EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0326

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta' Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

ĠU L 63, 6.3.2018, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/326/oj

6.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/326

tal-5 ta' Marzu 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna ( (1)), b'mod partikolari l-Artikolu14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-entrati għal żewġ persuni jitħassru u d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għal tliet persuni jenħtieġ li jiġu aġġornati.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ANNESS

I.

Il-persuni elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014:

4.

Olena Leonidivna Lukash

10.

Serhii Petrovych Kliuiev

II.

L-entrati għall-persuni li ġejjin stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Олександр Вiкторович Янукович)

Imwieled fl-10 ta' Lulju 1973 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, negozjant

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan.

6.3.2014

11.

Mykola Yanovych Azarov (Микола Янович Азаров),

Nikolai Yanovich Azarov (Николай Янович Азаров)

Imwieled fis-17 ta' Diċembru 1947 f'Kaluga (ir-Russja), Prim Ministru tal-Ukrajna sa Jannar 2014

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan.

6.3.2014

12.

Serhiy Vitalyovych Kurchenko (Сергiй Вiталiйович Курченко)

Imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f'Kharkiv, negozjant

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014


Top