This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0094
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/94 of 16 November 2017 fixing a flat-rate reduction for the import duty for sorghum in Spain imported from third countries
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/94 tas-16 ta' Novembru 2017 li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/94 tas-16 ta' Novembru 2017 li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi
C/2017/7514
ĠU L 17, 23.1.2018, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2018
|
23.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/7 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/94
tas-16 ta' Novembru 2017
li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-kuntest tal-ftehimiet konklużi fiċ-Ċiklu tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali (2), l-Unjoni ntrabtet li tippermetti lil Spanja timporta kwantità ta' 300 000 tunnellata sorgu fis-sena. |
|
(2) |
Bejn l-1 ta' Jannar 2017 u s-7 ta' Awwissu 2017, 103 967 tunnellata sorgu ġew importati fi Spanja. Matul dak il-perjodu, id-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu kien stipulat fi EUR 0 kull tunnellata, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (3). Mit-8 ta' Awwissu 2017, u wara l-introduzzjoni mill-ġdid ta' dazju tal-importazzjoni ta' aktar minn żero għas-sorgu skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010, 26 250 tunnellata sorgu ġew importati fi Spanja. |
|
(3) |
Biex jiġi żgurat li l-kwoti tal-importazzjoni jintużaw bis-sħiħ, l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (4) jipprevedi li jista' jiġi applikat tnaqqis għad-dazju tal-importazzjoni ffissat skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010. |
|
(4) |
Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq tas-sorgu, partikularment il-fatt li l-prezz tas-sorgu fis-suq dinji huwa ogħla minn dak tal-qamħirrum, huwa meħtieġ li jiġi applikat tnaqqis b'rata fissa ta' 100 % għad-dazju tal-importazzjoni ffissat skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 fir-rigward tal-kwantitajiet ta' sorgu maħsubin għall-importazzjoni fi Spanja taħt il-kwota tariffarja miftuħa fl-1 ta' Jannar 2017 skont ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-limiti ta' żmien marbutin mal-adozzjoni ta' att delegat u l-ħtieġa li jkun permess l-użu bis-sħiħ tal-kwota tal-importazzjoni, jixraq li tiġi prevista l-applikazzjoni tat-tnaqqis b'rata fissa għal perjodu li jmur lil hinn mis-sena tal-kwota 2017, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tnaqqis b'rata fissa tad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, huwa b'dan stabbilit għal 100 % tad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu ffissat skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010. Dan it-tnaqqis għandu japplika għall-bilanċ disponibbli tal-kwantitajiet tas-sorgu maħsub li jiġi importat fi Spanja taħt il-kwota tariffarja miftuħa fl-1 ta' Jannar 2017 skont ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jiskadi fit-28 ta' Frar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fiċ-Ċiklu tal-Urugwaj tan-negozjati multilaterali (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57).