Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0308

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/308 tal-1 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-fini li tiġi mgħarrfa l-Awtorità Bankarja Ewropea bir-rekwiżit minimu għal fondi propji u obbligazzjonijiet eliġibbli (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/1038

    ĠU L 60, 2.3.2018, p. 7–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/05/2021; Imħassar b' 32021R0622

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/308/oj

    2.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 60/7


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/308

    tal-1 ta' Marzu 2018

    li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-fini li tiġi mgħarrfa l-Awtorità Bankarja Ewropea bir-rekwiżit minimu għal fondi propji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45(17) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ingħataw il-kompitu li jistabbilixxu, għal kull istituzzjoni, ir-rekwiżit minimu għal fondi propji u obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”) skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE kif ulterjorment speċifikat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 (2).

    (2)

    Skont l-Artikolu 45(16) tad-Direttiva 2014/59/UE, awtoritajiet ta' riżoluzzjoni huma meħtieġa li jinfurmaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti, bir-rekwiżiti li jkunu stabbilixxew. Jenħtieġ li jiġu mfassla formati uniformi, mudelli u definizzjonijiet għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni ta' dik l-informazzjoni lill-ABE b'mod li jiffaċilitaw il-monitoraġġ mill-ABE ta' deċiżjonijiet MREL u jiżguraw valutazzjoni sinifikattiva ta' konverġenza fl-approċċ fl-Unjoni.

    (3)

    Fir-rigward ta' gruppi li huma soġġetti għal MREL ikkonsolidat, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata liem awtorità ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li tibgħat lill-ABE l-informazzjoni dwar, l-ewwel, l-MREL stipulat għall-impriża omm ikkonċernata, u t-tieni, l-MREL applikat lis-sussidjarji, kemm jekk abbażi ta' deċiżjoni konġunta milħuqa bejn awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp u l-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarju fuq bażi individwali, kif ukoll jekk abbażi ta' deċiżjoni meħuda mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarju fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta. Sabiex jiġi żgura li l-ABE tkun ipprovduta bl-informazzjoni meħtieġa kemm dwar l-impriża omm kif ukoll is-sussidjarji, jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti fil-livell tal-grupp jkollha tinforma lill-ABE, f'koordinazzjoni mas-superviżur konsolidanti, kemm tal-MREL stipulat fuq bażi individwali kif ukoll tal-MREL stipulat fuq bażi konsolidata għall-impriża omm ikkonċernata, u jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji ta' grupp, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jinfurmaw lill-ABE dwar l-MREL li jkun ġie stipulat għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

    (4)

    Sabiex tiġi promossa l-konverġenza ta' prattika fir-rigward ta' deċiżjoni MREL u jissaħħaħ l-irwol ta' monitoraġġ tal-ABE, perjodi uniformi ta' rapportar u dati ta' sottomissjoni għat-trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni lill-ABE għandhom jiġu stabbiliti.

    (5)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-ABE lill-Kummissjoni.

    (6)

    L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Informazzjoni inkluża fil-mudelli

    1.   Għall-fini li jinfurmaw lill-ABE dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”), u fejn rilevanti ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(13) tad-Direttiva 2014/59/UE, li ġew stipulati għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom skont l-Artikolu 45(16) ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali jew konsolidata, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti, għandhom jittrażmettu lill-ABE l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli stipulati fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

    2.   Fir-rigward ta' istituzzjonijiet li huma parti minn grupp soġġett għal MREL ikkonsolidat, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti, għandhom ukoll jibagħtu lill-ABE l-informazzjoni kif speċifikata fil-mudell stipulat fl-Anness III.

    3.   Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, fejn indikat fil-mudell stipulat fl-Anness II, jipprovdu informazzjoni kwalitattiva li tispjega r-raġunijiet għal deċiżjonijiet MREL abbażi tal-aħjar sforz inklużi, fejn xieraq, referenzi għal pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali jew ta' grupp, deċiżjonijiet pubbliċi jew dikjarazzjonijiet ta' politika tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew dokumenti oħra ta' prova.

    4.   It-termini użati fl-Anness II għandu jkollhom it-tifsira marbuta magħhom fid-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija fil-kolonna rilevanti tat-tabella inkluża f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Rekwiżit ta' rappurtar simplifikat għal istituzzjoni soġġetti għal rinunzji u istituzzjoni li għalihom l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni huwa żero

    1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tal-MREL ġiet irrinunzjata skont l-Artikolu 45(11) jew (12) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu lill-ABE l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, kolonni 10 sa 90 tal-Anness II u, fir-rigward ta' istituzzjonijiet li huma parti minn grupp soġġett għal MREL ikkonsolidat, l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    2.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet li għalihom ir-rikapitalizzazzjoni hija żero skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1450, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu lill-ABE l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, kolonni 10 sa 120 tal-Anness II u, fir-rigward ta' istituzzjonijiet li huma parti minn grupp soġġett għal MREL ikkonsolidat, l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Awtorità ta' rappurtar fir-rigward tal-gruppi

    Fir-rigward ta' gruppi li huma soġġetti għal MREL konsolidat, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tiġi sottomessa bil-metodu li ġej:

    (a)

    l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti fil-livell ta' grupp, f'koordinazzjoni mas-superviżur konsolidanti, għandha tinforma lill-ABE kemm bl-MREL stipulat fuq bażi individwali kif ukoll bl-MREL stipulat fuq bażi konsolidata għall-impriża omm tal-Unjoni jew l-impriża omm imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (4);

    (b)

    l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti, f'koordinazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandhom jinformaw lill-ABE bl-MREL li jkun se jiġi applikat għas-sussidjarji ta' grupp taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq bażi individwali.

    Artikolu 4

    Perjodi ta' rapportar u dati ta' preżentazzjoni

    1.   Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mingħajr dewmien żejjed wara li d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-MREL tittieħed jew tiġi aġġornata.

    2.   Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 għall-MRELL li jkun ġie stipulat u jibqa' applikabbli kif ikun fl-1 ta' April ta' kull sena sat-30 ta' April tal-istess sena.

    Artikolu 5

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 237, 3.9.2016, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).


    ANNESS I

    Informazzjoni dwar l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' rapportar

    Awtorità ta' riżoluzzjoni ta' rapportar

     

     

     

    Data tas-sottomissjoni

     

     

     

    Persuna ta' kuntatt

     

    Isem

     

    Posta elettronika

     

    Telefon

     

     

     

    Kummenti ġenerali (jekk hemm)

     


    ANNESS II

    Informazzjoni MREL

    Obbligatorja

    Mudell ta' rappurtar simplifikat

    (jekk 90 hija “Iva”)

    Mhux mandatorju għal istituzzjonijiet li għalihom l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni huwa żero fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    Biex timtela għall-istituzzjonijiet kollha

    Għal istituzzjonijiet li għalihom l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni huwa żero fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    It-tip tar-rekwiżit

    Obbligazzjonijiet totali u fondi proprji

    L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju

    Id-denominatur tal-proporzjon ta' ingranaġġ

    Ammont ta' assorbiment ta' telf

    Ammont ta' rikapitalizzazzjoni

    Aġġustamenti relatati ma' impedimenti għar-riżolvibbiltà, id-daqs, ir-riskju sistemiku u l-kontributi tal-SGD

    Valutazzjoni kkombinata ta' MREL

    Arranġamenti tranżizzjonali jew wara r-riżoluzzjoni (jekk applikabbli)

     

    Referenza ġuridika

    L-Artikolu 45(7) u (8) tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014

    Informazzjoni ġenerali

    L-Artikolu 45(11) u (12) tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 12(10) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014

    Mudell ta' rappurtar simplifikat

    (jekk applikabbli)

    L-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/962

    L-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 1(5)(b)(i) u l-Artikolu 1(5)(b)(ii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 45(9) u (10) tad-Direttiva 2014/59/UE

    L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 u l-Artikolu 92(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (1)

    L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 u l-Artikolu 429(4) sa (11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 1(5)(b)(i) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikoli 1(5)(b)(ii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

     

    L-Artikoli 2(5) u (6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikoli 2(7) u (8) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 2(8) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 2(9) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 2(10) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

     

    L-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

     

    L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 45(13) tad-Direttiva 2014/59/UE

     

    L-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    L-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    Identifikatur ta' Entità Ġuridika (kodiċi LEI)

    Rekwiżit ikkonsolidat jew individwali?

    Isem tal-entità

    Stat membru ta' inkorporazzjoni

    L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' rapportar hija l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-Grupp?

    Id-data tad-deċiżjoni MREL jew tad-deċiżjoni ta' rinunzja

    L-applikazzjoni ta' MREL rinunzjata minn awtorità ta' riżoluzzjoni?

    Noti

    Il-mudell ta' rappurtar simplifikat (jekk applikabbli)

    Il-kategorija ta' istituzzjoni (jekk applikabbli)

    MREL ugwali għall-ammont ta' assorbiment tat-telf f'każ ta' inadempjenza?

    It-tipi ta' aġġustament għall-ammont ta' assorbiment tat-telf (jekk applikabbli)

    MREL stabbilit b'deċiżjoni konġunta

    Rappurtar

    Attwali data ta' referenza tal-oġġett 140

    Rappurtar

    Attwali data ta' referenza tal-oġġett 160

    Assunt wara r-riżoluzzjoni

    Noti

    Rappurtar

    Attwali data ta' referenza tal-oġġett 200

    Assunt wara r-riżoluzzjoni

    Noti

    Ammont ta' assorbiment tat-telf f'każ ta' inadempjenza skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

    Aġġustament 'il fuq

    Tip(i) ta' aġġustament 'il fuq

    Noti

    Aġġustament 'l isfel

    Tip(i) ta' aġġustament 'l isfel

    Noti

    Total (240 + 250 + 280)

    Biex jintlaħqu kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni

    L-ammont ta' inadempjenza addizzjonali biex tinżamm il-fiduċja tas-suq billi jiġu ssodisfatti l-bafers

    Aġġustament biex tinżamm il-fiduċja tas-suq wara paragun ma' gruppi pari

    Noti

    Aġġustament 'l isfel jieħu inkonsiderazzjoni informazzjoni rċevuta mill-awtorità kompetenti dwar il-mudell ta' negozju, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni

    Noti

    Aġġustament għall-kolonna 330 għal sussidjarji tal-grupp

    Noti

    Total (320 + 330 + 340 + 360 + 380)

    Għal esklużjonijiet minn rikapitalizzazzjoni

    Noti

    Għad-daqs u riskju sistemiku

    Noti

    Għal kontributi mid-DGS għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni

    Noti

    Total (410 + 430 + 450)

    Total (310 + 400 + 470)

    MREL bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji (480 / 140)

    Perċentwal tal-MREL li għandu jiġi ssodisfatt permezz ta' strumenti ta' rikapitalizzazzjoni kuntrattwali

    Data li fiha r-rekwiżit stipulat f'490 irid jiġi sodisfatt

    Tip ta' arranġamenti tranżizzjonali

    MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

    Data maħsuba tal-applikazzjoni

    MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

    Data maħsuba tal-applikazzjoni

    MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

    Data maħsuba tal-applikazzjoni

    MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

    Data maħsuba tal-applikazzjoni

    Qafas ta' kontabbiltà

    10

    20

    30

    40

    50

    60

    70

    80

    90

    100

    110

    120

    130

    140

    150

    160

    170

    180

    190

    200

    210

    220

    230

    240

    250

    260

    270

    280

    290

    300

    310

    320

    330

    340

    350

    360

    370

    380

    390

    400

    410

    420

    430

    440

    450

    460

    470

    480

    490

    500

    510

    520

    530

    540

    550

    560

    570

    580

    590

    600

    610

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)


    ANNESS III

    Lokazzjoni MREL

    Istituzzjoni

    L-impriża omm aħħarija

    L-impriża omm tal-Unjoni

    L-impriża omm immedjata rilevanti

    Identifikatur ta' Entità Ġuridika (kodiċi LEI)

    Isem tal-entità

    Stat membru ta' inkorporazzjoni

    Kodiċi tal-LEI

    Isem tal-entità

    Pajjiż ta' inkorporazzjoni

    Kodiċi tal-LEI

    Isem tal-entità

    Stat membru ta' inkorporazzjoni

    Kodiċi tal-LEI

    Isem tal-entità

    Pajjiż ta' inkorporazzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Top