EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0122

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/122 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/6967

ĠU L 22, 26.1.2018, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/122/oj

26.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/122

tal-20 ta' Ottubru 2017

li jemenda l-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jirrikjedi li t-tikkettar jindika l-kompożizzjoni tal-fibra ta' prodotti tat-tessut, b'verifiki li jitwettqu permezz ta' analiżi tal-konformità ta' dawk il-prodotti mal-indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tabella.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011, manifattur ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex il-“poliakrilat” jiġi inkluż bħala isem ġdid ta' fibra tat-tessut fil-lista stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet tinkludi fajl tekniku li jissodisfa l-ħtiġiet minimi speċifikati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(3)

Wara li vvalutat l-applikazzjoni għal isem ġdid ta' fibra tat-tessut u wara li wettqet konsultazzjoni pubblika fuq is-sit web Europa, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri u ma' partijiet interessati, ikkonkludiet li l-isem ġdid ta' fibra tat-tessut “poliakrilat” għandu jiżdied mal-lista ta' ismijiet ta' fibri tat-tessut stipulata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011.

(4)

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 għandu jiġi emendat, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni proposta ta' isem ġdid ta' fibra tat-tessut u l-metodi proposti ta' identifikazzjoni u kwantifikazzjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jistabbilixxi lista ta' prodotti tat-tessut li għalihom it-tikkettar inklużiv huwa suffiċjenti. Dik il-lista tinkludi ħajt tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet żgħar b'piż nett ta' gramma (1) jew inqas. Madankollu, minħabba l-progress tekniku, dak il-prodott partikolari tat-tessut ma għadux jiġi ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet ta' piż nett ta' gramma (1) jew anqas. Għaldaqstant, il-lista ta' prodotti tat-tessut li jikkwalifikaw għat-tikkettar inklużiv stipulata fl-Anness VI għal dak ir-Regolament għandha tiġi aġġornata.

(6)

Sabiex ikun possibbli li jintużaw metodi uniformi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri tat-tessut, il-metodi tat-testijiet stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 għandhom jiġu emendati biex jinkludu l-fibra “poliakrilat”. Barra minn hekk, fl-Anness VIII ta' dak ir-Regolament għandu jiżdied metodu ta' ttestjar ġdid għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri tal-poliester u ta' ċerti fibri oħra.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jistabbilixxi wkoll supplimenti miftehma użati biex tiġi kkalkolata l-massa ta' fibri fi prodott tat-tessut. Għalhekk, il-valur tas-suppliment miftiehem għall-“poliakrilat” għandu jiżdied mal-lista stabbilita fl-Anness IX ta' dak ir-Regolament.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, II, VI, VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, tiżdied ir-ringiela 50 li ġejja:

“50

poliakrilat

fibra ffurmata minn makromollekuli inkroċjati b'aktar minn 35 % (massa) ta' gruppi ta' akrilat (aċidu, imluħa ħfief tal-metall jew esteri) u anqas minn 10 % (massa) ta' gruppi ta' akrilonitril fil-katina u sa 15 % (massa) ta' nitroġenu fl-inkroċjar”;

(2)

fl-Anness II, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:

(a)

il-punti (2) u (3) jinbidlu b'dan li ġej:

“(2)

Definizzjoni proposta tal-fibra tat-tessut:

Id-definizzjoni proposta għandha tiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-fibra. Il-karatteristiċi msemmija fid-definizzjoni tal-fibra l-ġdida tat-tessut, bħall-elastiċità, għandhom ikunu verifikabbli permezz ta' metodi standard ta' ttestjar li għandhom jingħataw mal-fajl tekniku flimkien mar-riżultati sperimentali tal-analiżi.

(3)

Identifikazzjoni tal-fibra tat-tessut: formula kimika, differenzi mill-fibri eżistenti tat-tessut, l-ispettru FTIR flimkien ma', fejn rilevanti, dejta fid-dettall bħall-punt tat-tidwib, id-densità, l-indiċi rifrattiv u kif jinħaraq.”;

(b)

il-punt (5) jinbidel b'dan li ġej:

“(5)

Metodi ta' identifikazzjoni u kwantifikazzjoni proposti, inkluża d-dejta sperimentali:

L-applikant għandu jevalwa l-possibbiltà li juża l-metodi elenkati fl-Anness VIII jew l-istandards armonizzati li għandhom jiġu introdotti f'dak l-Anness biex janalizza t-taħlitiet kummerċjali l-aktar mistennija tal-fibra l-ġdida tat-tessut ma' fibri oħra tat-tessut u għandu jipproponi tal-inqas wieħed minn dawn il-metodi. Għal dawk il-metodi jew għall-istandards armonizzati fejn il-fibra tat-tessut tista' titqies bħala komponent li ma jinħallx, l-applikant għandu jindika l-fatturi “d”, li jikkorrispondu mal-fatturi ta' korrezzjoni tal-massa li għandhom jiġu applikati għall-kalkoli (biex ikopru għat-telf fil-massa, magħruf li jseħħ matul l-analiżi) tal-fibra l-ġdida tat-tessut.

Jekk il-metodi elenkati f'dan ir-Regolament mhumiex adattati, l-applikant għandu jipprovdi raġunament adegwat u jipproponi metodu jew metodi ġodda. Il-metodu jew metodi ġodda proposti għandhom jiddeskrivu l-kamp ta' applikazzjoni (inklużi taħlitiet ta' fibri), il-prinċipju (notevolment il-proċess kimiku u l-passi), l-apparat u r-reaġent jew reaġenti, il-proċedura tat-test, il-kalkolu u l-espressjoni tar-riżultati (inkluż il-valur “d”), u l-preċiżjoni (limiti ta' kunfidenza tar-riżultati).

L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dejta sperimentali kollha, b'mod partikolari dik dwar il-karatteristiċi tal-fibra, l-identifikazzjoni u l-metodi ta' kwantifikazzjoni proposti. Mal-fajl għandha tingħata dejta dwar il-preċiżjoni, ir-robustezza u r-ripetittività tal-metodi”.

(c)

il-punt (7) jinbidel b'dan li ġej:

“(7)

Informazzjoni addizzjonali dwar il-proċess ta' produzzjoni u r-rilevanza għall-konsumatur li tappoġġa l-applikazzjoni:

Il-fajl tekniku għandu, tal-anqas, ikun fih informazzjoni dwar l-għadd ta' produtturi, il-lokalità tal-faċilitajiet tal-produzzjoni u d-disponibbiltà mistennija tas-suq għall-fibra l-ġdida jew għall-prodotti mmanifatturati minn dik il-fibra.”;

(d)

jiżdied dan il-punt (8):

“(8)

Disponibbiltà tal-kampjuni:

Il-manifattur jew kwalunkwe persuna li tkun qed taġixxi f'isem il-manifattur għandhom jipprovdu kampjuni rappreżentattivi tal-fibra l-ġdida pura tat-tessut u t-taħlitiet rilevanti tal-fibra tat-tessut meħtieġa biex jiġu vverifikati l-preċiżjoni, ir-robustezza u r-ripetittività tal-metodi ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni proposti. Il-Kummissjoni tista' titlob għal kampjuni addizzjonali ta' taħlitiet ta' fibri rilevanti mingħand il-manifattur jew il-persuna li taġixxi f'isem il-manifattur.”;

(3)

fl-Anness VI, il-partita 18 tinbidel b'dan li ġej:

“18.

Ħajt tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut”;

(4)

fl-Anness VIII, il-Kapitolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella ta' Sommarju tal-punt IV, tiżdied ir-ringiela li ġejja għall-metodu Nru 17:

“17

Poliester

Ċerti fibri oħra

Aċidu trikloroaċetiku u kloroform”;

(b)

il-metodu Nru 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb veru (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), broom (13), ramie (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), viscose (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).

Dan il-metodu fl-ebda ċirkustanza ma hu applikabbli għal fibri aċetati li ġew deaċetilati fil-wiċċ.”

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr għall-melamina u l-poliakrilat, li għalihom “d” huwa1,01.”;

(c)

il-punt 1.2 tal-metodu Nru 5 jinbidel f'dan li ġej:

“2.

triaċetat (24), polipropilen (37), elastolefin (46) melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).”;

(d)

il-punt 1.2 tal-metodu Nru 6 jinbidel f'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viscose (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).

Nota:

Il-fibri triaċetati li saritilhom l-aħħar passata li wasslet għal idrolisi parzjali ma jibqgħux jinħallu kompletament fir-reaġent. F'każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli.”;

(e)

il-metodu Nru 8 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viscose (25), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (45), elastolefin (46), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).

Huwa applikabbli bl-istess mod għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b'żebgħat premetallizzati, iżda mhux għal dawk miżbugħin b'żebgħat afterchrome.”;

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00, għajr fil-każ tas-suf, il-qoton, il-cupro, il-modal, il-poliester, l-elastomultiester, il-melamina u l-poliakrilat li għalihom il-valur “d” huwa 1,01.”

(f)

il-metodu Nru 9 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viscose (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), melamina (47), bikomponent tal-polipropilen/poliammid (49) u poliakrilat (50).

Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

Meta l-kontenut tal-poliammid jew najlon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.”

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr għall-melamina u l-poliakrilat, li għalihom “d” huwa 1,01.”;

(g)

il-metodu Nru 13 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3) ħarir (4), qoton (5), aċetat (19), cupro (21), modal (22), triaċetat (24), viscose (25), akrilik (26), polammid jew nylon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), melamina (47) u poliakrilat (50).”;

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr għall-melamina u l-poliakrilat, li għalihom “d” huwa 1,01.”;

(h)

il-metodu Nru 15 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), fibra tal-ħġieġ (44), melamina (47) u poliakrilat (50).

Fejn il-modakriliki jew l-elastani huma preżenti għandu l-ewwel jitwettaq test preliminari biex jiddetermina jekk il-fibra ddubx kompletament fir-reaġent.

Taħlitiet li fihom il-klorofibri jistgħu jiġu analizzati wkoll bl-użu tal-metodu Nru 9 jew 14.”;

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur “d” huwa 1,00 għajr fil-każ tal-poliakrilat li għalih “d” huwa 1,02, tal-ħarir u tal-melamina li għalihom “d” huwa 1.01, u tal-akrilik li għalih “d” huwa 0,98.”;

(i)

jiżdied il-metodu li ġej:

“METODU Nru 17

Poliester u ċerti fibri oħra

(metodu li juża l-aċidu trikloroaċetiku u l-kloroform)

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta' fibri, wara t-tneħħija ta' materja mhux fibruża, ta':

1.

poliester (35)

ma':

2.

poliakrilat (50)

2.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

Il-prinċipju, l-apparat u r-reaġent, il-proċedura tat-test, il-kalkolu u l-espressjoni tar-riżultati li japplikaw għal taħlitiet binarji ta' fibri ta' poliester ma' poliakrilat huma dawk deskritti fl-istandard EN ISO 1833-25:2013. Il-valur “d” huwa 1,01.”;

(5)

fl-Anness IX tiżdied l-annotazzjoni 50:

“50.

Poliakrilat

30,00”.


Top