EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0468

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta' Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420

ĠU L 79, 22.3.2018, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2018; Imħassar b' 32018R1071

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/468/oj

22.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/468

tal-21 ta' Marzu 2018

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, biex stabbilixxa lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet li jispjegaw għaliex huma ġew inklużi fil-lista, fejn possibbli fil-prattika,.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet fuq il-lista li kien iddeċieda li jżommhom fiha. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati bil-possibbiltà li jitolbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irreveda l-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. F'dik ir-reviżjoni, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li rċieva mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u entitajiet inklużi fil-lista fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3) ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fejn jirriżulta li dawn kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan u jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta' Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 3).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew il-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).

6.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Kanada).

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

8.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja).

9.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), imwieled fl-14.4.1965 jew l-1.3.1964 fil-Pakistan, Numru tal-passaport 488555.

10.

ȘANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f'Pülümür (it-Turkija).

11.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, Iran.

12.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Tehran, l-Iran.

13.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.3.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

“Abu Nidal Organisation” — “ANO” (“Organizzazzjoni Abu Nidal”) (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti).

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

“Communist Party of the Philippines” (“Partit Komunista tal-Filippini”), inkluż in-“New People's Army” (l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu”) — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Gama'a al-Islamiyya” (magħrufa ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (“Islamic Group” — “IG” (“Grupp Iżlamiku”).

7.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front” (“Front Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant il-Kbir”).

8.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9.

“Hizballah Military Wing”, (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu'llah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (“Kunsill tal-Ġihad”) (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

12.

“Kurdistan Workers Party” — “PKK” (“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan”) (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

13.

“Liberation Tigers of Tamil Eelam” — “LTTE” (“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam”).

14.

“Ejército de Liberación Nacional” (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

15.

Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

16.

“Popular Front for the Liberation of Palestine” — “PFLP” (“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina”).

17.

“Popular Front for the Liberation of Palestine” — “General Command” (Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “Kmand Ġenerali”) (magħruf ukoll bħala “PFLP” — “General Command”).

18.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

19.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

20.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħrufa wkoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħrufa wkoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).


Top