Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0349

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/349 tat-8 ta' Marzu 2018 li jemenda għall-282 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida

    C/2018/1564

    ĠU L 67, 9.3.2018, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/349/oj

    9.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/28


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/349

    tat-8 ta' Marzu 2018

    li jemenda għall-282 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid tliet entrati fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

    (a)

    “Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur (magħruf ukoll bħala: (a) Salim Mustafa Muhammad Mansur Al-Ifri; (b) Saleem Al-Ifri; (c) Salim Mansur Mustafa; (d) Salim Mansur; (e) Hajji Salim Al-Shaklar). Data tat-twelid: (a) 20.2.1962 (b) 1959. Post tat-twelid: (a) Baghdad, l-Iraq; (b) Tel Afar, Provinċja ta' Nineveh, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqqina. Nru tal-Passaport: Numru tal-Iraq A6489694, maħruġ fit-2.9.2013 (jiskadi fil-31.8.2021). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-Identità Nazzjonali tal-Iraq 00813602, maħruġa fit-18.9.2011; (b) Ċertifikat tal-Iraq tan-Nazzjonalità Iraqina 300397, maħruġ fil-25.6.2013. Indirizz: (a) 17 Tamoz, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti); Tel Afar – Al-Saad, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti). Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; il-kulur tal-għajnejn: lewn l-għasel; tul: 170 ċm; jitkellem l-Għarbi. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): is-6.3.2018.”

    (b)

    “Umar Mahmud Irhayyim Al-Kubaysi (magħruf ukoll bħala: (a) Umar Mahmud Rahim al-Kubaysi; (b) Omar Mahmood Irhayyim Al-Fayyadh; (c) Umar Mahmud Rahim; (d) Umar Mahmud Rahim Al-Qubaysi; (e) Umar Mahmud Al-Kubaysi Arhaym; (f) Umar Mahmud Arhaym; (g) Omar Mahmood Irhayyim; (h) Omar Mahmood Irhayyim Al-Fayyadh Al-Kobaisi; (i) Umar al-Kubaysi). Data tat-twelid: (a) 16.6.1967; (b) 1.1.1967. Post tat-twelid: Al-Qaim, il-Provinċja ta' Al-Anbar, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqqina. Nru tal-Passaport: Numru tal-Iraq A4059346, maħruġ fid-29.5.2013, maħruġ f'Bagdad, l-Iraq (jiskadi fis-27.5.2021). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-identità nazzjonali tal-Iraq 00405771, maħruġa fl-20 ta' Mejju 2013, maħruġa mill-Iraq; (b) Ċertifikat tal-Iraq tan-Nazzjonalità Iraqina 540763, maħruġ fit-13.2.1984. Indirizz: Al-Qaim, il-Provinċja ta' Al-Anbar, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: sess: raġel, kulur tax-xagħar: iswed; tul: 175 ċm; jitkellem l-Għarbi. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): is-6.3.2018.”

    (2)

    L-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:

    “Al-Kawthar Money Exchange (psewdonimu: (a) Al Kawthar Co.; (b) Al Kawthar Company; (c) Al-Kawthar Hawala). Indirizz: Al-Qaim, il-Provinċja ta' Al Anbar, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Negozju tal-kambju ta' flus u li minn nofs l-2016 hu ta' sjieda ta' Umar Mahmud Irhayyim al-Kubaysi. Stabbilit fis-sena 2000 bin-numru tal-Liċenzja 202, maħruġa fis-17.5.2000, u minn dakinhar ġiet irtirata. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): is-6.3.2018.”


    Top