikolu 21(3) u 21(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797, abbażi tal-informazzjoni li ta l-applikant;

    (d)

    bi qbil mal-applikant, jieħdu sehem fl-impenn preliminari.

    Artikolu 7

    Ir-responsabbiltajiet tal-NSAs taż-żona tal-użu

    1.   Għall-finijiet tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom ikunu responsabbli:

    (a)

    għall-parti tagħhom tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 40;

    (b)

    għall-ħruġ ta' fajl tal-valutazzjoni lill-entità awtorizzanti skont l-Artikolu 40(6).

    2.   Fil-qadi tar-responsabbiltajiet tagħhom, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, u għandhom jeżerċitaw ġudizzju professjonali, ikunu imparzjali u proporzjonati, u jipprovdu raġunijiet dokumentati għal kull deċiżjoni li ssir.

    3.   L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jipprovdu impenn preliminari meta jitlobhom l-applikant.

    4.   L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jgħaddu lill-Aġenzija u lill-NSAs l-oħra kollha kull informazzjoni mill-esperjenza miksuba relatata ma' kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali li jaf ikunu rilevanti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, bħal:

    (a)

    l-informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 4(5)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/798;

    (b)

    in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali li tista' twassal għal emenda jew revoka ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (c)

    in-nuqqasijiet fit-TSIs skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    5.   L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jistabbilixxu arranġamenti u proċeduri interni biex imexxu l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dawk l-arranġamenti jew il-proċeduri għandhom iqisu l-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 21(14) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u, meta rilevanti, ftehimiet multilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 21(15) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    6.   L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jistabbilixxu, jippubblikaw u jaġġornaw linji gwida li jiddeskrivu l-politika lingwistika tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-komunikazzjoni u l-proċess tal-awtorizzazzjoni temporanja meta tkun meħtieġa skont il-qafas ġuridiku nazzjonali u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

    Artikolu 8

    Ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija

    1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi, tippubblika u taġġorna linji gwida li jiddeskrivu u jispjegaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-linji gwida għandhom jinkludu wkoll il-mudelli li jistgħu jużaw l-entità awtorizzanti u l-NSAs taż-żona tal-użu għall-iskambju u r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni u l-mudell tal-applikazzjoni li jista' juża l-applikant.

    2.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi protokoll u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4). Il-partijiet affettwati jew ikkonċernati l-oħra jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti, diment li titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

    Artikolu 9

    L-użu ta' vettura awtorizzata

    Wara li jkunu wettqu l-verifiki msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2016/797, impriża ferrovjarja jew amministrattur tal-infrastruttura jistgħu jużaw vettura fiż-żona tal-użu, skont il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra speċifikati fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    Artikolu 10

    Il-lingwa

    1.   Meta l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tinħareġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(5) sa (7) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-applikant għandu:

    (a)

    iressaq l-applikazzjoni u l-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

    (b)

    meta jintalab, jittraduċi partijiet mill-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni skont il-punt 2.6 tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797. F'dan il-każ, il-lingwa li għandha tintuża tiddeterminaha l-NSA u tiġi indikata fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 7(6).

    2.   Kull deċiżjoni dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq li tieħu l-Aġenzija, inkluż ir-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni u, meta applikabbli, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin, għandha tingħata bil-lingwa msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

    Artikolu 11

    Il-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi għall-ferroviji tramm fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea

    1.   Għall-finijiet ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew ta' awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm maħsubin biex jitħaddmu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u meta ma tkun tapplika l-ebda speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (“TSI”) għall-vettura tal-ferrovija tramm u għat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm ikkonċernati kif deskritt fl-Artikolu 1(5)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Istati Membri jistgħu jużaw proċedura li jipprovdi l-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom rigward l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm. F'dan il-każ, l-applikant għandu jirreferi għall-qafas nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat rigward il-proċedura li għandha tintuża għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm.

    2.   Jekk l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm ikunu maħsubin biex jitħaddmu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għal operazzjoni transfruntiera, u meta ma japplika l-ebda TSI għat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm ikkonċernat, l-applikant għandu japplika għand l-entitajiet awtorizzanti maħtura mill-Istati Membri involuti li min-naħa tagħhom għandhom jikkoperaw bil-ħsieb li joħorġu awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm.

    3.   F'każijiet oħra, vettura tal-ferrovija tramm u/jew tip ta' vettura tal-ferrovija tramm li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 għandhom jiġu awtorizzati skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 12

    Il-ftehimiet transfruntieri

    1.   Fuq is-sit web tagħhom, l-NSAs għandhom jippubblikaw il-proċedura li trid tintuża għall-ftehimiet transfruntieri biex l-awtorizzazzjoni tkopri l-istazzjonijiet fl-Istati Membri ġirien, skont l-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, b'mod partikolari:

    (a)

    kull ftehim transfruntier bejn l-NSAs li jaf ikun hemm bżonn jintuża;

    (b)

    il-proċedura li trid tintuża meta dawn l-arranġamenti transfruntieri ma jkunux jeżistu.

    2.   Għal ftehim transfruntier dwar il-proċess tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni li tkopri l-istazzjonijiet fl-Istati Membri ġirien, skont l-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-NSAs għandhom jispeċifikaw il-proċedura li trid tiġi applikata u mill-inqas għandhom jipprovdu d-dettalji li ġejjin:

    (a)

    l-istadji proċedurali;

    (b)

    il-perjodi taż-żmien;

    (c)

    l-ambitu ġeografiku u tekniku;

    (d)

    ir-rwoli u l-kompiti tal-partijiet involuti; u

    (e)

    l-arranġamenti prattiċi għall-konsultazzjoni mal-partijiet rilevanti.

    KAPITOLU 2

    IT-TĦEJJIJA TAL-APPLIKAZZJONI

    Artikolu 13

    Il-kompilazzjoni tar-rekwiżiti

    1.   B'konformità mal-għan ġenerali li r-riskji identifikati jiġu mmaniġġati u jittaffew għal livell aċċettabbli, qabel ma jressaq applikazzjoni, l-applikant għandu jwettaq proċess ta' kompilazzjoni tar-rekwiżiti li għandu jiżgura li r-rekwiżiti kollha meħtieġa li jkopru d-disinn tal-vettura tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha kienu:

    (a)

    ġew identifikati kif suppost;

    (b)

    ġew assenjati għal funzjonijiet jew sottosistemi jew ġew indirizzati bil-kundizzjonijiet tal-użu jew restrizzjonijiet oħra; u

    (c)

    ġew implimentati u vvalidati.

    2.   Il-kompilazzjoni tar-rekwiżiti li jagħmel l-applikant għandha tkopri b'mod partikolari dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    ir-rekwiżiti essenzjali għas-sottosistemi msemmija fl-Artikolu 3 u speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (b)

    il-kompatibbiltà teknika tas-sottosistemi fil-vettura;

    (c)

    l-integrazzjoni sikura tas-sottosistemi fil-vettura; u

    (d)

    il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu.

    3.   Il-proċess tal-ġestjoni tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 (5) għandu jużah l-applikant bħala l-metodoloġija għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti fejn jidħlu r-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” relatati mal-vetturi u s-sottosistemi kif ukoll l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi għall-aspetti li mhumiex koperti mit-TSIs u mir-regoli nazzjonali.

    Artikolu 14

    Identifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni rilevanti

    1.   L-applikant għandu jidentifika u jagħżel l-awtorizzazzjoni rilevanti minn dawn il-każijiet li ġejjin:

    (a)

    l-ewwel awtorizzazzjoni: l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin mill-entità awtorizzanti għal tip ġdid ta' vettura, inkluż il-varjanti u/jew il-verżjonijiet tiegħu jekk ikun hemm u, meta japplika, l-ewwel vettura ta' tip, skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (b)

    awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura mġedda: it-tiġdid ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li ma jkunx jeħtieġ bidla fid-disinn tat-tip ta' vettura;

    (c)

    iż-żona tal-użu estiża: l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin mill-entità awtorizzanti għal tip ta' vettura u/jew vettura awtorizzati diġà ħalli tiġi estiża ż-żona tal-użu mingħajr bidla fid-disinn, skont l-Artikolu 21(13) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (d)

    awtorizazzjoni ġdida: l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin mill-entità awtorizzanti wara bidla f'vettura u/jew tip ta' vettura awtorizzati diġà, skont l-Artikoli 21(12) jew 24(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (e)

    awtorizzazzjoni konformi mat-tip: l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq ta' vettura jew ta' serje ta' vetturi li jkunu konformi ma' tip ta' vettura validu u awtorizzat diġà abbażi ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan it-tip, skont l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Meta applikabbli, għandu jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-verżjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-varjant tat-tip ta' vettura li magħhom ikunu konformi l-vettura jew is-serje ta' vetturi.

    2.   F'każijiet ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura skont il-każijiet (c) u (d), jekk l-applikant ikun id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura eżistenti, dan għandu jiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hix se twassal biex jinħoloq:

    (a)

    tip ta' vettura ġdid; jew

    (b)

    varjant ġdid tat-tip ta' vettura fi ħdan it-tip eżistenti li fuqu hu bbażat.

    Jekk l-applikant ma jkunx id-detentur (holder) tat-tip eżistenti, l-awtorizzazzjoni għandha twassal biex jinħoloq tip ġdid skont l-Artikolu 15(4).

    3.   Applikant jista' jikkombina:

    (a)

    talba għal awtorizzazzjoni ġdida ma' talba għal awtorizzazzjoni għal estensjoni taż-żona tal-użu; jew

    (b)

    talba għall-ewwel awtorizzazzjoni ma' talba għal awtorizzazzjoni konformi mat-tip.

    Il-perjodi taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 34(1) u (2) għandhom japplikaw għall-applikazzjoni kkombinata. Meta xieraq, dan jista' jwassal biex l-entità tal-awtorizzazzjoni toħroġ diversi deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni.

    Artikolu 15

    Il-bidliet f'tip ta' vettura awtorizzat diġà

    1.   Kull bidla f'tip ta' vettura awtorizzat għandha tiġi analizzata u kategorizzata biss bħala waħda minn dawn il-bidliet u għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni kif stipulat hawn taħt:

    (a)

    bidla li ma tintroduċi l-ebda devjazzjoni mill-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi. F'dan il-każ, ma jkunx hemm bżonn verifika minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità, u l-ewwel dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi u l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jibqgħu validi u ma jinbidlux;

    (b)

    bidla li tintroduċi devjazzjoni mill-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi jaf ikollha bżonn verifiki ġodda u għalhekk tkun teħtieġ verifika skont il-moduli ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli iżda li ma jkollha l-ebda impatt fuq il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura u li ma jkollhiex bżonn awtorizzazzjoni ġdida skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (c)

    bidla fil-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura li ma teħtieġx awtorizzazzjoni ġdida skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (d)

    bidla li teħtieġ awtorizzazzjoni ġdida skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    2.   Meta bidla tkun skont il-punti (b) jew (c) tal-paragrafu 1, il-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi għandhom jiġu aġġornati u d-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandu jżomm l-informazzjoni rilevanti disponibbli meta tintalab mill-entità awtorizzanti u/jew mal-NSAs taż-żona tal-użu.

    3.   Meta bidla tkun skont il-punt (c) tal-paragrafu 1, id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandu joħloq verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew verżjoni ġdida ta' varjant tat-tip ta' vettura, u għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-entità awtorizzanti. L-entità awtorizzanti għandha tirreġistra l-verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew il-verżjoni ġdida tal-varjant tat-tip ta' vettura fl-ERATV skont l-Artikolu 50.

    4.   Jekk l-entità tal-ġestjoni tal-bidla ma tkunx id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u l-bidliet li saru fit-tip ta' vettura eżistenti huma kkategorizzati skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    għandu jinħoloq tip ta' vettura ġdid;

    (b)

    l-entità tal-ġestjoni tal-bidla għandha ssir l-applikant; u

    (c)

    l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura ġdid tista' tkun ibbażata fuq it-tip ta' vettura eżistenti u l-applikant jista' jagħżel il-każ tal-awtorizzazzjoni speċifikat fl-Artikolu 14(1)(d).

    Artikolu 16

    Il-bidliet f'vettura awtorizzata diġà

    1.   Il-bidliet f'vettura awtorizzata diġà li jkunu marbutin ma' sostituzzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni u limitati għal sostituzzjoni ta' komponenti minn komponenti oħra li jaqdu l-istess funzjonijiet u rendimenti fil-qafas ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva tal-vettura m'għandhomx bżonn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

    2.   Kull bidla oħra fil-vettura għandha tiġi analizzata u kategorizzata skont l-Artikolu 15(1).

    3.   L-entità tal-ġestjoni tal-bidla għandha titlob awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 14(1)(d) meta bidla tkun skont l-Artikolu 15(1)(d).

    4.   Jekk l-entità tal-ġestjoni tal-bidliet kategorizzati skont l-Artikolu 15(1)(b) u (c) għal vettura awtorizzata diġà ma tkunx id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, l-entità għandha:

    (a)

    tivvaluta d-devjazzjonijiet mill-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

    (b)

    tistabbilixxi li l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797 mhuma ssodisfati;

    (c)

    taġġorna l-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

    (d)

    tinnotifika l-bidliet lill-entità awtorizzanti.

    Dan jista' japplika għal vettura jew għal għadd ta' vetturi identiċi.

    L-entità awtorizzanti tista' toħroġ, fi żmien 4 xhur, deċiżjoni motivata li titlob applikazzjoni għal awtorizzazzjoni f'każ ta' kategorizzazzjoni żbaljata jew f'każ ta' nuqqas ta' informazzjoni sostanzjata biżżejjed.

    5.   Kull bidla f'vettura għandha tkun soġġetta għal ġestjoni tal-konfigurazzjoni skont ir-responsabbiltà tad-detentur (keeper) jew tal-entità fdata minnu.

    Artikolu 17

    Identifikazzjoni tar-regoli li jinkludu n-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs

    1.   Abbażi tal-għażla tal-każ tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 u l-kompilazzjoni tar-rekwiżiti stabbilita fl-Artikolu 13, l-applikant għandu jidentifika r-regoli applikabbli kollha, b'mod partikolari t-TSIs u r-regoli nazzjonali.

    Barra minn hekk, l-applikant għandu jikkonsulta u jqis il-lista tad-defiċjenzi tat-TSI li tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija.

    F'dak il-każ, l-applikant għandu jidentifika l-mezz ta' konformità aċċettabbli maħruġ mill-Aġenzija li jrid jintuża flimkien mat-TSIs għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għall-proċess tat-tqegħid fis-suq meta tkun qed tiġi stabbilita l-konformità mat-TSIs.

    2.   L-applikant għandu jidentifika kwalunkwe każ li jeħtieġ in-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs u jressaq l-applikazzjoni tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Meta n-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs ikun jikkonċerna vetturi b'żona tal-użu li tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu tal-vettura għandhom jikkoordinaw mal-applikant dwar miżuri alternattivi li jridu jittieħdu għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà finali tal-proġett.

    3.   Meta verżjoni ġdida ta' TSI tipprevedi miżuri tranżizzjonali, l-applikant ikun diġà jista' jagħżel rekwiżiti minn din il-verżjoni l-ġdida ta' dik it-TSI waqt il-perjodu tranżizzjonali, jekk din il-verżjoni l-ġdida tippermetti dan b'mod espliċitu.

    4.   Meta, skont il-paragrafu 3, jintgħażlu rekwiżiti minn verżjoni aktar riċenti ta' TSI, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    l-applikant jista' jagħżel ir-rekwiżiti li jridu jiġu applikati minn verżjonijiet differenti ta' TSI, u għandu:

    (i)

    jiġġustifika u jiddokumenta l-konsistenza bejn is-settijiet tar-rekwiżiti magħżula minn verżjonijiet differenti ta' TSI li trid tiġi applikata;

    (ii)

    jispeċifika l-għażla parzjali tar-rekwiżiti minn verżjonijiet differenti ta' TSI fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kif jeżiġi l-Anness I;

    (iii)

    meta jkun hemm xenarju tal-impenn preliminari u meta rilevanti, l-applikant għandu jitlob lill-entità awtorizzanti biex temenda jew taġġorna dawk ir-referenzi tal-impenn preliminari għat-TSI ikkonċernata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(4).

    (b)

    meta tkun qed tivvaluta l-applikazzjoni, l-entità awtorizzanti għandha tivverifika l-kompletezza mar-rekwiżiti tat-TSI proposti mill-applikant;

    (c)

    l-applikant m'għandux jintalab jissottometti talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 għal dawk ir-rekwiżiti.

    5.   Meta l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tkun tipprevedi dan, l-applikant jista' jagħżel rekwiżiti minn regoli nazzjonali differenti bl-istess mod kif stabbilit fil-paragrafu 3 għat-TSIs.

    6.   L-applikant u l-korp(i) notifikat(i) jistgħu jużaw il-mezzi ta' konformità aċċettabbli msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797 fil-kuntest ta' verifika ta' konformità tal-KE, sakemm issir l-adozzjoni tat-TSIs kkonċernati.

    7.   L-applikant u l-korp(i) maħtura jistgħu jużaw il-mezzi ta' konformità nazzjonali aċċettabbli msemmija fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 fil-kuntest biex tintwera l-konformità mar-regoli nazzjonali.

    Artikolu 18

    Identifikazzjoni u definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk

    L-applikant għandu jidentifika u jiddefinixxi, abbażi tar-regoli nazzjonali għall-ittestjar, il-miżuri meħtieġa biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk.

    Artikolu 19

    Awtorizzazzjoni temporanja biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk

    1.   Awtorizzazzjoni temporanja biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk tista' tinħareġ biss mill-NSA meta tkun meħtieġa u kif speċifikat fil-qafas ġuridiku nazzjonali tal-Istat Membru.

    2.   L-NSAs li jivvalutaw l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni temporanja biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk għandhom jagħmlu dan b'konformità mal-qafas ġuridiku nazzjonali rilevanti.

    Artikolu 20

    Identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba tal-vettura u restrizzjonijiet oħra

    L-applikant għandu jidentifika l-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba tal-vettura u restrizzjonijiet oħra marbuta mat-tip ta' vettura.

    Artikolu 21

    Identifikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-konformità

    L-applikant għandu jidentifika l-valutazzjonijiet tal-konformità meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    KAPITOLU 3

    L-IMPENN PRELIMINARI

    Artikolu 22

    L-impenn preliminari

    1.   Meta jitlobhom l-applikant, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jittrattaw l-applikazzjonijiet tal-impenn preliminari biex jistabbilixxu r-referenzi tal-impenn preliminari qabel ma titressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. L-applikazzjoni tal-impenn preliminari għandu jressaqha l-applikant formalment bil-punt uniku ta' kuntatt, u magħha jinhemeż fajl li mill-inqas ikun fih l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fl-Artikolu 23.

    2.   Il-perjodu taż-żmien mill-ħruġ tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) sas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-applikant għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq ma għandux jaqbeż l-84 xahar.

    3.   L-għażla tal-entità awtorizzanti li jagħmel l-applikant tal-impenn preliminari għandha tkun vinkolanti, sakemm:

    (a)

    l-applikant iressaq l-applikazzjoni kkonċernata għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (b)

    ikun skada l-perjodu taż-żmien mill-ħruġ tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) sas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-applikant għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq kif speċifikat fil-paragrafu 2; jew

    (c)

    l-applikant talab li jintemm l-impenn preliminari.

    4.   Jekk waqt l-impenn preliminari, l-applikant ikun jixtieq li tinbidel l-entità awtorizzanti, dan għandu jitlob it-terminazzjoni tal-impenn preliminari eżistenti. Imbagħad l-applikant jista' jibgħat applikazzjoni ġdida tal-impenn preliminari lil entità awtorizzanti ġdida.

    5.   L-applikant jista' japplika għal awtorizzazzjoni mill-punt uniku ta' kuntatt fi kwalunkwe ħin matul il-proċess tal-impenn preliminari. F'dan il-każ, il-fażi tal-impenn preliminari tkun intemmet.

    6.   F'każ tal-impenn preliminari għandhom jintużaw il-punti stabbiliti fl-Artikolu 41 relatati mal-identifikazzjoni u l-kategorizzazzjoni tal-kwistjonijiet, fid-dawl tal-kwistjonijiet ta' traċċar imqajma mal-applikant mill-entità awtorizzanti u, meta applikabbli, mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

    Artikolu 23

    Il-fajl tal-impenn preliminari

    Il-fajl tal-impenn preliminari li jakkumpanja l-applikazzjoni tal-impenn preliminari għandu jkun fih dan li ġej:

    (a)

    deskrizzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-vettura maħsuba li jridu jiġu awtorizzati, inkluż meta applikabbli l-varjanti u/jew il-verżjonijiet maħsuba, u deskrizzjoni tal-kompiti u tal-attivitajiet li jtejbuhom;

    (b)

    l-għażla mill-applikant tal-entità awtorizzanti u tal-każ(ijiet) tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14;

    (c)

    speċifikazzjoni taż-żona tal-użu maħsuba;

    (d)

    speċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu antiċipati tal-vettura u restrizzjonijiet oħra identifikati skont l-Artikolu 20;

    (e)

    l-ippjanar mill-applikant għall-parti tiegħu tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, inkluż l-ippjanar li jkopri t-testijiet fuq in-netwerk, meta applikabbli;

    (f)

    identifikazzjoni tal-metodoloġija għall-proċess tal-kompilazzjoni tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 13;

    (g)

    il-lista tar-regoli u tar-rekwiżiti identifikati mill-applikant bħala dawk li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 17 għall-Artikolu 18;

    (h)

    lista tal-valutazzjonijiet tal-konformità identifikati skont l-Artikolu 21, inkluż il-moduli li għandhom jiġu applikati u l-użu ta' Dikjarazzjonijiet Intermedji ta' Verifika (“ISV”), meta applikabbli;

    (i)

    deskrizzjoni tal-arranġamenti prattiċi biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk, meta applikabbli;

    (j)

    lista tal-kontenut tad-dokumentazzjoni li l-applikant jantiċipa li jressaq quddiem l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (k)

    proposta dwar il-lingwa li trid tintuża għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi skont l-Artikolu 10;

    (l)

    deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tal-applikant mill-parti tiegħu tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni ta' kuntatt tal-applikant, informazzjoni dwar il-persuni ta' kuntatt, it-talbiet biex issir il-koordinazzjoni, u l-laqgħat mal-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

    Artikolu 24

    Ir-referenzi tal-impenn preliminari

    1.   Fi żmien xahar mid-data meta tasal l-applikazzjoni tal-impenn preliminari, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jinformaw lill-applikant li l-fajl tal-impenn preliminari hu komplut jew jitolbu l-informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li jistabbilixxu data ta' skadenza raġonevoli biex din tingħata.

    2.   Meta l-applikant ikun informat li l-fajl tiegħu jkun komplut, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom joħorġu opinjoni mill-punt uniku ta' kuntatt dwar l-approċċ propost mill-applikant fl-applikazzjoni tal-impenn preliminari sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-konferma li l-fajl hu komplut. Dik l-opinjoni maħruġa tistabbilixxi r-referenzi tal-impenn preliminari, inkluż determinazzjoni tal-verżjoni tat-TSIs u r-regoli nazzjonali li jridu jiġu applikati għall-applikazzjoni sussegwenti tal-awtorizzazzjoni mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

    3.   Ir-referenzi tal-impenn preliminari għandhom jispeċifikaw liema lingwa għandha tintuża skont l-Artikolu 10.

    4.   F'każ ta' bidliet li jaffettwaw il-fajl tal-impenn preliminari u li huma rilevanti għar-referenzi tal-impenn preliminari, l-applikant għandu jibgħat applikazzjoni emendata u aġġornata tal-impenn preliminari li tikkunsidra biss il-bidliet u l-interfaċċi bil-partijiet li ma nbidlux. Dan jista' jiġri fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    bidliet fid-disinn jew fil-metodoloġija tal-valutazzjoni li jirriżultaw mill-kwistjonijiet ewlenin tas-sikurezza;

    (b)

    bidliet fir-rekwiżiti ġuridiċi li jinvalidaw ir-referenzi tal-impenn preliminari; jew

    (c)

    kwalunkwe bidla introdotta mill-applikant b'mod volontarju;

    5.   L-entità awtorizzanti u, meta applikabbli, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jagħmlu rieżami u joħorġu opinjoni fi żmien (1) xahar dwar l-applikazzjoni emendata u aġġornata tal-impenn preliminari u jirreġistraw dik l-opinjoni fir-referenzi emendati u aġġornati tal-impenn preliminari.

    KAPITOLU 4

    IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

    Artikolu 25

    Il-valutazzjoni tal-konformità

    Kull korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun responsabbli li jiġbor id-dokumenti u jipproduċi r-rapporti kollha meħtieġa u relatati mal-valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa skont l-Artikolu 26.

    Artikolu 26

    It-twettiq tal-verifiki u l-kisba tal-evidenza

    1.   Kif ikun japplika skont il-każ tal-awtorizzazzjoni, l-applikant għandu jwettaq il-verifiki meħtieġa biex jistabbilixxi l-evidenza msemmija fl-Anness I.

    2.   L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu m'għandhomx jippreskrivu rekwiżiti biex l-evidenza tiddaħħal fil-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi, iżda meta jkun hemm dubju ġustifikat, dawn jistgħu jitolbu lill-applikant biex iwettaq verifiki addizzjonali.

    Artikolu 27

    It-tiswija tan-nuqqas ta' konformità

    1.   It-tiswija tan-nuqqas ta' konformità mat-TSIs u/jew mar-rekwiżiti tar-regoli nazzjonali għandu jagħmilha l-applikant, diment li jkun ingħata l-permess li ma tiġix applikata TSI skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Dan jista' japplika mutatis mutandis għar-regoli nazzjonali meta jkun permess mill-qafas ġuridiku nazzjonali tal-Istat Membru.

    2.   Biex jittaffa n-nuqqas ta' konformità, l-applikant jista' jwettaq waħda jew iżjed mill-miżuri li ġejjin:

    (a)

    ibiddel id-disinn; f'dan il-każ, il-proċess għandu jibda mill-ġdid mill-kompilazzjoni tar-rekwiżiti stabbilita fl-Artikolu 13, għall-elementi mibdula biss u għal dawk l-elementi affettwati bil-bidla;

    (b)

    jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra skont l-Artikolu 20; f'dan il-każ, il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra għandu jiddefinihom l-applikant u għandu jivverifikahom il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità rilevanti.

    3.   Il-proposta tal-applikant għall-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra skont l-Artikolu 20 biex jissewwa nuqqas ta' konformità għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjonijiet tal-konformità meħtieġa skont l-Artikolu 25.

    KAPITOLU 5

    IT-TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONI

    Artikolu 28

    Il-kisba tal-evidenza għall-applikazzjoni

    L-applikant għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandu jistabbilixxi l-evidenza għall-applikazzjoni billi:

    (a)

    jiġbor flimkien id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi li jiffurmaw il-vettura u jipprovdi l-evidenza, fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-KE, tal-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-konformità magħmula wara li tkun saret l-identifikazzjoni skont l-Artikolu 21;

    (b)

    jiżgura li l-interfaċċi bejn is-sottosistemi li mhumiex definiti fit-TSIs u/jew ir-regoli nazzjonali, ikunu koperti mill-kompilazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 13 u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    Artikolu 29

    It-tiswir tal-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni

    1.   L-applikant għandu jipprepara u jsawwar b'mod strutturat il-kontenut meħtieġ għall-fajl li jakkumpanjaw l-applikazzjoni skont l-Anness I.

    2.   Għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1)(b), (c), (d) u (e), l-applikant għandu jivverifika l-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura eżistenti.

    3.   Għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1)(c) u (d), l-applikant għandu jressaq id-dokumentazzjoni meħtieġa biex l-entità awtorizzanti toħroġ id-deċiżjoni tagħha, inkluż meta disponibbli kull dokumentazzjoni li takkumpanja l-fajl tal-awtorizzazzjoni ta' qabel.

    Artikolu 30

    Il-kontenut tal-applikazzjoni u l-kompletezza

    1.   Biex l-applikazzjoni titqies kompluta mill-entità awtorizzanti u, meta rilevanti, mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I.

    2.   Għall-awtorizzazzjoni taż-żona tal-użu estiża msemmija fl-Artikolu 14(1)(c), għandhom japplikaw il-punti li ġejjin:

    (a)

    id-dokumentazzjoni li għandha tiżdied mal-fajl sħiħ oriġinali li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 mill-applikant għandha tkun limitata għal aspetti li jikkonċernaw ir-regoli nazzjonali rilevanti u l-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu estiża;

    (b)

    meta l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura oriġinali jkun fiha n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' TSIs, l-applikant għandu jżid id-deċiżjonijiet rilevanti għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 li jkopru ż-żona tal-użu estiża, mal-fajl sħiħ oriġinali li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46;

    (c)

    fil-każ ta' vetturi u/jew tipi ta' vetturi awtorizzati skont id-Direttiva 2008/57/KE jew qabel, l-informazzjoni li jrid iżid l-applikant mal-fajl oriġinali dwar l-aspetti koperti mill-punt (a) għandha tinkludi wkoll ir-regoli nazzjonali applikabbli.

    Artikolu 31

    Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mill-punt uniku ta' kuntatt

    1.   L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandu jressaqha formalment l-applikant mid-depożitarju uniku tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796, u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I.

    2.   Meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, l-applikant għandu jagħżel l-entità awtorizzanti skont l-Artikolu 21(5) u 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    3.   L-għażla tal-entità awtorizzanti mill-applikant għandha tkun vinkolanti sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jew dwar ir-rifjut tal-applikazzjoni min-naħa tal-entità awtorizzanti jew l-applikazzjoni tkun intemmet mill-applikant.

    4.   Permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, il-fajl tal-applikant għandu jiġi rreferit lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

    KAPITOLU 6

    L-IPPROĊESSAR TAL-APPLIKAZZJONI

    Artikolu 32

    Verifika tal-kompletezza tal-applikazzjoni

    1.   L-entità awtorizzanti għandha tivverifika l-kompletezza tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 30.

    2.   L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom:

    (a)

    jivverifikaw li ż-żona tal-użu hi speċifikata sew għall-parti tagħhom;

    (b)

    iqajmu kwistjonijiet dwar il-kompletezza tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mogħtija għall-valutazzjoni tar-regoli nazzjonali applikabbli kif speċifikat fl-Anness III.

    3.   Il-verifika tal-kompletezza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tikkostitwixxi verifika mill-entità awtorizzanti, u mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, li:

    (a)

    l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 30 ingħataw mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (b)

    l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mogħtija jitqiesu rilevanti biex l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jkunu jistgħu jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 38 sal-Artikolu 40.

    Artikolu 33

    Il-konferma tal-applikazzjoni

    1.   Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jiġġenera konferma awtomatika lill-applikant li l-applikazzjoni tiegħu ġiet irċevuta.

    2.   Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għandha tibda mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni.

    Artikolu 34

    Il-perjodu taż-żmien għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni

    1.   L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jevalwaw, ilkoll għall-parti tagħhom, il-kompletezza tal-applikazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 32 fi żmien xahar wara d-data tal-wasla tal-applikazzjoni. L-entità awtorizzanti għandha tinforma lill-applikant b'dan.

    2.   Meta l-applikant ikun infurmat li l-fajl tiegħu hu komplut, id-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tittieħed sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-konferma li l-fajl huwa komplut.

    3.   Id-deċiżjoni tal-entità awtorizzanti għandha tinħareġ fi żmien xahar wara d-data tal-wasla tal-applikazzjoni fil-każ ta' awtorizzazzjoni konformi mat-tip skont l-Artikolu 14(1)(e).

    4.   Meta l-applikant ikun infurmat li l-fajl tiegħu mhuwiex komplut, id-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tittieħed sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara s-sottomissjoni tal-informazzjoni nieqsa mill-applikant, diment li l-applikazzjoni ma tkunx defiċjenti fil-qofol tagħha, f'liema każ għandha tiġi rrifjutata.

    5.   Waqt il-valutazzjoni, anki jekk l-applikazzjoni hi kompluta kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-entità awtorizzanti jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jistgħu jitolbu informazzjoni supplimentari fi kwalunkwe żmien, filwaqt li jistabbilixxu data ta' skadenza raġonevoli biex din tingħata, mingħajr ma titwaqqaf il-valutazzjoni diment li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.

    6.   Meta jkun hemm dubju ġustifikat min-naħa tal-entità awtorizzanti jew tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, u l-applikant ikun jeħtieġlu jipprovdi informazzjoni supplimentari, l-entità awtorizzanti tista' tissospendi l-valutazzjoni, u bi qbil debitament irreġistrat mal-applikant, testendi l-perjodu taż-żmien lil hinn minn dak stabbilit fl-Artikolu 21(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-perjodu taż-żmien biex tingħata l-informazzjoni supplimentari għandu jkun proporzjonat mad-diffikultà biex l-applikant jagħti l-informazzjoni mitluba. Il-valutazzjoni u l-perjodu taż-żmien għandhom jibdew mill-ġdid malli l-applikant jagħti l-informazzjoni mitluba. Fin-nuqqas ta' ftehim mal-applikant, l-entità awtorizzanti jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom abbażi tal-informazzjoni disponibbli.

    Artikolu 35

    Il-komunikazzjoni waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjoni

    1.   L-entità awtorizzanti, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu u l-applikant għandhom jikkomunikaw mill-punt uniku ta' kuntatt fejn jidħlu l-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41.

    2.   L-istatus ta' kull stadju tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u r-raġunijiet dokumentati għal dik id-deċiżjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt.

    3.   Il-linji gwida tal-Aġenzija u tal-NSAs għandhom jindikaw l-arranġamenti għall-komunikazzjoni bejniethom u mal-applikant.

    Artikolu 36

    Il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikazzjoni

    1.   L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jirreġistraw fil-punt uniku ta' kuntatt l-eżiti tal-istadji tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi li jkunu involuti fihom, ilkoll għall-parti rispettiva tagħhom tal-valutazzjoni kif applikabbli, inkluż id-dokumenti kollha relatati mal-applikazzjoni dwar dawn li ġejjin:

    (a)

    il-wasla;

    (b)

    it-trattament;

    (c)

    il-valutazzjoni;

    (d)

    il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 45;

    (e)

    id-deċiżjoni finali għall-ħruġ jew għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (f)

    id-dokumentazzjoni finali għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 47.

    2.   Id-deċiżjoni finali għall-ħruġ jew għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tiġi kkomunikata lill-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt.

    3.   Għad-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jużaw il-proċess tal-kontroll tad-dokumenti li hemm fil-punt uniku ta' kuntatt.

    4.   Meta l-NSAs jużaw sistema tal-ġestjoni tal-informazzjoni biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet indirizzati lilhom, dawn għandhom jittrasferixxu l-informazzjoni rilevanti kollha lejn il-punt uniku ta' kuntatt.

    Artikolu 37

    Il-koordinazzjoni bejn l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni

    1.   Għall-fini tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jippjanaw, jorganizzaw u jaqblu dwar l-arranġamenti meħtieġa biex jitqiesu l-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali u l-aċċettazzjoni reċiproka msemmija fl-Artikolu 14(10) tad-Direttiva (UE) 2016/797. L-arranġamenti miftiehma għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-entità awtorizzanti u lill-applikant.

    2.   L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jikkoordinaw ma' xulxin biex jindirizzaw il-kwistjonijiet, fosthom iċ-ċirkostanzi, li jaf ikunu jeħtieġu li ssir emenda fl-applikazzjoni u/jew talba għal informazzjoni supplimentari, meta l-għoti tal-informazzjoni supplimentari jħalli impatt fuq il-perjodu taż-żmien għall-valutazzjoni jew għandu l-potenzjal li jħalli impatt fuq ħidmithom, u jaqblu dwar it-triq 'il quddiem.

    3.   Meta jikkonkludu l-attivitajiet ta' koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jieħdu d-deċiżjoni, ilkoll għall-parti tagħhom, li jinfurmaw lill-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt dwar ċirkostanzi li jaf ikollhom bżonn li ssir emenda fl-applikazzjoni u/jew talba għal informazzjoni supplimentari.

    4.   Qabel ma l-entità awtorizzanti tieħu d-deċiżjoni finali tagħha u qabel ma l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jressqu il-fajls tal-valutazzjoni tagħhom, l-entità awtorizzanti u l-NSAs rilevanti taż-żona tal-użu għandhom:

    (a)

    jiddiskutu r-riżultat tal-valutazzjonijiet rispettivi tagħhom; u

    (b)

    jaqblu dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħra u/jew l-esklużjonijiet taż-żona tal-użu li jridu jkunu inklużi fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    5.   Abbażi tal-eżitu tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-entità awtorizzanti għandha tagħti r-raġunijiet dokumentati tagħha lill-applikant għal din id-deċiżjoni. Waqt li tagħmel dan, din għandha tqis il-fajls tal-valutazzjoni tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, imsemmija fl-Artikolu 40(6), dwar il-ħruġ jew ir-rifjut tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, inkluż il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra u/jew l-esklużjonijiet taż-żona tal-użu li jridu jkunu inklużi fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    6.   L-entità awtorizzanti għandha tqis ir-rekords tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni, u dawn għandhom jinżammu fil-punt uniku ta' kuntatt skont l-Artikolu 36.

    Artikolu 38

    Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni

    Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għandhom jagħmluha l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu biex jistabbilixxu assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-atturi li qed jappoġġawh issodisfaw l-obbligi u r-responsabbilitajiet tagħhom fejn jidħlu l-istadji tad-disinn, il-manifattura, il-verifika u l-validazzjoni tal-vettura u/jew tat-tip ta' vettura biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni applikabbli ħalli dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jkunu jistgħu jintużaw b'mod sikur fiż-żona tal-użu tat-tip ta' vettura skont il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħra speċifikati fl-applikazzjoni.

    Artikolu 39

    Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-entità awtorizzanti

    1.   L-entità awtorizzanti għandha tivvaluta l-aspetti speċifikati fl-Anness II.

    2.   Meta awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tkun trid tinħareġ għal żona tal-użu li hi limitata għan-netwerks fi ħdan Stat Membru wieħed, u meta l-applikant ikun talab li l-NSA tkun l-entità awtorizzanti skont l-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, minbarra l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-entità awtorizzanti għandha tivvaluta l-aspetti msemmija fl-Anness III. F'dak il-każ, minbarra dawk l-aspetti elenkati fl-Anness III, l-entità awtorizzanti għandha tivverifika wkoll jekk hemmx xi informazzjoni rilevanti rreġistrata skont l-Artikolu 8(2), u għandha tqisha waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjoni. Kull kwistjoni mqajma għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-kwistjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 41.

    3.   Meta għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti, l-applikant juża metodoloġija mhux standardizzata, l-entità awtorizzanti għandha tivvaluta l-metodoloġija billi tapplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness II.

    4.   L-entità awtorizzanti għandha tivverifika l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-evidenza mill-metodoloġija applikata għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti irrispettivament mill-metodu użat. Għal awtorizzazzjoni ġdida kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(d), il-valutazzjoni mwettqa mill-entità awtorizzanti għandha tkun limitata għall-partijiet mibdula tal-vettura u l-impatti tagħhom fuq il-partijiet tal-vettura li ma jinbidlux. Il-verifiki li għandha tagħmel l-entità awtorizzanti għal awtorizzazzjoni ta' “żona tal-użu estiża” kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(c) għandhom ikunu limitati għar-regoli nazzjonali applikabbli u għall-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu estiża. L-entità awtorizzanti m'għandhiex tirrepeti l-verifiki li jkunu diġà saru fuq l-awtorizzazzjoni ta' qabel.

    5.   Il-fajl tal-valutazzjoni għandha toħorġu l-entità awtorizzanti, u għandu jinkludi dawn li ġejjin:

    (a)

    dikjarazzjoni ċara dwar jekk ir-riżultat tal-valutazzjoni hux negattiv jew pożittiv, għal kull talba tal-applikant għaż-żona tal-użu kkonċernata u, meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu jew restrizzjonijiet;

    (a)

    sommarju tal-valutazzjonijiet imwettqa;

    (b)

    rapport abbażi tar-reġistru tal-kwistjonijiet għaż-żona tal-użu kkonċernata;

    (c)

    lista ta' kontroll mimlija li tagħti evidenza li ġew ivvalutati l-aspetti kollha speċifikati fl-Anness II, u, meta applikabbli, fl-Anness III.

    Artikolu 40

    Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu

    1.   L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jivvalutaw l-aspetti elenkati fl-Anness III. Il-valutazzjonijiet li jridu jagħmlu l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jikkonċernaw biss ir-regoli nazzjonali rilevanti għaż-żona tal-użu filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti miftiehma u msemmija fl-Artikolu 37(1).

    2.   Fil-valutazzjoni tal-kompilazzjoni tar-rekwiżiti, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jivverifikaw il-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-evidenza li jagħti l-applikant mill-metodoloġija applikata għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti.

    3.   Għal awtorizzazzjoni ġdida kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(d), il-valutazzjoni mwettqa mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandha tkun limitata għall-partijiet mibdula tal-vettura u l-impatti tagħhom fuq il-partijiet tal-vettura li ma jinbidlux.

    4.   Il-verifiki li għandhom jagħmlu l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għal awtorizzazzjoni ta' żona tal-użu estiża kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(c) għandhom ikunu limitati għar-regoli nazzjonali applikabbli u għall-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu estiża. L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu m'għandhomx jirrepetu l-verifiki li jkunu diġà saru fuq l-awtorizzazzjoni ta' qabel.

    5.   B'konformità mal-Artikoli 6 u 14 tad-Direttiva (UE) 2016/797, minbarra dawk l-aspetti speċifikati fl-Anness III, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jivverifikaw jekk hemmx xi informazzjoni rilevanti rreġistrata skont l-Artikolu 8(2), u għandhom iqisu dan fil-valutazzjoni tal-applikazzjoni. Kull kwistjoni mqajma għandha titniżżel fir-reġistru tal-kwistjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 41.

    6.   Il-fajl tal-valutazzjoni għandhom joħorġuh l-NSAs taż-żona tal-użu, u għandu jinkludi dan li ġej:

    (a)

    dikjarazzjoni ċara dwar jekk ir-riżultat tal-valutazzjoni hux negattiv jew pożittiv, għal kull talba tal-applikant għaż-żona tal-użu kkonċernata u, meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu jew restrizzjonijiet;

    (b)

    sommarju tal-valutazzjonijiet imwettqa;

    (c)

    rapport abbażi tar-reġistru tal-kwistjonijiet għaż-żona tal-użu kkonċernata;

    (d)

    lista ta' kontroll mimlija li tagħti evidenza li ġew ivvalutati l-aspetti kollha speċifikati fl-Anness III.

    Artikolu 41

    Il-kategorizzazzjoni tal-kwistjonijiet

    1.   L-entità awtorizzanti u, meta applikabbli, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, għandhom jirreġistraw il-kwistjonijiet identifikati waqt il-valutazzjoni tagħhom tal-fajl tal-applikazzjoni fir-reġistru tal-kwistjonijiet u jikkategorizzahom kif ġej:

    (a)   “tat-tip 1”: kwistjonijiet li jeħtieġu r-reazzjoni tal-applikant għall-fehim tal-fajl tal-applikazzjoni;

    (b)   “tat-tip 2”: kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal emenda fil-fajl tal-applikazzjoni jew għal azzjoni minuri mill-applikant; l-azzjoni li trid tittieħed għandha titħalla għall-ġudizzju tal-applikant u m'għandhiex twaqqaf il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    (c)   “tat-tip 3”: kwistjonijiet li jeżiġu emenda fil-fajl tal-applikazzjoni mill-applikant iżda li ma jwaqqfux il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq b'kundizzjonijiet addizzjonali u/jew aktar restrittivi tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu, iżda l-kwistjonijiet iridu jiġu indirizzati biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq; kull azzjoni li jrid iwettaq l-applikant biex issolvi l-kwistjoni għandha tiġi proposta mill-applikant u għandha tiġi miftiehma mal-parti li identifikat il-kwistjoni;

    (d)   “tat-tip 4”: kwistjonijiet li jeżiġu emenda fil-fajl tal-applikazzjoni mill-applikant; l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq m'għandhomx jingħataw sakemm tissolva l-kwistjoni; kull azzjoni li jrid iwettaq l-applikant biex issolvi l-kwistjoni għandha tiġi proposta mill-applikant u għandha tiġi miftiehma mal-parti li identifikat il-kwistjoni. Il-kwistjonijiet tat-tip 4 għandhom jinkludu b'mod partikolari n-nuqqas ta' konformità skont l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    2.   Wara r-reazzjoni jew l-azzjoni meħuda mill-applikant skont il-kwistjoni, l-entità awtorizzanti jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jevalwaw mill-ġdid il-kwistjonijiet li identifikaw, jerġgħu jikklassifikawhom meta dan ikun rilevanti, u jassenjaw status minn dawn li ġejjin għal kull waħda mill-kwistjonijiet identifikati:

    (a)

    “kwistjoni pendenti” jekk l-evidenza mogħtija mill-applikant ma tkunx sodisfaċenti u jkun jonqosha informazzjoni addizzjonali;

    (b)

    “kwistjoni magħluqa” meta l-applikant ikun ta reazzjoni xierqa u ma jkun baqa' l-ebda ħjiel ta' tħassib.

    Artikolu 42

    Dubju ġustifikat

    1.   Meta jkun hemm dubju ġustifikat, l-entità awtorizzanti u/jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jistgħu jagħżlu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)

    iwettqu verifika rigoruża u dettaljata tal-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni;

    (b)

    jitolbu informazzjoni supplimentari mingħand l-applikant;

    (c)

    jitolbu li l-applikant iwettaq testijiet fuq in-netwerk.

    2.   It-talba tal-entità awtorizzanti u/jew tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jispeċifikaw il-kwistjoni li teħtieġ l-azzjoni tal-applikant, iżda m'għandhomx jispeċifikaw in-natura jew il-kontenut tal-azzjonijiet korrettivi li jrid iwettaq l-applikant. L-applikant għandu jiddeċiedi dwar x'inhu l-aktar mod xieraq għalih biex jirreaġixxi għat-talba tal-entità awtorizzanti u/jew tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

    3.   L-entità awtorizzanti għandha tikkoordina mal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu fejn jidħlu l-azzjonijiet proposti mill-applikant.

    4.   L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jużaw, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 35, ir-reġistru tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41 biex jittrattaw kull dubju ġustifikat. Kull dubju ġustifikat għandu dejjem:

    (a)

    jiġi kklassifikat bħala kwistjoni tat-tip 4 skont l-Artikolu 41(1)(d);

    (b)

    ikun akkumpanjat minn ġustifikazzjoni; u

    (c)

    jinkludi deskrizzjoni ċara tal-kwistjoni li teħtieġ ir-reazzjoni tal-applikant.

    5.   Jekk l-applikant jaqbel li jipprovdi informazzjoni supplimentari, skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, meta jintalab mill-entità awtorizzanti u/jew mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, l-iskeda taż-żmien għall-għoti ta' dik l-informazzjoni supplimentari għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 34(5) u l-Artikolu 34(6).

    6.   Meta hu possibbli li jitneħħa dubju ġustifikat billi jiddaħħlu kundizzjonijiet addizzjonali u/jew aktar restrittivi tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu u l-applikant jaqbel ma' dan, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tista' tinħareġ b'dawn il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra.

    7.   Meta l-applikant ma jkunx jaqbel li jagħti aktar informazzjoni biex jitneħħa d-dubju ġustifikat imqajjem mill-entità awtorizzanti u/jew milll-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, l-entità awtorizzanti għandha tieħu deċiżjoni skont l-informazzjoni disponibbli.

    Artikolu 43

    Il-verifiki li trid tagħmel l-entità awtorizzanti dwar il-valutazzjonijiet imwettqa mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu

    1.   L-entità awtorizzanti għandha tivverifika jekk il-valutazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu humiex konsistenti bejniethom fejn jidħlu r-riżultati tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40(6)(a).

    2.   Meta r-riżultat tal-verifika msemmija fil-paragrafu 1 juri li l-valutazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu huma konsistenti, l-entità awtorizzanti għandha tivverifika li:

    (a)

    il-listi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 40(6)(d) ikunu mtlew kompletament;

    (b)

    ikunu ngħalqu l-kwistjonijiet rilevanti kollha.

    3.   Meta r-riżultat tal-verifika fil-paragrafu 1 juri li l-valutazzjonijiet mhumiex konsistenti, l-entità awtorizzanti għandha titlob lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu biex ikomplu jistħarrġu r-raġunijiet. Minħabba din l-investigazzjoni, għandhom japplikaw waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

    (a)

    l-entità awtorizzanti tista' tagħmel rieżami tal-valutazzjoni tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 39;

    (b)

    l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jistgħu jagħmlu rieżami tal-valutazzjoni tagħhom.

    4.   L-eżiti tal-investigazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu skambjati ma' kull NSA taż-żona tal-użu involuta fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura.

    5.   Meta lista ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 2(a) ma tkunx kompluta jew meta jkun hemm kwistjonijiet pendenti skont il-paragrafu 2(b), l-entità awtorizzanti għandha titlob lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu biex ikomplu jistħarrġu r-raġunijiet.

    6.   L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jipprovdu reazzjonijiet għat-talbiet tal-entità awtorizzanti fejn jidħlu l-inkonsistenzi fil-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, in-nuqqasijiet fil-kompletezza tal-listi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 2(a) u/jew kwistjonijiet pendenti skont il-paragrafu 2(b). L-entità awtorizzanti għandha tqis għalkollox il-valutazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu li jikkonċernaw ir-regoli nazzjonali applikabbli. Il-firxa tal-kontrolli mwettqa mill-entità awtorizzanti għandha tkun limitata għall-konsistenza tal-valutazzjonijiet u għall-kompletezza tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

    7.   Jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, għandha tiġi applikata l-proċedura tal-arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 21(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    Artikolu 44

    Arbitraġġ skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 12(4)(b) tar-Regolament (UE) 2016/796

    Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, din tista' tissospendi l-proċess tal-awtorizzazzjoni, b'konsultazzjoni mal-NSAs taż-żona tal-użu, matul il-koperazzjoni meħtieġa biex tinkiseb valutazzjoni aċċettabbli reċiprokament u meta applikabbli, sakemm il-Bord tal-Appell jieħu deċiżjoni, fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 21(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797. L-Aġenzija għandha tagħti lill-applikant ir-raġunijiet għas-sospensjoni.

    Artikolu 45

    Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni

    1.   L-entità awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni jkun sar sew billi twettaq verifika b'mod indipendenti li:

    (a)

    l-istadji differenti tal-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni ġew applikati sew;

    (b)

    hemm biżżejjed evidenza li turi li ġew ivvalutati l-aspetti rilevanti kollha tal-applikazzjoni;

    (c)

    ir-reazzjonijiet bil-miktub tal-kwistjonijiet tat-tip 3 u tat-tip 4 u t-talbiet għal informazzjoni supplimentari waslu mingħand l-applikant;

    (d)

    il-kwistjonijiet tat-tip 3 u tat-tip 4 issolvew kollha jew ma ssolvewx, flimkien ma' raġunijiet dokumentati b'mod ċar;

    (e)

    il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda jiġu dokumentati u jkunu ġusti u konsistenti;

    (f)

    il-konklużjonijiet li jsiru jkunu bbażati fuq il-fajls tal-valutazzjoni u jirriflettu l-valutazzjoni inġenerali.

    2.   Meta jiġi konkluż li l-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni jkun ġie applikat sew, il-konferma tal-applikazzjoni korretta tal-paragrafu 1 flimkien ma' xi kummenti għandhom ikunu biżżejjed.

    3.   Meta jiġi konkluż li l-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni ma jkunx ġie applikat sew, ir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni għandhom ikunu ċari u speċifiċi.

    4.   Fil-konklużjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni, l-entità awtorizzanti għandha timla fajl tal-valutazzjoni li jkopri l-paragrafi 2 jew 3 skont il-fajls tal-valutazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 39(5) u l-Artikolu 40(6).

    5.   L-entità awtorizzanti għandha tagħti r-raġunijiet dokumentati għall-konklużjoni tagħha fil-fajl tal-valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

    Artikolu 46

    Deċiżjoni favur l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut tal-applikazzjoni

    1.   L-entità awtorizzanti għandha tieħu d-deċiżjoni li toħroġ awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jew li tirrifjuta l-applikazzjoni fi żmien ġimgħa wara li tintemm il-valutazzjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skont ir-raġunijiet dokumentati msemmija fl-Artikolu 45(5).

    2.   L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha toħroġhom l-entità awtorizzanti meta l-valutazzjoni tal-aspetti elenkati fl-Anness II u meta l-Anness III applikabbli jkun favur assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-atturi li qed jappoġġawh issodisfaw ir-responsabbilitajiet tagħhom kemm meħtieġ, b'konformità mal-Artikolu 38.

    3.   Jekk, wara l-valutazzjoni tal-aspetti elenkati fl-Anness II u meta applikabbli l-Anness III ma tkunx favur assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-atturi li qed jappoġġawh issodisfaw l-obbligi u r-responsabbilitajiet tagħhom kemm meħtieġ, b'konformità mal-Artikolu 38, l-entità awtorizzanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.

    4.   Fid-deċiżjoni tagħha, l-entità awtorizzanti għandha tiddikjara dan li ġej:

    (a)

    kull kundizzjoni tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra

    (b)

    ir-raġunijiet għad-deċiżjoni;

    (c)

    il-possibbiltà u l-mezz ta' appell għad-deċiżjoni u l-limiti taż-żmien rilevanti.

    5.   Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra għandhom jiġu definiti skont il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura.

    6.   Id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni m'għandux ikun fiha kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra limitati bil-ħin, sakemm ma jiġux issodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    id-deċiżjoni tkun meħtieġa għax il-konformità mat-TSIs u/jew mar-regoli nazzjonali ma tistax tiġi pprovata qabel tinħareġ l-awtorizzazzjoni; u/jew

    (b)

    it-TSIs u/jew ir-regoli nazzjonali jkunu jeħtieġu li l-applikant jipproduċi stima plawżibbli tal-konformità.

    Imbagħad l-awtorizzazzjoni tkun tista' tinkludi kundizzjoni li l-użu reali juri l-prestazzjoni skont l-istimi f'perjodu taż-żmien speċifikat.

    7.   Id-deċiżjoni finali li tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jew li l-applikazzjoni tiġi rifjutata għandha tiġi rreġistrata fil-punt uniku ta' kuntatt u tiġi kkomunikata flimkien mal-fajls tal-valutazzjoni mill-punt uniku ta' kuntatt lill-applikant u lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

    8.   Meta d-deċiżjoni tirrifjuta l-applikazzjoni jew tagħti l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq soġġetti għal kundizzjonijiet differenti tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu, l-applikant jista' jitlob li l-entità awtorizzanti tagħmel rieżami tad-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament. Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bir-reazzjoni tal-entità awtorizzanti, dan jista' jressaq appell quddiem l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    KAPITOLU 7

    ID-DOKUMENTAZZJONI FINALI

    Artikolu 47

    Id-dokumentazzjoni finali għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq

    1.   Awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandu jkollhom l-għamla ta' dokument li jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 48 u/jew l-Artikolu 49.

    2.   L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin għandhom jiġu assenjati numru ta' identifikazzjoni Ewropew (“EIN”) uniku li l-istruttura u l-kontenut tiegħu jiġu definiti u amministrati mill-Aġenzija.

    3.   L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jistgħu jkunu jinkludu kundizzjonijiet differenti tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu.

    4.   L-entità awtorizzanti għandha tiddata u debitament tiffirma l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    5.   L-entità awtorizzanti għandha tiżgura li d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 u l-fajl sħiħ li jakkumpanja dik id-deċiżjoni jiġu arkivjati skont l-Artikolu 52.

    Artikolu 48

    L-informazzjoni fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa

    L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa mill-entità awtorizzanti għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    il-bażi ġuridika li tagħti s-setgħa lill-entità awtorizzanti biex toħroġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

    (b)

    identifikazzjoni ta':

    (i)

    l-entità awtorizzanti;

    (ii)

    l-applikazzjoni;

    (iii)

    il-każ tal-awtorizzazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 14;

    (iv)

    l-applikant tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

    (v)

    l-EIN assoċjat mal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura.

    (c)

    identifikazzjoni tal-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura:

    (i)

    iddikjarati fiċ-ċertifikati tat-tip u/jew tal-eżami tad-disinn;

    (ii)

    iż-żona tal-użu tal-vettura;

    (iii)

    il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra;

    (iv)

    ir-referenza, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013, inkluż l-identifikazzjoni tad-dokument u l-verżjoni, għad-dikjarazzjoni bil-miktub mill-proponent imsemmija fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) Nru 402/2013, li tkopri t-tip ta' vettura.

    (d)

    Identifikazzjoni ta':

    (i)

    l-ID tat-tip ta' vettura, skont l-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE (6);

    (ii)

    il-varjanti tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

    (iii)

    il-verżjonijiet tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

    (iv)

    il-valuri tal-parametri stabbiliti fit-TSIs u, meta applikabbli, fir-regoli nazzjonali, għall-verifika tal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u ż-żona tal-użu;

    (v)

    il-konformità tat-tip ta' vettura mat-TSIs rilevanti u s-settijiet tar-regoli nazzjonali, b'rabta mal-parametri msemmija fil-paragrafu 1(d)(iv).

    (e)

    referenza għad-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

    (f)

    referenza għal liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali li magħha hu konformi t-tip ta' vettura;

    (g)

    referenza għar-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(5);

    (h)

    id-data u l-post tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

    (i)

    il-firmatarju tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura; u

    (j)

    il-possibbiltà u l-mezz ta' appell għad-deċiżjoni u l-limiti taż-żmien rilevanti, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess nazzjonali tal-appell.

    Artikolu 49

    L-informazzjoni fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa

    L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-entità awtorizzanti għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    il-bażi ġuridika li tagħti s-setgħa lill-entità awtorizzanti biex toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (b)

    identifikazzjoni ta':

    (i)

    l-entità awtorizzanti;

    (ii)

    l-applikazzjoni;

    (iii)

    il-każ tal-awtorizzazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 14;

    (iv)

    l-applikant tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (v)

    l-EIN assoċjat mal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    (c)

    referenza għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura fl-ERATV, inkluż l-informazzjoni dwar il-varjant tat-tip ta' vettura u/jew il-verżjoni tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

    (d)

    identifikazzjoni ta':

    (i)

    il-vetturi;

    (ii)

    iż-żoni tal-użu;

    (iii)

    il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra.

    (e)

    referenza għad-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

    (f)

    referenza għal liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali li magħha hi konformi l-vettura;

    (g)

    referenza għar-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(5);

    (h)

    f'każ ta' awtorizzazzjoni konformi mat-tip skont l-Artikolu 14(1)(e), ir-referenza għad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip ta' vettura awtorizzat, inkluż informazzjoni dwar il-verżjoni tat-tip ta' vettura u/jew il-varjant tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

    (i)

    id-data u l-post tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

    (j)

    il-firmatarju tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq; u

    (k)

    il-possibbiltà u l-mezz ta' appell għad-deċiżjoni u l-limiti taż-żmien rilevanti, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess nazzjonali tal-appell.

    Artikolu 50

    Ir-reġistrazzjoni fl-ERATV u fl-ERADIS

    1.   Ir-reġistru tal-ERATV għandha timlieh l-entità awtorizzanti billi tuża l-informazzjoni li ta l-applikant bħala parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura. L-applikant għandu jkun responsabbli għall-integrità tad-dejta mogħtija lill-entità awtorizzanti. L-entità awtorizzanti għandha tkun responsabbli biex tivverifika l-konsistenza tad-dejta mogħtija mill-applikant u tagħmel l-entrata tal-ERATV disponibbli għall-pubbliku.

    2.   L-entità awtorizzanti għandha tiżgura li l-Bażi tad-Dejta tal-Interoperabbiltà u s-Sikurezza tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-ERADIS”) ġiet aġġornata kif xieraq qabel ma tagħti awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

    3.   Għal bidliet skont l-Artikolu 15(1)(c) u 15(3), l-entità awtorizzanti għandha tirreġistra fl-ERATV il-verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew il-verżjoni ġdida tal-varjant tat-tip ta' vettura, billi tuża l-informazzjoni li ta d-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura. Id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura hu responsabbli għall-integrità tad-dejta mogħtija lill-entità awtorizzanti. L-entità awtorizzanti għandha tkun responsabbli biex tivverifika l-konsistenza tad-dejta mogħtija mid-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, u tagħmel l-entrata tal-ERATV disponibbli għall-pubbliku.

    Sakemm tiġi konkluża r-reġistrazzjoni tal-verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew tal-verżjoni ġdida tal-varjant tat-tip ta' vettura, il-vetturi modifikati biex ikunu konformi mal-verżjoni ġdida jistgħu diġà jitħaddmu mingħajr dewmien.

    Artikolu 51

    Rieżami skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva (UE) 2016/797

    1.   Meta d-deċiżjoni tal-entità awtorizzanti jkollha rifjut jew kundizzjonijiet differenti tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu, l-applikant jista' jitlob li jsir rieżami tad-deċiżjoni fi żmien xahar mid-data meta tasal. Dik it-talba għandu jippreżentaha l-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt.

    2.   It-talba għal rieżami għandha tinkludi lista ta' kwistjonijiet li, skont l-applikanti, ma tqisux kif xieraq matul il-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi.

    3.   Kull informazzjoni supplimentari li ġiet żviluppata u ppreżentata mill-punt uniku ta' kuntatt wara d-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni m'għandhiex tkun ammissibbli bħala evidenza.

    4.   L-entità awtorizzanti, meta applikabbli, b'koordinazzjoni mal-NSAs rilevanti taż-żona tal-użu, għandha tiżgura l-imparzjalità tal-proċess tar-rieżami.

    5.   Il-proċess tar-rieżami għandu jindirizza l-kwistjonijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni negattiva tal-entità awtorizzanti skont it-talba tal-applikant.

    6.   Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, kull deċiżjoni li tbiddel jew li ma tbiddilx id-deċiżjoni tagħha għandha tkun soġġetta għal rieżami b'koordinazzjoni mal-NSAs rilevanti taż-żona tal-użu, meta applikabbli.

    7.   L-entità awtorizzanti għandha tikkonferma jew tirrevoka l-ewwel deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba għal rieżami. Dik id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-partijiet rilevanti mill-punt uniku ta' kuntatt.

    Artikolu 52

    L-arkivjar tad-deċiżjoni u tal-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46

    1.   Id-deċiżjoni u l-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 għandhom jintrefgħu fil-punt uniku ta' kuntatt għal mill-inqas 15-il sena.

    2.   Il-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni tal-entità awtorizzanti maħruġa skont l-Artikolu 46 għandu jinkludi d-dokumenti kollha użati mill-entità awtorizzanti u l-fajls tal-valutazzjoni tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

    3.   Wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żmien ta' ritenzjoni stabbilit fil-paragrafu 1, id-deċiżjoni mogħtija skont l-Artikolu 46 għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, u l-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni għandhom jiġu trasferiti lejn arkivji storiċi u jinżammu għal perjodu ta' ħames snin wara li tintemm il-ħajja operattiva tal-vettura, kif irreġistrata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    KAPITOLU 8

    SOSPENSJONI JEW REVOKA JEW EMENDA TA' AWTORIZZAZZJONI MAĦRUĠA

    Artikolu 53

    Sospensjoni, revoka jew emenda ta' awtorizzazzjoni maħruġa

    1.   L-entità awtorizzanti tista' tapplika miżuri temporanji ta' sikurezza bl-għamla ta' sospensjoni ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    2.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 26(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u wara rieżami tal-miżuri meħuda biex jindirizzaw ir-riskju serju għas-sikurezza, l-entità awtorizzanti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tista' tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 26(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    3.   L-applikant jista' jressaq appell kontra d-deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 26(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    4.   L-entità awtorizzanti għandha tinforma lill-Aġenzija meta jkun hemm deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni, u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. L-Aġenzija għandha tinforma lill-NSAs kollha bid-deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni, u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

    Artikolu 54

    L-effett ta' sospensjoni jew revoka jew emenda ta' awtorizzazzjoni maħruġa fuq ir-reġistrazzjoni fl-ERATV, fl-ERADIS u fir-Reġistri tal-vettura

    1.   Meta l-entità awtorizzanti tieħu deċiżjoni biex tirrevoka, tissospendi jew temenda awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, għandha taġġorna r-reġistru tal-ERATV skont dan, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797, u għandha tiżgura li l-ERADIS jiġi aġġornat kif xieraq.

    2.   L-Istat Membru fejn il-vettura hi rreġistrata għandu jiżgura li kull deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tkun riflessa fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    KAPITOLU 9

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 55

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.   Meta NSA tagħraf li mhux se tkun tista' toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura skont id-Direttiva 2008/57/KE qabel id-data rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat, għandha tinforma lill-applikant u lill-Aġenzija minnufih.

    2.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-applikant għandu jiddeċiedi jekk għandux jibqa' jiġi vvalutat mill-NSA jew jekk għandux iressaq applikazzjoni lill-Aġenzija. L-applikant għandu jinforma lit-tnejn li huma u għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    jekk l-applikant ikun iddeċieda li jressaq applikazzjoni lill-Aġenzija, l-NSA għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni u r-riżultati tal-valutazzjoni tagħha lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha taċċetta l-valutazzjoni tal-NSA;

    (b)

    jekk l-applikant ikun iddeċieda li jkompli mal-NSA, l-NSA għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tal-applikazzjoni u tiddeċiedi dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u dan ir-Regolament.

    3.   Meta ż-żona tal-użu ma tkunx limitata għal Stat Membru wieħed, l-entità awtorizzanti għandha tkun l-Aġenzija u tiġi applikata l-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

    4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-applikant għandu jressaq applikazzjoni riveduta għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq mill-punt uniku ta' kuntatt, skont dan ir-Regolament. Meta jkun qed jissupplimenta l-fajl, l-applikant jista' jitlob l-għajnuna tal-entitajiet awtorizzanti involuti.

    5.   Awtorizzazzjoni ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġin mill-Aġenzija bejn is-16 ta' Ġunju 2019 u s-16 ta' Ġunju 2020 għandhom jeskludu n-netwerk(s) f'kull Stat Membru li nnotifika lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u li għadhom ma ttrasponewx dik id-Direttiva u ma daħħlux fis-seħħ il-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tagħha. L-NSAs tal-Istati Membri li jkunu għamlu din in-notifika għandhom:

    (a)

    jittrattaw awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura maħruġin skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE, u japplikaw il-paragrafu 3 tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE fejn jidħol dan it-tip ta' vettura;

    (b)

    jaċċettaw awtorizzazzjoni ta' vettura maħruġa mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-ewwel awtorizzazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2008/57/KE, u joħorġu awtorizzazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2008/57/KE.

    6.   Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 5, l-NSAs għandhom jikkoperaw u jikkoordinaw mal-Aġenzija biex issir valutazzjoni tal-elementi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    7.   Il-vaguni tal-merkanzija li huma konformi mal-paragrafu 7.1.2. tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 (tal-WAG TSI) u li għandhom awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu trattati bejn is-16 ta' Ġunju 2019 u s-16 ta' Ġunju 2020 bħala vettura b'awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għall-finijiet tad-Direttiva 2008/57/KE, mill-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u li għadhom ma ttrasponewx dik id-Direttiva u ma daħħlux fis-seħħ il-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tagħha.

    Artikolu 56

    Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Ġunju 2020.

    Madankollu, l-Artikolu 55(1) għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Frar 2019. Il-miżuri ta' faċilitazzjoni previsti fl-Artikolu 55(2), (3), (4) u (6) għandhom isiru disponibbli mis-16 ta' Frar 2019. L-Artikolu 55(5) għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Ġunju 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' April 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

    (3)  Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta' April 2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8-25).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta' Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32-54).


    ANNESS I

    Il-kontenut tal-applikazzjoni

     

    (M) tfisser informazzjoni li l-applikant irid iressaq.

     

    (O) tfisser informazzjoni li l-applikant mhux obbligat iressaq.

    1.   It-tip tal-applikazzjoni (M):

    1.1.

    Awtorizzazzjoni tat-tip

    (a)

    Varjanti tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

    (b)

    Verżjonijiet tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

    1.2.

    Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

    (a)

    Vettura waħda; jew

    (b)

    Serje ta' vetturi

    2.   Il-każ tal-awtorizzazzjoni (M):

    2.1.

    L-ewwel awtorizzazzjoni

    2.2.

    Awtorizzazzjoni ġdida

    2.3.

    Żona tal-użu estiża

    2.4.

    Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

    2.5.

    Awtorizzazzjoni konformi mat-tip

    3.   Iż-żona tal-użu (M):

    3.1.

    L-Istati Membri

    3.2.

    Netwerks (għal kull Stat Membru)

    3.3.

    Stazzjonijiet b'karatteristiċi simili tan-netwerks fi Stati Membri ġirien, meta dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, kif speċifikat fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797 (meta applikabbli)

    3.4.

    Definizzjoni taż-żona tal-użu estiża (applikabbli biss għall-każ tal-awtorizzazzjoni “Żona tal-użu estiża”)

    3.5.

    In-netwerk kollu tal-UE

    4.   L-awtorità tal-ħruġ (M):

    4.1.

    L-Aġenzija; jew

    4.2.

    L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tal-Istat Membru (applikabbli biss jekk iż-żona tal-użu tkun limitata għal Stat Membru wieħed u jekk tintalab mill-applikant kif speċifikat fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797)

    5.   Informazzjoni dwar l-applikant:

    5.1.

    Id-denominazzjoni ġuridika (M)

    5.2.

    Isem l-applikant (M)

    5.3.

    Akronimu (O)

    5.4.

    L-indirizz postali sħiħ (M)

    5.5.

    Tel. (M)

    5.6.

    Fax (O)

    5.7.

    Email (M)

    5.8.

    Website (O)

    5.9.

    In-numru tal-VAT (O)

    5.10.

    Informazzjoni rilevanti oħra (O)

    6.   Informazzjoni dwar il-persuna tal-kuntatt:

    6.1.

    L-isem (M)

    6.2.

    Il-kunjom (M)

    6.3.

    Titolu jew funzjoni (M)

    6.4.

    L-indirizz postali sħiħ (M)

    6.5.

    Tel. (M)

    6.6.

    Fax (O)

    6.7.

    Email (M)

    6.8.

    Il-lingwi li jridu jintużaw (M)

    7.   Id-detentur (holder) attwali tal-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vettura (mhux applikabbli fil-każ tal-ewwel awtorizzazzjoni) (M):

    7.1.

    Id-denominazzjoni ġuridika (M)

    7.2.

    Isem id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip (M)

    7.3.

    Akronimu (O)

    7.4.

    L-indirizz postali sħiħ (M)

    7.5.

    Tel. (M)

    7.6.

    Fax (O)

    7.7.

    Email (M)

    7.8.

    Website (O)

    7.9.

    In-numru tal-VAT (M)

    7.10.

    Informazzjoni rilevanti oħra (O)

    8.   Informazzjoni dwar il-korpi tal-valutazzjoni (M):

    8.1.

    Il-korp(i) notifikat(i):

    (a)

    Id-denominazzjoni ġuridika (M)

    (b)

    Isem il-korp notifikat (M)

    (c)

    In-numru tal-ID tal-korp notifikat (M)

    (d)

    Akronimu (O)

    (e)

    L-indirizz postali sħiħ (M)

    (f)

    Tel. (M)

    (g)

    Fax (O)

    (h)

    Email (M)

    (i)

    Website (O)

    (j)

    In-numru tal-VAT (M)

    (k)

    Informazzjoni rilevanti oħra (O)

    8.2.

    Il-korp(i) nominat(i):

    (a)

    Id-denominazzjoni ġuridika (M)

    (b)

    Isem il-korp nominat (M)

    (c)

    Akronimu (O)

    (d)

    L-indirizz postali sħiħ (M)

    (e)

    Tel. (M)

    (f)

    Fax (O)

    (g)

    Email (M)

    (h)

    Website (O)

    (i)

    In-numru tal-VAT (M)

    (j)

    Informazzjoni rilevanti oħra (O)

    8.3.

    Il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA), mhux applikabbli għal awtorizzazzjoni konformi tat-tip:

    (a)

    Id-denominazzjoni ġuridika (M)

    (b)

    Isem il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA) (M)

    (c)

    Akronimu (O)

    (d)

    L-indirizz postali sħiħ (M)

    (e)

    Tel. (M)

    (f)

    Fax (O)

    (g)

    Email (M)

    (h)

    Website (O)

    (i)

    In-numru tal-VAT (M)

    (j)

    Informazzjoni rilevanti oħra (O)

    9.   L-impenn preliminari:

    9.1.

    Referenza għar-referenzi tal-impenn preliminari (O)

    9.2.

    Informazzjoni rilevanti oħra dwar il-proġett (O)

    10.   Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura ((*) trid issir skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/665/UE) (M):

    10.1.

    ID tat-tip (*)

    10.2.

    Verżjonijiet tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

    10.3.

    Varjanti tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

    10.4.

    Id-data tar-reġistrazzjoni fl-ERATV (*) (mhux applikabbli għall-ewwel awtorizzazzjoni)

    10.5.

    Isem it-tip (*)

    10.6.

    Isem it-tip alternattiv (*) (jekk applikabbli)

    10.7.

    Il-kategorija

    10.8.

    Is-sottokategorija (*)

    11.   Informazzjoni dwar il-vetturi (trid tingħata skont id-Deċiżjoni 2007/756/UE  (1) meta disponibbli) (M)

    11.1.

    In-numri EVN jew in-numri tal-vetturi prenotati minn qabel

    11.2.

    Speċifikazzjoni oħra tal-vetturi meta n-numri EVN jew in-numri tal-vetturi prenotati minn qabel ma jkunux disponibbli

    12.   Referenza għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura eżistenti (mhux applikabbli fil-każ tal-ewwel awtorizzazzjoni) (M)

    13.   Deskrizzjoni tal-bidliet meta mqabbla mat-tip ta' vettura awtorizzat (applikabbli biss f'każ ta' awtorizzazzjoni ġdida) (M)

    14.   Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra (trid issir skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/665/UE) (M):

    14.1.

    Restrizzjonijiet kodifikati

    14.2.

    Restrizzjonijiet mhux kodifikati

    15.   Funzjonijiet CCS addizzjonali (M)

    16.   Ir-regoli applikabbli (M):

    16.1.

    It-TSIs, inkluż ir-referenza legali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    16.2.

    Klawżoli ta' TSIs speċifiċi għal żona tal-użu li jkopru n-netwerk kollu tal-UE (meta applikabbli)

    16.3.

    Speċifikazzjoni tal-għażla tar-rekwiżiti minn verżjoni aktar riċenti ta' TSI meta mqabbla mat-TSI applikabbli għall-valutazzjoni (inkluż ir-rekwiżiti rtirati) (meta applikabbli)

    16.4.

    Ir-regoli nazzjonali (meta applikabbli)

    16.5.

    In-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 (meta applikabbli)

    16.6.

    Ir-regoli applikabbli għaż-żona tal-użu estiża.

    16.7.

    TSIs u/jew regoli nazzjonali aġġornati (applikabbli biss għal awtorizzazzjoni tat-tip imġedda)

    17.   Il-konferma u l-firma tal-applikant (M)

    18.   Annessi (M):

    L-informazzjoni li għandha tinkludi l-applikazzjoni hi speċifikata għal kull każ tal-awtorizzazzjoni. Salib (x) fil-kolonna tal-każ tal-awtorizzazzjoni applikabbli juri li l-informazzjoni hi obbligatorja (M) għal dan il-każ tal-awtorizzazzjoni.

     

     

    L-ewwel awtorizzazzjoni

    Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

    Żona tal-użu estiża

    Awtorizzazzjoni ġdida

    Awtorizzazzjoni konformi mat-tip

    18.1

    L-evidenza dokumentata għall-qabda tar-rekwiżiti b'konformità mal-Artikolu 13(1).

    Jekk l-applikant juża l-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013, l-evidenza dokumentata tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tal-proponent imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 u fir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza msemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013.

    Jekk tintuża metodoloġija oħra, l-evidenza hi dik meħtieġa biex jintwera li l-metodoloġija tagħti l-istess livell ta' assigurazzjoni bħall-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013.

    X

     

    X

    X

     

    18.2

    It-tabella tal-immappjar li tindika mnejn tista' tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-aspetti li jridu jiġu vvalutati skont l-Anness II u III

    X

    X

    X

    X

     

    18.3

    Id-deċiżjonijiet rilevanti biex ma jiġux applikati t-TSIs, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 (meta applikabbli)

    X

    X

    X

    X

    X

    18.4

    Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip u d-dokumentazzjoni assoċjata (l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797)

     

     

     

     

    X

    18.5

    Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE għas-sottosistemi mobbli, inkluż il-fajls tekniċi ta' akkumpanjament (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797).

    X

    X

    X

    X

     

    18.6

    Il-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni u d-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni preċedenti, jew meta applikabbli, ir-referenza għad-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 u għall-fajl sħiħ ta' akkumpanjament għad-deċiżjoni arkivjata fil-punt uniku ta' kuntatt.

     

    X

    X

    X

     

    18.7

    Speċifikazzjoni tal-metodoloġija użata għall-qabda tar-rekwiżiti, u meta applikabbli (2), deskrizzjoni tagħha:

    (a)

    għar-rekwiżiti essenzjali għas-sottosistemi kif speċifikat fl-Artikolu 3 u fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

    (b)

    għall-kompatibbiltà teknika ta' dawn is-sottosistemi fil-vettura;

    (c)

    għall-integrazzjoni sikura tas-sottosistemi fil-vettura; u

    (d)

    għall-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu.

    X

     

    X

    X

     

    18.8

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi.

    X

     

    X

    X

     

    18.9

    Meta ma jkunux koperti għalkollox bit-TSIs u/jew ir-regoli nazzjonali, l-evidenza dokumentata tal-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu.

    X

     

    X

    X

     

    18.10

    Id-dikjarazzjoni tar-riskju (l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li tkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi għall-aspetti li ma jkoprux it-TSIs u r-regoli nazzjonali.

    X

     

    X

    X

     

    18.11

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura

     

     

    X

    X

     

    18.12

    Id-dikjarazzjoni tar-riskju (l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li tkopri l-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura

     

     

    X

    X

     

    18.13

    L-informazzjoni meħtieġa għall-ERATV (skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/665/UE)

    X

     

    X

    X

     

    18.14

    Id-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni u tal-operazzjoni (inkluż is-salvataġġ), meta dawn ma jkunux inklużi f'18.4 u/jew f'18.5.

    X

     

    X

    X

     


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5357) (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).

    (2)  Metodoloġija mhux standardizzata.


    ANNESS II

    Aspetti għall-valutazzjoni mill-entità awtorizzanti

    L-informazzjoni li għandha tivvaluta l-entità awtorizzanti hi speċifikata għal kull każ tal-awtorizzazzjoni. Salib (x) fil-kolonna tal-każ tal-awtorizzazzjoni applikabbli juri li dan l-aspett irid jiġi vvalutat b'mod obbligatorju għal dan il-każ tal-awtorizzazzjoni.

     

     

    L-ewwel awtorizzazzjoni

    Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

    Żona tal-użu estiża

    Awtorizzazzjoni ġdida

    Awtorizzazzjoni konformi mat-tip

    1

    L-applikazzjoni hi konsistenti mar-referenzi tal-impenn preliminari (meta applikabbli)

    X

    X

    X

    X

    X

    2

    Il-każ tal-awtorizzazzjoni li għażel l-applikant hu xieraq

    X

    X

    X

    X

    X

    3

    It-TSIs u l-liġijiet tal-Unjoni l-oħra applikabbli li identifika l-applikant huma korretti

    X

    X

    X

    X

     

    4

    Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità magħżula (il-korpi notifikati, il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA)) għandhom l-akkreditament xieraq jew ir-rikonoxximent, kif applikabbli

    X

    X

    X

    X

     

    5

    In-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797:

    5.1.

    Il-validità (il-ħin u ż-żona tal-użu);

    5.2.

    Applikabbli għall-proġett; u

    5.3.

    Konsistenti mar-regoli identifikati u applikati.

    X

    X

    X

    X

    X

    6

    6.1.

    Il-metodoloġija applikata li tintuża għall-qabda tar-rekwiżiti hi adattata għall-iskop tagħha, fejn jidħlu dawn l-aspetti li ġejjin?

    (a)

    Intużat metodoloġija standardizzata/aċċettata? u

    (b)

    Il-metodoloġija hi maħsuba u adattata għar-rekwiżiti essenzjali li tkopri?

    6.2.

    Meta l-metodoloġija applikata ma tkunx standardizzata jew tkun tkopri rekwiżiti essenzjali oħra li mhumiex dawk maħsuba għalihom, għandhom jiġu verifikati dawn l-aspetti li ġejjin biex jiġi evalwat jekk il-metodoloġija tikkunsidrawhomx u tkoprihomx biżżejjed:

    (a)

    Il-grad ta' valutazzjoni indipendenti applikat

    (b)

    Id-definizzjoni tas-sistema

    (c)

    L-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli

    (d)

    Il-prinċipji ta' aċċettazzjoni tar-riskji

    (e)

    L-evalwazzjoni tar-riskji

    (f)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti

    (g)

    It-turija tal-konformità mar-rekwiżiti

    (h)

    L-immaniġġjar tal-perikli (reġistru)

    X

     

    X

    X

     

    7

    Evidenza biżżejjed mill-metodoloġija użata għall-qabda tar-rekwiżiti:

    7.1.

    Meta l-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 jintuża bħala l-metodoloġija għall-qabda tar-rekwiżiti, għandhom jiġu verifikati dawn li ġejjin:

    (a)

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, id-dikjarazzjoni tal-proponent (l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) hi ffirmata mill-proponent u taqbel li l-perikli u r-riskji assoċjati identifikati kollha huma miżmuma sa livell aċċettabbli.

    (b)

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-proponent għall-ambitu speċifikat skont l-Artikolu 13 u mill-inqas ir-rekwiżit essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi tal-vettura.

    7.2.

    Meta minflok il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 tintuża metodoloġija oħra bħala l-metodoloġija għall-qabda tar-rekwiżiti, għandhom jiġu verifikati dawn li ġejjin:

    (a)

    Id-definizzjoni tas-sistema hija kompluta u konsistenti mad-disinn tal-vettura?

    (b)

    L-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli hija konsistenti u plawżibbli?

    (c)

    Kull riskju ġie mmaniġġjat u mitigat sew?

    (d)

    Ir-rekwiżiti derivati mill-immaniġġjar tar-riskji huma traċċati kif xieraq skont ir-riskju u skont l-evidenza tal-konformità mar-rekwiżit?

    (e)

    Sar immaniġġjar tal-perikli strutturat u konsistenti tul il-proċess kollu?

    (f)

    Il-valutazzjoni indipendenti tagħti opinjoni pożittiva?

    X

     

    X

    X

     

    8

    Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati tal-KE (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797), jivverifikaw:

    8.1.

    Il-firem

    8.2.

    Il-validità

    8.3.

    L-ambitu

    8.4.

    Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn, in-nuqqas ta' konformità.

    8.5.

    In-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs (meta applikabbli)

    8.6.

    Il-leġiżlazzjoni applikabbli kollha hi koperta, inkluż leġiżlazzjoni oħra li mhix relatata mal-qasam ferrovjarju

    8.7.

    Il-kostitwenti tal-interoperabbiltà (il-validità, l-ambitu, il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħrajn):

    (a)

    Iċ-ċertifikati tal-konformità tal-KE

    (b)

    Iċ-ċertifikati ta' adegwatezza tal-użu tal-KE

    X

    X

    X

    X

     

    9

    Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797) jivverifikaw:

    9.1.

    Il-konsistenza mad-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u maċ-ċertifikati tal-KE

    9.2.

    Kull regola applikabbli hi koperta

    9.3.

    Id-devjazzjonijiet u n-nuqqas ta' konformità (meta applikabbli) huma identifikati u jaqblu mat-talbiet tan-nuqqas ta' applikazzjoni

    9.4.

    It-taħlita ta' moduli użati hi permessa

    9.5.

    Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u r-restrizzjonijiet l-oħrajn huma identifikati sew u huma konsistenti mal-kundizzjonijiet fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni

    9.6.

    L-evidenza dokumentata li użaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità taqbel mal-frażijiet tal-valutazzjoni applikabbli deskritti fit-TSIs (ir-reviżjoni tad-disinn, it-test tat-tip, eċċ.).

    X

    X

    X

    X

     

    10

    Il-verifika tal-valutazzjonijiet tal-NSA taż-żona tal-użu, kif speċifikat fl-Artikolu 43

    X

    X

    X

    X

     

    11

    Il-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip oriġinali ta' vettura

     

    X

    X

    X

    X

    12

    L-awtorizzazzjoni tat-tip oriġinali ta' vettura hi valida għaż-żoni tal-użu konċernati

     

    X

     

    X

    X

    13

    Il-kundizzjonijiet tal-użu eżistenti tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn

     

    X

    X

    X

     

    14

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-opinjoni pożittiva dwar l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi.

    X

     

    X

    X

     

    15

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-opinjoni pożittiva dwar il-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura (bidla sinifikanti)

     

     

    X

    X

     

    16

    Il-bidliet kif imqabbla mat-tip ta' vettura awtorizzat huma deskritti biżżejjed u jaqblu mas-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013)

     

     

     

    X

     

    17

    Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati tal-KE huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli mibdula u/jew aġġornati

     

    X

     

     

     

    18

    Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli mibdula u/jew aġġornati:

    18.1

    Ir-regoli mibdula u/jew aġġornati huma koperti

    18.2

    Hemm evidenza li t-tip ta' vettura għadu jissodisfa r-rekwiżiti

     

    X

     

     

     

    19

    Hemm evidenza li d-disinn tat-tip ta' vettura ma nbidilx

     

    X

    X

     

     

    20

    L-identifikazzjoni tal-vettura jew tas-serje ta' vetturi koperti mid-dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip ta' vettura

     

     

     

     

    X

    21

    Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip u l-evidenza dokumentata (l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797)

     

     

     

     

    X


    ANNESS III

    Aspetti għall-valutazzjoni mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu

    Dan l-Anness ma japplikax meta ż-żona tal-użu tkun tkopri n-netwerk kollu tal-UE u t-TSIs ikollhom kundizzjonijiet speċifiċi għal dan.

    L-informazzjoni li jridu jivvalutaw l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu fejn jidħlu r-regoli nazzjonali rilevanti hi speċifikata għal kull każ tal-awtorizzazzjoni. Salib (x) fil-kolonna tal-każ tal-awtorizzazzjoni applikabbli juri li dan l-aspett irid jiġi vvalutat b'mod obbligatorju għal dan il-każ tal-awtorizzazzjoni.

     

     

    L-ewwel awtorizzazzjoni

    Awtorizzazzjoni ġdida

    Żona tal-użu estiża

    Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

    1

    L-applikazzjoni hi konsistenti mar-referenzi tal-impenn preliminari (meta applikabbli)

    X

    X

    X

    X

    2

    Iż-żona tal-użu għall-Istat Membru kkonċernat hi speċifikata sew

    X

    X

    X

    X

    3

    Ir-regoli nazzjonali u r-rekwiżiti għaż-żona tal-użu kkonċernata li identifika l-applikant huma korretti.

    X

    X

    X

     

    4

    Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità magħżula u rilevanti għaż-żona tal-użu kkonċernata (il-korpi notifikati, il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA)) għandhom l-akkreditament jew ir-rikonoxximent xieraq, kif applikabbli.

    X

    X

    X

    X

    5

    Evidenza biżżejjed mill-metodoloġija użata għall-qabda tar-rekwiżiti biss għar-regoli nazzjonali taż-żona tal-użu kkonċernata:

    5.1.

    Meta minflok il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 tintuża metodoloġija oħra bħala l-metodoloġija għall-qabda tar-rekwiżiti, għandhom jiġu verifikati dawn li ġejjin:

    (a)

    Id-definizzjoni tas-sistema hija kompluta u konsistenti mad-disinn tal-vettura?

    (b)

    L-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli hija konsistenti u plawżibbli?

    (c)

    Kull riskju ġie mmaniġġjat u mitigat sew?

    (d)

    Ir-rekwiżiti derivati mill-immaniġġjar tar-riskji huma traċċati kif xieraq skont ir-riskju u skont l-evidenza tal-konformità mar-rekwiżit?

    X

    X

    X

     

    6

    Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati (ir-regoli nazzjonali) (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797) jivverifikaw:

    6.1.

    Il-firem

    6.2.

    Il-validità

    6.3.

    L-ambitu

    6.4.

    Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn, in-nuqqas ta' konformità.

    X

    X

    X

    X

    7

    Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797), jivverifikaw:

    7.1.

    Il-konsistenza mad-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u maċ-ċertifikati.

    7.2.

    Id-devjazzjonijiet u n-nuqqas ta' konformità (meta applikabbli) huma identifikati

    7.3.

    Il-kundizzjonijiet tal-użu u r-restrizzjonijiet l-oħrajn huma identifikati sew u huma konsistenti mal-kundizzjonijiet fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

    7.4.

    L-evidenza dokumentata li użaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità taqbel mal-frażijiet tal-valutazzjoni applikabbli deskritti fir-regoli nazzjonali.

    X

    X

    X

    X

    8

    Il-kundizzjonijiet tal-użu eżistenti tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn

     

    X

    X

    X

    9

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-opinjoni pożittiva dwar l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi.

    X

    X

    X

     

    10

    Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-opinjoni pożittiva dwar il-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura (bidla sinifikanti)

     

    X

    X

     

    11

    Il-bidliet kif imqabbla mat-tip ta' vettura awtorizzat huma deskritti biżżejjed u jaqblu mas-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013)

     

    X

     

     

    12

    Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati tal-KE huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli nazzjonali mibdula/aġġornati

     

     

     

    X

    13

    Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli nazzjonali mibdula/aġġornati:

    13.1.

    Ir-regoli nazzjonali mibdula/aġġornati huma koperti

    13.2.

    Hemm evidenza li t-tip ta' vettura għadu jissodisfa r-rekwiżiti

     

     

     

    X


    Top