This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0400
Commission Regulation (EU) 2018/400 of 14 March 2018 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Accounting Standard (IAS) 40 (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/400 tal-14 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/400 tal-14 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/1405
ĠU L 72, 15.3.2018, p. 13–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/400
tal-14 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 Proprjetà għall-Investiment. L-emendi jiċċaraw meta kumpanija hija awtorizzata tirriklassifika proprjetà għall- (jew mill-) kategorija “proprjetà għall-investiment”. |
(3) |
Wara l-konsultazzjonijiet mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonferma li l-emendi għall-IstandardInternazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 Proprjetà għall-Investiment huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara din id-data.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Trasferimenti ta' Propjetà għall-Investiment
(Emendi għall-IAS 40)
Emendi għall-IAS 40 Investimenti għall-Propjetà
Il-paragrafi 57-58 huma emendati
TRASFERIMENTI
57. |
Entità għandha tittrasferixxi proprjetà lil, jew minn, propjetà għall-investiment meta, u biss meta, ikun hemm bidla fl-użu. Isseħħ bidla fl-użu meta l-propjetà tissodisfa, jew ma tibqax tissodisfa, id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment u meta jkun hemm evidenza ta' bidla fl-użu. Waħedha, bidla fl-intenzjonijiet tal-maniġment għall-użu ta' proprjetà ma tipprovdix evidenza ta' bidla fl-użu. Eżempji ta' evidenza ta' bidla fl-użu jinkludu:
|
58. |
Meta entità tiddeċiedi li tittrasferixxi proprjetà għall-investiment mingħajr żvilupp, hi tkompli tittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment sakemm isir l-irtirar tar-rikonoxximent (eliminata mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja) u ma terġax tikklassifikaha bħala inventarju. B'mod simili, jekk entità tibda tiżviluppa mill-ġdid proprjetà eżistenti għall-investiment għall-użu kontinwu fil-futur bħala proprjetà għall-investiment, il-proprjetà tibqa' proprjetà għall-investiment u ma terġax tiġi kklassifikata bħala proprjetà okkupata mis-sid matul l-iżvilupp mill-ġdid. … |
Ġew miżjuda l-paragrafi 84C–84E u l-intestatura relatata tagħhom, kif ukoll il-paragrafu 85G.
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
…
Trasferimenti ta' propjetà għall-investiment
84C |
Trasferimenti ta' Proprjetà għall-Investiment (Emendi għall-IAS 40), maħruġa f'Diċembru 2016, emendati l-paragrafi 57–58. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal bidliet fl-użu li jseħħu fil-bidu jew wara l-bidu tal-perjodu ta' rappurtar annwali meta l-entità tapplika l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali). Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha terġa' tivvaluta l-klassifikazzjoni ta' propjetà miżmuma f'dik id-data u, jekk applikabbli, terġa' tikklassifika mill-ġdid il-proprjetà billi tapplika l-paragrafi 7–14 biex jirriflettu l-kundizzjonijiet li jeżistu f'dik id-data. |
84D |
Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafu 84C, entità għandha l-permess li tapplika l-emendi għall-paragrafi 57–58 b'mod retrospettiv skont l-IAS 8 jekk, u biss jekk, dak ikun possibbli mingħajr l-użu ta' għaqal. |
84E |
Jekk, b'konformità mal-paragrafu 84C entità terġa' tikklassifika propjetà fid-data tal-applikazzjoni inizjali, l-entità għandha:
|
DATA EFFETTIVA
…
85G |
Trasferimenti ta' Proprjetà għall-Investiment (Emendi għall-IAS 40), maħruġa f'Diċembru 2016, emendati l-paragrafi 57–58 u miżjuda l-paragrafi 84C-84E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018, jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiddivulga dan il-fatt. |