This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0139
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/139 of 29 January 2018 amending Regulation (EC) No 1033/2006 as regards references to ICAO provisions (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139 tad-29 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1033/2006 fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139 tad-29 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1033/2006 fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/0441
ĠU L 25, 30.1.2018, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 04/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1772
|
30.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/139
tad-29 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1033/2006 fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament tal-interoperabbiltà) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,
Billi:
|
(1) |
Il-punt (16) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 (2) jirreferi għad-definizzjonijiet stabbiliti fil-Volum 1 tal-Proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-ICAO) għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — l-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru (PANS-OPS, Doc 8168), u b'mod aktar speċifiku għall-ħames edizzjoni tiegħu tal-2006 li tinkludi l-Emenda Nru 6. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-ICAO emendat Doc 8168, biex jinkorpora l-Emenda Nru 7. |
|
(2) |
Il-Punt 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1033/2006 jirreferi għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM, Doc 4444), u b'mod aktar speċifiku għall-15-il edizzjoni tiegħu tal-2007 li tinkludi l-Emenda Nru 6. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-ICAO emendat Doc 4444, biex jinkorpora l-Emenda Nru 7 A. |
|
(3) |
Ir-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 għal Doc 8168 u Doc 4444 għandhom jiġu aġġornati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom, u sabiex tkun żgurata l-konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(2), il-punt 16 jinbidel b'li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness, il-punt 2 jinbidel b'li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46).