Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0303

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/303 tas-27 ta' Frar 2018 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tas-sustanza attiva Reynoutria sachalinensis, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/1091

    ĠU L 59, 1.3.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/03/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/303/oj

    1.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 59/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/303

    tas-27 ta' Frar 2018

    dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tas-sustanza attiva Reynoutria sachalinensis, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-3 ta' Novembru 2011 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Marrone Bio innovations għall-approvazzjoni tal-estratt tas-sustanza attiva Reynoutria sachalinensis.

    (2)

    Skont l-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, l-Istat Membru relatur innotifika lill-applikant u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-ammissibilità tal-applikazzjoni fil-21 ta' Marzu 2012, u fil-11 ta' Mejju 2012 innotifika lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwarha.

    (3)

    Fil-każ ta' dik is-sustanza attiva, ġew eżaminati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont l-Artikolu 11(2) u (3) ta' dak ir-Regolament, għall-użu propost mill-applikant. Fit-22 ta' Lulju 2014, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

    (4)

    L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Hi talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità, skont l-Artikolu 12(3) ta' dak ir-Regolament. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni aġġornat.

    (5)

    L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Awtorità. Fil-31 ta' Awwissu 2015, l-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-estratt tas-sustanza attiva Reynoutria sachalinensis  (2).

    (6)

    Permezz tal-ittra tas-16 ta' Ottubru 2017, Marrone Bio innovations irtira l-applikazzjoni tiegħu għall-approvazzjoni tal-estratt tar-Reynoutria sachalinensis. Minħabba li l-applikazzjoni ġiet irtirata, jenħtieġ li l-estratt tas-sustanza attiva Reynoutria sachalinensis ma jiġix approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (7)

    Dan ir-Regolament ma jippreġudikax it-tressiq ta' applikazzjoni oħra għall-estratt tar-Reynoutria sachalinensis skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Nuqqas ta' approvazzjoni ta' sustanza attiva

    L-estratt tas-sustanza attiva Reynoutria sachalinensis mhuwiex approvat.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  EFSA, 2015. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Reynoutria sachalinensis extract. EFSA Journal 2015;13(9):4221, 73pp. Jinsab online fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal


    Top