EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0286

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/286 tas-26 ta' Frar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 55, 27.2.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/286/oj

27.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/286

tas-26 ta' Frar 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jelenka l-bastimenti li għandhom jiġu maqbuda, jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun speċifika dan. Huwa jelenka wkoll il-bastimenti li għalihom l-aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni huwa pprojbit, jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun speċifika dan.

(3)

Fis-26 ta' Frar 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/293 (2) li tibdel l-istruttura tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (3), liema anness jelenka l-bastimenti li ġew iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(2)  Ara l-paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).


ANNESS

L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS XIV

Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1) u l-miżuri applikabbli kif speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet

A.

Bastimenti soġġetti għal qbid

B.

Bastimenti pprojbiti milli jidħlu fil-portijiet

1.

Isem: PETREL 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9562233. MMSI: 620233000

2.

Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597. MMSI: 341985000

3.

Isem: TONG SAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8937675. MMSI: 445539000

4.

Isem: JIE SHUN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518780. MMSI: 514569000

5.

Isem: BILLIONS NO. 18

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9191773

6.

Isem: UL JI BONG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9114556

7.

Isem: RUNG RA 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9020534

8.

Isem: RYE SONG GANG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7389704

”.

Top