2.
|
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
(a)
|
jiddaħħal il-punt 3.2.3. li ġej:
3.2.3. L-identifikazzjoni ta' deterjorazzjoni jew ta' ħsarat tista' ssir ukoll barra ċiklu ta' sewqan (eż. wara li tintefa l-magna).”;
|
(b)
|
il-punt 3.3.2.2. jinbidel b'dan li ġej:
“3.3.2.2. Tqabbid irregolari tal-magna
Il-preżenza ta' tqabbid irregolari tal-magna fiż-żona tat-tħaddim tal-magna ddelimitata bil-linji li ġejjin:
(a)
|
il-limitu ta' veloċità baxxa: veloċità minima ta' 2 500 min– 1 jew veloċità normali tal-magna mhux ingranata + 1 000 min– 1, skont liema minnhom hija l-iktar baxxa
|
(b)
|
il-limitu ta' veloċità għolja: veloċità massima ta' 8 000 min– 1 jew ta' 1 000 min– 1 ikbar mill-ogħla veloċità li tokkorri waqt ċiklu ta' test tat-tip I jew bi tnaqqis ta' 500 min– 1 mill-veloċità massima tal-magna skont id-disinn, skont liema minnhom hija l-iktar baxxa;
|
(c)
|
linja li tgħaqqad il-punti tat-tħaddim tal-magna li ġejjin:
(i)
|
punt fuq il-limitu ta' veloċità baxxa kif iddefinit f'(a) bil-vakwu tal-intake tal-magna bi 3,3 kPa iktar baxx minn dak fil-linja tat-torque pożittiv;
|
(ii)
|
punt fuq il-limitu ta' veloċità għolja kif iddefinit f'(a) bil-vakwu tal-intake tal-magna bi 13,3 kPa iktar baxx minn dak fit-torque pożittiv.
|
|
Iż-żona tat-tħaddim tal-magna għall-individwazzjoni ta' tqabbid irregolari hija riflessa fil-Figura 10-1.
Figura 10-1
Iż-żona tat-tħaddim għall-individwazzjoni ta' tqabbid irregolari
”;
|
(c)
|
jiddaħħal il-punt 3.10. li ġej:
3.10. Dispożizzjonijiet addizzjonali għal vetturi li japplikaw strateġiji ta' tifi tal-magni.
3.10.1. Ċiklu ta' sewqan
3.10.1.1. L-istartjar mill-ġdid ta' magna awtonoma ordnat mis-sistema ta' kontroll tal-magna wara t-tifi ħesrem tal-magna jista' jitqies bħala ċiklu ta' sewqan ġdid jew inkella bħala kontinwazzjoni taċ-ċiklu ta' sewqan eżistenti.”;
|
(d)
|
L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
(1)
|
il-punt 3.2. jinbidel b'dan li ġej:
3.2. Jekk ikunu disponibbli, is-sinjali li ġejjin flimkien mal-informazzjoni meħtieġa tal-immaġni ffriżata għandhom ikunu disponibbli fuq talba permezz tas-serial port fuq il-konnekter dijanjostiku standardizzat, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli għall-kompjuter abbord jew tista' tiġi ddeterminata bl-użu ta' informazzjoni disponibbli għall-kompjuter abbord: il-kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsara, it-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna, l-istatus tas-sistema ta' kontroll tal-fjuwil (closed loop, open loop, oħrajn), it-trimm tal-fjuwil, l-avvanz fit-tajming tal-istartjar tal-magna, it-temperatura tal-arja fl-intake, il-pressjoni tal-arja fil-manifold, ir-rata tal-fluss tal-arja, il-veloċità tal-magna, il-pożizzjoni tat-throttle skont il-valur tal-output tas-sensur, l-istatus tal-arja sekondarja ('il fuq, 'l isfel jew atmosferika), il-valur tat-tagħbija kkalkulat, il-veloċità tal-vettura u l-pressjoni tal-fjuwil.
Is-sinjali għandhom jingħataw f'unitajiet standard ibbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-punt 3.7. Is-sinjali proprji għandhom jiġu identifikati b'mod ċar separatament mis-sinjali tal-valur prestabbilit jew ta' tħaddim b'effiċjenza mnaqqsa.”;
|
(2)
|
il-punti 3.11., 3.12. u 3.13 jinbidlu b'dan li ġej:
3.11. Meta tiġi rreġistrata ħsara, il-manifattur għandu jidentifika l-ħsara permezz ta' kodiċi tal-ħsara adattat u li jkun konsistenti ma' dawk fl-ISO 15031-6:2010 “Road vehicles — Communication between vehicle and external test equipment for emissions-related diagnostics — Part 6: Diagnostic trouble code definitions”, relatati mal-“kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat tas-sistema relatati mal-emissjonijiet”. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-manifattur jista' juża l-kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat tal-ISO DIS 15031-6:2010. B'mod alternattiv, il-kodiċijiet tal-ħsarat jistgħu jiġu kkompilati u rrappurtati skont l-ISO 14229:2006. Il-kodiċijiet tal-ħsarat għandhom ikunu aċċessibbli għalkollox permezz ta' tagħmir dijanjostiku standardizzat li jikkonforma mal-punt 3.9.
Il-manifattur tal-vettura għandu jagħti lill-korp tal-istandardizzazzjoni nazzjonali d-dettalji ta' kull dejta dijanjostika marbuta mal-emissjonijiet, eż. PID's, moniter Id's tal-OBD, Id's tat-Test mhux speċifikati fl-ISO 15031-5:2011 jew fl-ISO 14229:2006, iżda marbuta ma' dan ir-Regolament.
3.12. L-interfaċċa tal-konnessjoni bejn il-vettura u t-tester dijanjostiku għandha tkun standardizzata u tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-ISO 19689:2016 “Motorcycles and mopeds — Communication between vehicle and external equipment for diagnostics — Diagnostic connector and related electrical circuits, specification and use” jew tal-ISO 15031-3:2004 “Road vehicles — Communication between vehicle and external test equipment for emissions-related diagnostics — Part 3: Diagnostic connector and related electrical circuits: specification and use”. Il-pożizzjoni ppreferuta ta' installazzjoni hija taħt il-pożizzjoni bilqiegħda. Kwalunkwe pożizzjoni oħra tal-konnekter dijanjostiku għandha tkun soġġetta għall-qbil mill-awtorità tal-approvazzjoni u tkun faċilment aċċessibbli mill-persunal tal-manutenzjoni iżda protetta kontra t-tbagħbis minn persunal mhux ikkwalifikat. Il-pożizzjoni tal-interfaċċa tal-konnessjoni għandha tkun indikata b'mod ċar fil-manwal tal-utent.
3.13. Sakemm tiġi implimentata sistema tal-OBD tal-istadju II għal vetturi tal-kategorija L fuq il-vettura, tista' tiġi installata interfaċċa tal-konnessjoni alternattiva fuq talba tal-manifattur tal-vettura. Meta tiġi installata interfaċċa tal-konnessjoni alternattiva bħal din, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi bla ħlas lill-manifatturi tat-tagħmir tal-ittestjar id-dettalji dwar il-konfigurazzjoni tal-pinnijiet tal-konnekter tal-vettura. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi adapter li jippermetti l-konnessjoni ma' għodda ġenerika ta' skennjar. Adapter bħal dan għandu jkun ta' kwalità adattata għall-użu f'workshop professjonali. Dan għandu jiġi pprovdut, fuq talba, lill-operaturi indipendenti kollha b'mod mhux diskriminatorju. Il-manifatturi jistgħu jitolbu prezz raġonevoli u proporzjonat għal dan l-adapter, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet addizzjonali kkawżati għall-klijent minħabba din l-għażla tal-manifattur. L-interfaċċa tal-konnessjoni u l-adapter ma jistgħu jinkludu l-ebda element ta' disinn speċifiku li jkun jeħtieġ validazzjoni jew ċertifikazzjoni qabel l-użu, jew li jirrestrinġi l-iskambju ta' dejta tal-vettura meta tintuża għodda ġenerika tal-iskennjar.”;
|
(3)
|
il-punt 4.1.4. jinbidel b'dan li ġej:
4.1.4. Mill-1 ta' Jannar 2024, jekk, skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness, il-vettura tkun mgħammra b'moniter speċifiku M, l-IUPR M għandu jkun ≥ 0,1 għall-moniters M kollha.”;
|
(4)
|
jiddaħħal il-punt 4.1.4.1. li ġej:
4.1.4.1. Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni l-funzjonalità tad-determinazzjoni tal-IUPR sal-31 ta' Diċembru 2023, filwaqt li għal tipi ġodda ta' vetturi dan japplika mill-1 ta' Jannar 2020 u għal tipi eżistenti ta' vetturi dan japplika mill-1 ta' Jannar 2021.”;
|
(5)
|
il-punti 4.5. u 4.5.1. jinbidlu b'dan li ġej:
“4.5. Denominatur Ġenerali
4.5.1. Id-denominatur ġenerali huwa apparat li jkejjel in-numru ta' drabi li vettura tħaddmet. Għandu jiġi inkrimentat fi żmien 10 sekondi, jekk il-kriterji li ġejjin jiġu ssodisfati f'ċiklu ta' sewqan wieħed:
(a)
|
Il-ħin kumulattiv minn meta tiġi startjata l-magna jkun ≥ 600 sekonda f'elevazzjoni ta' inqas minn 2 440 m 'il fuq mil-livell tal-baħar jew f'pressjoni ambjentali ta' iżjed minn 75,7 kPa u f'temperatura ambjentali ta' 266,2 K (– 7 °C) jew iktar;
|
(b)
|
Il-ħin kumulattiv minn meta tiġi startjata l-magna jkun ≥ 600 sekonda f'elevazzjoni ta' inqas minn 2 440 m 'il fuq mil-livell tal-baħar jew f'pressjoni ambjentali ta' iżjed minn 75,7 kPa u f'temperatura ambjentali ta' 266,2 K (– 7 °C) jew iktar;
|
(c)
|
It-tħaddim kontinwu tal-vettura mhux ingranata (jiġifieri s-sewwieq ikun reħa l-pedala tal-aċċeleratur u l-veloċità tal-vettura tkun ta' 1,6 km/h jew inqas) għal 30 sekonda jew iktar f'elevazzjoni ta' inqas minn 2 440 m 'il fuq mil-livell tal-baħar jew f'pressjoni ambjentali ta' iżjed minn 75,7 kPa u f'temperatura ambjentali ta' 266,2 K (– 7 °C) jew iktar.
|
Id-denominatur ġenerali jista' wkoll jiġi inkrimentat lil hinn mill-kundizzjonijiet limitu għall-pressjoni ambjentali jew tal-altitudni u għat-temperatura ambjentali.”;
|
(6)
|
jiddaħħal il-punt 4.6.2.1. li ġej:
4.6.2.1. In-numeraturi u d-denominaturi għal moniters speċifiċi ta' komponenti jew ta' sistemi li jimmonitorjaw kontinwament għal ħsarat ta' xort fiċ-ċirkwit jew ta' ċirkwit miftuħ huma eżentati mir-rapportar.
Għall-finijiet ta' dan il-punt, “kontinwament” tfisser li l-monitoraġġ ikun attivat dejjem u l-kampjunar tas-sinjal li jintuża għall-monitoraġġ iseħħ b'rata ta' mhux inqas minn żewġ kampjuni fis-sekonda, filwaqt li l-preżenza jew l-assenza tal-ħsara rilevanti għal dak il-moniter trid tiġi konkluża fi 15-il sekonda. Jekk għal finijiet ta' kontroll, komponent ta' input tal-kompjuter jiġi kkampjunat b'mod inqas frekwenti u s-sinjal tal-komponent jista', minflok, jiġi evalwat kull darba li jseħħ il-kampjunar. Mhux meħtieġ li jiġi attivat komponent/sistema ta' output għall-uniku fini ta' monitoraġġ tal-komponent/tas-sistema ta' output.”;
|
(7)
|
il-punt 4.7.4. jinbidel b'dan li ġej:
4.7.4. Is-sistema tal-OBD għandha tiddiżattiva l-inkrimentazzjoni ulterjuri tad-denominatur ġenerali fi żmien 10 sekondi, jekk tkun ġiet individwata ħsara ta' xi komponent li ntuża biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji fil-punt 4.5. ġewx issodisfati (jiġifieri l-veloċità tal-vettura, it-temperatura ambjentali, l-elevazzjoni, it-tħaddim meta l-vettura ma tkunx ingranata jew il-ħin tat-tħaddim) u l-kodiċi ta' ħsara pendenti korrispondenti jkun inħażen. Id-denominatur ġenerali ma jistax jiġi diżattivat milli jinkrimenta għal kwalunkwe kundizzjoni oħra. L-inkrimentazzjoni tad-denominatur ġenerali għandha terġa' tkompli fi żmien 10 sekondi meta l-ħsara ma tkunx preżenti iktar (eż. il-kodiċi pendenti jitħassar permezz ta' awtokanċellazzjoni jew bi kmand ta' għodda tal-iskennjar).”;
|
|
(e)
|
L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:
(i)
|
fil-punt 1, titħassar in-nota f'qiegħ il-paġna;
|
(ii)
|
il-punt 2.1. jinbidel b'dan li ġej:
“2.1.
Tabella Ap2-1
Ħarsa ġenerali lejn l-apparati (jekk imwaħħla) li jridu jiġu mmonitorjati fl-OBD ta' stadju I u/jew II
Nru
|
Ċirkwiti tal-apparati
|
|
Kontinwità taċ-ċirkwiti
|
Razzjonalità taċ-ċirkwiti
|
Rekwiżit bażiku ta' monitoraġġ
|
Nru tal-kumment
|
|
|
Livell, irreferi għal 2.3.
|
Ċirkwit Għoli
|
Ċirkwit Baxx
|
Ċirkwit Miftuħ
|
Barra mill-Medda
|
Prestazzjoni/Plawsibbiltà
|
Sinjal imwaħħal
|
Apparat mhux operattiv/Apparat mhux preżenti
|
|
1
|
Żball intern fil-modulu ta' kontroll (ECU/PCU)
|
3
|
|
|
|
|
|
|
I u II
|
(1)
|
Sensur (input għall-unitajiet ta' kontroll)
|
1
|
Sensur tal-pożizzjoni tal-aċċeleratur (pedala/maqbad)
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
|
(2)
|
2
|
Sensur tal-pressjoni barometrika
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
|
II
|
|
|
|
3
|
Sensur tal-pożizzjoni tal-camshaft
|
3
|
|
|
|
|
|
|
I u II
|
|
4
|
Sensur tal-pożizzjoni tal-crankshaft
|
3
|
|
|
|
|
|
|
I u II
|
|
5
|
Sensur tat-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
6
|
Sensur tal-angolu tal-valv ta' kontroll tal-egżost
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
7
|
Sensur tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost
|
1
|
II
|
II
|
II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
8
|
Sensur tal-pressjoni tal-fuel rail
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
9
|
Sensur tat-temperatura tal-fuel rail
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
10
|
Sensur tal-pożizzjoni tal-gerliver (tip ta' potenzjometru)
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
(5)
|
11
|
Sensur tal-pożizzjoni tal-gerliver (tip ta' swiċċ)
|
3
|
|
|
|
|
II
|
|
I u II
|
(5)
|
12
|
Sensur tat-temperatura tal-arja fl-intake
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
13
|
Sensur tal-innokkjar (ta' tip mhux ta' reżonanza)
|
3
|
|
|
|
|
|
|
I u II
|
|
14
|
Sensur tal-innokkjar (ta' tip ta' reżonanza)
|
3
|
|
|
|
|
I u II
|
|
|
|
15
|
Sensur tal-pressjoni assoluta fil-manifold
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
16
|
Sensur tal-fluss tal-arja tal-massa
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
17
|
Sensur tat-temperatura taż-żejt tal-magna
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
18
|
Sinjali tas-sensur tal-O2 (binarji/lineari)
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
19
|
Sensur tal-pressjoni (għolja) tal-fjuwil
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
20
|
Sensur tat-temperatura tal-ħażna tal-fjuwil
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
II
|
II
|
II
|
|
(4)
|
21
|
Sensur tal-pożizzjoni tat-throttle
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
|
(2)
|
22
|
Sensur tal-veloċità tal-vettura
|
3
|
|
|
|
|
II
|
|
I u II
|
(5)
|
23
|
Sensur tal-veloċità tar-roti
|
3
|
|
|
|
|
II
|
|
I u II
|
(5)
|
Attwaturi (unitajiet ta' kontroll tal-output)
|
1
|
Valv tal-kontroll tat-tindif tas-sistema tal-emissjonijiet evaporattivi
|
2
|
II
|
I u II
|
II
|
|
|
|
I u II
|
(6)
|
2
|
Attwatur tal-valv tal-kontroll tal-egżost (imħaddem b'mutur)
|
3
|
|
|
|
|
II
|
|
I u II
|
|
3
|
Kontroll tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost
|
3
|
|
|
|
|
II
|
|
|
|
4
|
Injettur tal-fjuwil
|
2
|
|
I u II
|
|
|
|
|
I u II
|
(6)
|
5
|
Sistema ta' kontroll tal-arja tal-vettura mhux ingranata
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
|
II
|
|
I u II
|
(6)
|
6
|
Ċirkwiti tal-kontroll primarju tal-kojl tal-ignixin
|
2
|
|
I u II
|
|
|
|
|
I u II
|
(6)
|
7
|
Ħiter tas-senser tal-O2
|
1
|
I u II
|
I u II
|
I u II
|
|
II
|
|
I u II
|
(6)
|
8
|
Sistema tal-injezzjoni tal-arja sekondarja
|
2
|
II
|
I u II
|
II
|
|
|
|
I u II
|
(6)
|
9
|
Attwatur tat-throttle bil-wajer
|
3
|
|
I u II
|
|
|
|
|
I u II
|
(6)
|
|
|
(iii)
|
il-punt 2.4. jinbidel b'dan li ġej:
2.4. Jistgħu jiġu kkombinati tnejn minn tliet sintomi fid-dijanjostika tal-monitoraġġ tal-kontinwità taċ-ċirkwiti kif ukoll tar-razzjonalità taċ-ċirkwiti, eż.
—
|
ċirkwiti għolja jew ċirkwiti miftuħa u baxxi;
|
—
|
ċirkwiti għolja u baxxi jew ċirkwiti miftuħa;
|
—
|
sinjal barra mill-medda jew prestazzjoni taċ-ċirkwiti u sinjal imwaħħal;
|
—
|
ċirkwiti għolja u barra mill-medda għolja jew ċirkwiti baxxi u barra mill-medda baxxi.”;
|
|
|
(f)
|
jiżdiedu l-Appendiċijiet 3, 4 u 5 li ġejjin: “
Appendiċi 3
Proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu
1. Introduzzjoni
1.1. Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu ta' moniter speċifiku M tar-rekwiżiti tas-sistemi OBD (IUPR M) għal vetturi L3e, L5e-A u L7e-A b'approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.
2. Verifika tal-IUPR M
2.1. Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar talbiet waqt il-garanzija, xogħlijiet ta' tiswija waqt il-garanzija u ħsarat fl-OBD irrekordjati waqt il-manutenzjoni, skont format maqbul fl-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u s-sustanza tal-ħsarat għal komponenti u għal sistemi marbuta mal-emissjonijiet. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati minn tal-inqas darba fiċ-ċiklu ta' produzzjoni tal-vettura, għal kull mudell ta' vettura għad-durata ta' ħames snin mill-produzzjoni jew għad-distanza kif stabbilit fl-Anness VII(A) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.
2.2. Parametri li jiddefinixxu l-familja tal-IUPR
Għad-definizzjoni tal-familja tal-IUPR, għandhom jintużaw il-parametri tal-familja tal-OBD elenkati fl-Appendiċi 5.
2.3. Rekwiżiti ta' informazzjoni
Il-verifika tal-IUPR M issir mill-awtorità tal-approvazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur. B'mod partikolari, din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
2.3.1.
|
L-isem u l-indirizz tal-manifattur;
|
2.3.2.
|
L-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fl-oqsma koperti mill-informazzjoni tal-manifattur;
|
2.3.3.
|
L-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inklużi fl-informazzjoni tal-manifattur;
|
2.3.4.
|
Meta jkun xieraq, il-lista tat-tipi ta' vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur, jiġifieri għall-OBD u għall-IUPR M, il-familja tal-OBD skont l-Appendiċi 5;
|
2.3.5.
|
Il-kodiċijiet tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN) applikabbli għal dawn it-tipi ta' vetturi fil-familja (il-prefiss tal-VIN);
|
2.3.6.
|
In-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta' vetturi fil-familja tal-IUPR, inklużi, meta jkun applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet kollha u tat-tiswijiet fil-post/tas-sejħiet lura (minħabba difetti mill-fabbrika);
|
2.3.7.
|
Id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/tas-sejħiet lura għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur (jekk jintalbu mill-awtorità tal-approvazzjoni);
|
2.3.8.
|
Il-perjodu ta' żmien li matulu nġabret l-informazzjoni tal-manifattur;
|
2.3.9.
|
Il-perjodu tal-bini tal-vettura kopert mill-informazzjoni tal-manifattur (eż. il-vetturi mmanifatturati matul is-sena kalendarja tal-2017);
|
2.3.10.
|
Il-proċedura ta' kontroll tal-IUPR M tal-manifattur, inklużi:
(a)
|
il-metodu biex tinstab il-vettura;
|
(b)
|
il-kriterji tal-għażla u tal-esklużjoni tal-vettura;
|
(c)
|
it-tipi ta' testijiet u l-proċeduri li ntużaw għall-programm;
|
(d)
|
il-kriterji tal-aċċettazzjoni/tal-esklużjoni tal-manifattur għall-grupp tal-familja;
|
(e)
|
iż-żona/i ġeografika/ġeografiċi mnejn il-manifattur ġabar l-informazzjoni;
|
(f)
|
id-daqs tal-kampjun u l-pjan tal-kampjunar li ntużaw.
|
|
2.3.11.
|
Ir-riżultati mill-proċedura tal-IUPR M tal-manifattur, inklużi:
(a)
|
l-identifikazzjoni tal-vetturi inklużi fil-programm (kemm jekk ittestjati u kemm jekk le). L-identifikazzjoni għandha tinkludi dawn li ġejjin:
—
|
in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN);
|
—
|
ir-reġjun tal-użu (meta jkun magħruf);
|
—
|
id-data tal-manifattura.
|
|
(b)
|
ir-raġuni(jiet) għall-esklużjoni ta' vettura mill-kampjun;
|
(c)
|
id-dejta tat-test, inklużi dawn li ġejjin:
—
|
id-data tat-test/tat-tniżżil;
|
—
|
il-post li fih sar it-test/it-tniżżil;
|
—
|
id-dejta kollha, kif meħtieġ skont il-punt 4.1.6. tal-Appendiċi 1, imniżżla mill-vettura;
|
—
|
il-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu għal kull moniter li jrid jiġi rrappurtat.
|
|
|
2.3.12.
|
Għall-kampjunar tal-IUPR M, dan li ġej:
(a)
|
il-medja tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-IUPR M tal-vetturi magħżula kollha għal kull moniter skont il-punt 4.1.4. tal-Appendiċi 1.
|
(b)
|
Il-persentaġġ ta' vetturi magħżula, li jkollhom IUPR M li jkun ≥ mill-/il-valur minimu applikabbli għall-moniter skont il-punt 4.1.4. tal-Appendiċi 1.
|
|
3. Għażla tal-vetturi għall-IUPR M
3.1. Il-kampjunar tal-manifattur għandu jittieħed minn tal-inqas minn żewġ Stati Membri b'kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi li jkunu sostanzjalment differenti (sakemm ma jkunux disponibbli biss fis-suq ta' Stat Membru wieħed). Fl-għażla tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fatturi bħad-differenzi fil-fjuwils, il-kundizzjonijiet ambjentali, il-veloċitajiet medji fit-toroq, u d-diverġenza bejn is-sewqan urban u s-sewqan fl-awtostrada.
Għall-ittestjar tal-IUPR M, għandhom jiġu inklużi fil-kampjun tat-test dawk il-vetturi biss li jissodisfaw il-kriterji tal-punt. 2.3. tal-Appendiċi 4.
3.2. Fl-għażla tal-Istati Membri għall-kampjunar tal-vetturi, il-manifattur jista' jagħżel vetturi minn Stat Membru li jitqies bħala partikolarment rappreżentattiv. F'dan il-każ, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-għażla hija rappreżentattiva (eż. billi s-suq ikollu l-ikbar bejgħ annwali ta' familja ta' vetturi fl-Unjoni). Meta familja teħtieġ li jiġi ttestjat iktar minn lott wieħed ta' kampjuni, kif ġie ddefinit fil-punt 3.3., il-vetturi fit-tieni u fit-tielet lottijiet ta' kampjuni għandhom jirriflettu kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun.
3.3. Daqs tal-kampjun
3.3.1. In-numru ta' lottijiet ta' kampjuni għandu jiddependi fuq il-volum ta' bejgħ annwali ta' familja tal-OBD fl-Unjoni, kif ġie ddefinit fit-tabella li ġejja:
Reġistrazzjonijiet fl-UE
kull sena kalendarja (għal testijiet tal-emissjonijiet tat-tailpipe),
ta' vetturi ta' familja OBD b'IUPR fil-perjodu ta' kampjunar
|
Numru ta' lottijiet ta' kampjuni
|
sa 100 000
|
1
|
minn 100 001 sa 200 000
|
2
|
iżjed minn 200 000
|
3
|
3.3.2. Għall-IUPR, in-numru ta' lottijiet ta' kampjuni li jrid jittieħed huwa deskritt fit-tabella tal-punt 3.3.1. u huwa bbażat fuq in-numru ta' vetturi ta' familja tal-IUPR li huma approvati b'IUPR.
Għall-ewwel perjodu ta' kampjunar ta' familja tal-IUPR, it-tipi kollha ta' vetturi fil-familja li huma approvati b'IUPR għandhom jitqiesu bħala soġġetti għall-kampjunar. Għall-perjodi sussegwenti ta' kampjunar, huma biss it-tipi ta' vetturi li ma kinux ġew ittestjati qabel jew li huma koperti minn approvazzjonijiet tal-emissjonijiet li ġew estiżi mill-perjodu ta' kampjunar preċedenti li għandhom jitqiesu bħala soġġetti għall-kampjunar.
Għal familji li jikkonsistu minn inqas minn 5 000 reġistrazzjoni fl-UE li huma soġġetti għall-kampjunar fil-perjodu ta' kampjunar, in-numru minimu ta' vetturi f'lott ta' kampjuni huwa sitta. Għall-familji l-oħra kollha, in-numru minimu ta' vetturi f'lott ta' kampjuni li jrid jiġi kkampjunat huwa ħmistax.
Kull lott ta' kampjuni għandu jirrappreżenta b'mod adegwat il-mudell tal-bejgħ, jiġifieri minn tal-inqas għandhom jiġu rrappreżentati t-tipi ta' vetturi b'volum għoli (≥ 20 % tat-total tal-familja).
Il-vetturi ta' produzzjonijiet ta' serje żgħar b'inqas minn 1 000 vettura għal kull familja tal-OBD huma eżentati mir-rekwiżiti minimi tal-IUPR kif ukoll mir-rekwiżit li juru dawn lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.
4. Abbażi tal-verifika msemmija fit-Taqsima 2, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a)
|
tiddeċiedi li l-familja tal-IUPR hija sodisfaċenti u ma tieħu l-ebda azzjoni ulterjuri;
|
(b)
|
tiddeċiedi li d-dejta pprovduta mill-manifattur mhijiex biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni u titlob informazzjoni addizzjonali jew dejta addizzjonali tat-test mingħand il-manifattur;
|
(c)
|
tiddeċiedi li abbażi tad-dejta mill-programmi tal-ittestjar tas-sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni jew tal-Istat Membru, dik l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur mhijiex biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni u titlob informazzjoni addizzjonali jew dejta addizzjonali tat-test mingħand il-manifattur;
|
(d)
|
tiddeċiedi li l-eżitu tal-verifika għall-familja tal-IUPR mhuwiex sodisfaċenti u tipproċedi biex tali tip ta' vettura jew familja tal-IUPR jiġu ttestjati skont l-Appendiċi 1.
|
Jekk skont il-verifika IUPR M, il-kriterji tat-test tal-punt 3.2. tal-Appendiċi 4 jiġu ssodisfati għall-vetturi f'lott ta' kampjuni, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip trid tieħu l-azzjoni ulterjuri deskritta fil-punt (d) ta' dan il-punt.
4.1. L-awtorità tal-approvazzjoni, f'kooperazzjoni mal-manifattur, għandha tagħżel kampjun ta' vetturi b'biżżejjed kilometraġġ u li l-użu tagħhom f'kundizzjonijiet normali jista' jiġi żgurat b'mod raġonevoli. Il-manifattur għandu jiġi kkonsultat dwar l-għażla tal-vetturi fil-kampjun u jitħalla jattendi għall-kontrolli konfermatorji tal-vetturi.
Appendiċi 4
Kriterji tal-għażla għal vetturi fir-rigward tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni waqt l-użu
1. Introduzzjoni
1.1. Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kriterji msemmija fit-Taqsima 4 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness fir-rigward tal-għażla ta' vetturi għall-ittestjar u għall-proċeduri għal IUPR M.
2. Kriterji tal-għażla
Il-kriterji għall-aċċettazzjoni ta' vettura magħżula huma ddefiniti għal IUPR M fit-Taqsimiet 2.1. sa 2.5.
2.1. Il-vettura għandha tappartjeni għal tip ta' vettura bl-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u tkun koperta b'ċertifikat ta' konformità skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 901/2014 (3). Għall-kontroll tal-IUPR M, il-vettura għandha tkun approvata għall-istandard OBD tal-istadju II jew ta' wara. Din għandha tkun irreġistrata u ntużat fl-Unjoni.
2.2. Il-vettura għandha tkun ilha tintuża għal minn tal-inqas 3 000 km jew għal sitt xhur, skont liema minnhom jiġi wara, u għal mhux iżjed mill-kilometraġġi ta' durabbiltà mogħtija għall-kategorija rilevanti ta' vetturi msemmija fl-Anness VII(A) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew għal ħames snin, skont liema minnhom jiġi l-ewwel.
2.3. Għall-kontroll tal-IUPR M, il-kampjun tat-test għandu jinkludi biss vetturi li:
(a)
|
ġabru biżżejjed dejta dwar it-tħaddim tal-vettura biex il-moniter jiġi ttestjat.
Fil-każ ta' moniters meħtieġa biex jiġi ssodisfat il-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-moniter u biex tiġi ttraċċata u rrappurtata d-dejta dwar il-proporzjon skont il-punt 4.6.1. tal-Appendiċi 1, biżżejjed dejta dwar it-tħaddim tal-vettura għandha tfisser li d-denominatur jissodisfa l-kriterji stabbiliti hawn taħt. Sabiex il-moniter jiġi ttestjat, id-denominatur, kif iddefinit fil-punti 4.3. u 4.5. tal-Appendiċi 1, irid ikollu valur ugwali jew ikbar minn wieħed mill-valuri li ġejjin:
(i)
|
15 fil-każ ta' moniters tas-sistema evaporattiva, moniters tas-sistema tal-arja sekondarja, u moniters li jużaw denominatur inkrimentat skont il-punt 4.3.2. tal-Appendiċi 1 (eż. moniters tal-istartjar b'magna kiesħa, moniters tas-sistema tal-arja kkondizzjonata, eċċ.); jew
|
(ii)
|
5 fil-każ ta' moniters tal-filtru tal-materja partikulata u moniters tal-katalizzatur tal-ossidazzjoni li jużaw denominatur inkrimentat skont il-punt 4.3.2. tal-Appendiċi 1; jew
|
(iii)
|
30 fil-każ ta' moniters tal-katalizzatur, tas-sensur tal-ossiġenu, tal-EGR, tal-VVT u għal kull moniter ieħor tal-komponenti.
|
|
(b)
|
ma jkunux ġew imbagħbsa jew mgħammra b'partijiet miżjuda jew immodifikati li jwasslu biex is-sistema tal-OBD ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness XII.
|
2.3. Jekk tkun saret xi manutenzjoni, din għandha tkun skont l-intervalli rrakkomandati mill-manifattur għall-manutenzjoni.
2.4. Il-vettura ma għandha turi l-ebda indikazzjoni ta' abbuż (eż. tlielaq, tagħbija eċċessiva, alimentazzjoni bi fjuwil ħażin, jew użu ħażin ieħor), jew ta' fatturi oħra (eż. tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-emissjonijiet. Għandhom jitqiesu l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-kilometraġġ maħżuna fil-kompjuter. Vettura ma għandhiex tintgħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura tħaddmet wara li nħażen xi kodiċi tal-ħsara u li ma saritx tiswija relattivament fil-pront.
2.5. Ma għandhiex tkun saret xi tiswija maġġuri mhux awtorizzata fuq il-magna jew xi tiswija maġġuri tal-vettura.
3. Pjan tal-miżuri ta' rimedju
3.1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha titlob lill-manifattur jippreżenta pjan tal-miżuri ta' rimedju biex jiġi rrimedjat in-nuqqas ta' konformità meta:
3.2. Għall-IUPR M ta' moniter M partikolari, il-kundizzjonijiet statistiċi li ġejjin ikunu ssodisfati f'kampjun tat-test, li d-daqs tiegħu jkun iddeterminat skont il-punt 3.3.1. tal-Appendiċi 3.
Għall-vetturi ċċertifikati għal proporzjon ta' 0,1 skont il-punt 4.1.4. tal-Appendiċi 1, id-dejta miġbura mill-vetturi tindika għal minn tal-inqas moniter M wieħed fil-kampjun tat-test, jew li l-proporzjon medju tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-kampjun tat-test huwa inqas minn 0,1 jew inkella li 66 fil-mija jew iktar tal-vetturi fil-kampjun tat-test għandhom proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-moniter ta' inqas minn 0,1.
3.3. Il-pjan tal-miżuri ta' rimedju għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip mhux iktar tard minn 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-punt 3.1. Fi żmien 30 jum tax-xogħol, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddikjara l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha fir-rigward tal-pjan tal-miżuri ta' rimedju. Madankollu, għandha tingħata estensjoni meta l-manifattur ikun jista' juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-approvazzjoni tat-tip, li hemm bżonn ta' iktar żmien għall-investigazzjoni tan-nuqqas ta' konformità sabiex jiġi ppreżentat pjan tal-miżuri ta' rimedju.
3.4. Il-miżuri ta' rimedju għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li x'aktarx jiġu affettwati mill-istess difett. Il-ħtieġa li jiġu emendati d-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi vvalutata.
3.5. Il-manifattur għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha relatati mal-pjan tal-miżuri ta' rimedju, u għandu jżomm ukoll rekord tal-kampanja tas-sejħiet lura, u jipprovdi rapporti ta' status regolari lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.
3.6. Il-pjan tal-miżuri ta' rimedju għandu jinkludi r-rekwiżiti speċifikati fil-punti 3.6.1. sa 3.6.11. Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru uniku ta' identifikazzjoni lill-pjan tal-miżuri ta' rimedju.
3.6.1. Deskrizzjoni ta' kull tip ta' vettura inkluż fil-pjan tal-miżuri ta' rimedju.
3.6.2. Deskrizzjoni tal-modifiki, tal-alterazzjonijiet, tat-tiswijiet, tal-korrezzjonijiet, tal-aġġustamenti speċifiċi, jew ta' bidliet oħra li jridu jsiru biex il-vetturi jkunu konformi, inkluż sommarju qasir tad-dejta u tal-istudji tekniċi li jappoġġaw id-deċiżjoni tal-manifattur fir-rigward tal-miżuri partikolari li jridu jittieħdu biex jiġi rrimedjat in-nuqqas ta' konformità.
3.6.3. Deskrizzjoni tal-metodu li permezz tiegħu l-manifattur jinforma lis-sidien tal-vetturi.
3.6.4. Deskrizzjoni tal-manutenzjoni xierqa jew tal-użu xieraq, jekk ikun hemm, li l-manifattur jistipula bħala kundizzjoni ta' eliġibbiltà għal tiswija skont il-pjan tal-miżuri ta' rimedju, u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-manifattur impona kwalunkwe kundizzjoni bħal din. Ma tista' tiġi imposta l-ebda kundizzjoni fuq il-manutenzjoni jew l-użu sakemm ma jkunx jista' jintwera li hija relatata man-nuqqas ta' konformità u mal-miżuri ta' rimedju.
3.6.5. Deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita mis-sidien tal-vetturi biex jiġi rrimedjat in-nuqqas ta' konformità. Din għandha tinkludi data li warajha jistgħu jittieħdu l-miżuri ta' rimedju, iż-żmien stmat biex il-workshop iwettaq it-tiswijiet u fejn dawn jistgħu jsiru. It-tiswija għandha ssir malajr, fi żmien raġonevoli wara li tiġi kkonsenjata l-vettura.
3.6.6. Kopja tal-informazzjoni trażmessa lis-sid tal-vettura.
3.6.7. Deskrizzjoni qasira tas-sistema li juża l-manifattur biex jiżgura provvista adegwata ta' komponenti jew ta' sistemi biex ikun jista' jwettaq l-azzjoni ta' rimedju. Għandu jiġi indikat meta se jkun hemm provvista adegwata ta' komponenti jew ta' sistemi biex tinbeda l-kampanja.
3.6.8. Kopja tal-istruzzjonijiet kollha trid tintbagħat lil dawk il-persuni li jkunu se jagħmlu t-tiswija.
3.6.9. Deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri ta' rimedju proposti fuq l-emissjonijiet, il-konsum tal-fjuwil, l-abbiltà tas-sewqan u s-sikurezza ta' kull tip ta' vettura, koperti mill-pjan tal-miżuri ta' rimedju b'dejta, studji tekniċi, eċċ. li jappoġġaw dawn il-konklużjonijiet.
3.6.10. Kwalunkwe informazzjoni, rapport jew dejta oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista' tiddetermina b'mod raġonevoli li huma meħtieġa biex jiġi evalwat il-pjan tal-miżuri ta' rimedju.
3.6.11. Meta l-pjan tal-miżuri ta' rimedju jinkludi sejħa lura, għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip deskrizzjoni tal-metodu biex ikun hemm rekord tat-tiswija. Jekk tintuża tikketta, għandu jiġi ppreżentat eżempju tagħha.
3.7. Il-manifattur jista' jintalab iwettaq testijiet iddisinjati b'mod raġonevoli u meħtieġa fuq komponenti u fuq vetturi li jinkorporaw bidla, tiswija jew modifika proposta biex tintwera l-effettività tal-bidla, tat-tiswija jew tal-modifika.
3.8. Il-manifattur huwa responsabbli milli jżomm rekord ta' kull vettura li tissejjaħ lura u tissewwa u tal-workshop li jagħmel it-tiswija. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha aċċess għar-rekord meta titolbu għal perjodu ta' ħames snin mill-implimentazzjoni tal-pjan tal-miżuri ta' rimedju.
3.9. It-tiswija u/jew il-modifika jew iż-żieda ta' tagħmir ġdid għandhom jiġu rrekordjati f'ċertifikat ipprovdut mill-manifattur lis-sid tal-vettura.
Appendiċi 5
Familja tad-dijanjostika abbord
1. Introduzzjoni
1.1. Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kriterji biex tiġi ddefinita familja tal-OBD kif imsemmi fl-Appendiċijiet 3 u 4
2. Kriterji tal-għażla
It-tipi ta' vetturi li għalihom minn tal-inqas il-parametri deskritti hawn taħt huma identiċi jitqiesu li jappartjenu għall-istess kombinazzjoni ta' magna/kontroll tal-emissjonijiet/sistema tal-OBD.
2.2. Magna:
—
|
il-proċess ta' kombustjoni (jiġifieri positive ignition/tqabbid bil-kompressjoni, two stroke/four stroke/rotatorja),
|
—
|
il-metodu ta' alimentazzjoni tal-magna (jiġifieri injezzjoni tal-fjuwil minn punt wieħed jew minn diversi punti),
|
—
|
it-tip ta' fjuwil (jiġifieri petrol, diżil, flex fjuwil petrol/etanol, flex fjuwil diżil/bijodiżil, NG/bijometan, LPG, petrol/NG/bijometan b'żewġ fjuwils, petrol/LPG b'żewġ fjuwils),
|
2.3. Sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet:
—
|
it-tip ta' konvertitur katalitiku (jiġifieri katalizzatur tal-ossidazzjoni, katalizzatur tridirezzjonali, katalizzatur imsaħħan, SCR, katalizzatur ieħor),
|
—
|
it-tip ta' filtru tal-materja partikulata,
|
—
|
l-injezzjoni tal-arja sekondarja (jiġifieri biha jew mingħajrha),
|
—
|
ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (jiġifieri biha jew mingħajrha),
|
2.4. Partijiet u funzjonament tal-OBD:
—
|
il-metodi tal-monitoraġġ funzjonali tal-OBD, tal-individwazzjoni tal-ħsarat u tal-indikazzjoni tal-ħsarat lis-sewwieq tal-vettura.
|
” |
|