This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0083
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/83 of 19 January 2018 amending Annex I to Regulation (EU) No 605/2010 as regards the list of third countries or parts thereof from which the introduction into the European Union of consignments of raw milk, dairy products, colostrum and colostrum-based products is authorised (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/83 tad-19 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/83 tad-19 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/0164
ĠU L 16, 20.1.2018, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
20.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/83
tad-19 ta' Jannar 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru u l-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dawn il-kunsinni. |
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma awtorizzati li jdaħħlu fl-Unjoni kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru u tindika t-tip ta' trattament meħtieġ għal dawn il-prodotti. L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 jistipula li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib miksuba mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli, jew, fejn awtorizzat speċifikament fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, mill-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius mill-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma fir-riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C ta' dak l-Anness, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn trattament, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn trattament bħal dan kif imsemmi f'dak l-Artikolu. |
(3) |
L-Emirat ta' Abu Dabi tal-Emirati Għarab Magħquda, li huwa pajjiż terz mhux elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali bħala ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer, esprima interess li jesporta lejn l-Unjoni prodotti tal-ħalib mhux ipproċessat li ġej mill-iġmla dromedarji wara trattament fiżiku jew kimiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 605/2010. |
(4) |
L-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib tal-iġmla dromedarji diġà kienet ingħatat lill-Emirat ta' Dubaj permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 300/2013 (4). Is-sistemi ta' kontroll fis-seħħ f'Abu Dabi jirriflettu dawk li huma fis-seħħ f'Dubaj. L-Emirat ta' Abu Dabi bagħat l-informazzjoni rilevanti dwar is-sistemi u l-kontrolli fis-seħħ għall-produzzjoni ta' prodotti tal-ħalib tal-iġmla dromedarji lis-servizzi ta' spezzjoni tal-Kummissjoni. |
(5) |
Abbażi ta' dik l-informazzjoni wieħed jista' jikkonkludi li l-Emirat ta' Abu Dabi jista' jipprovdi l-garanziji meħtieġa li jiżguraw li l-prodotti tal-ħalib manifatturati fl-Emirat ta' Abu Dabi minn ħalib mhux ipproċessat tal-iġmla dromedarji huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom li qegħdin fir-riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010. |
(6) |
Biex jiġu awtorizzati importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla dromedarji minn ċerti partijiet tat-territorju tal-Emirati Għarab Magħquda, jenħtieġ li l-Emirat ta' Abu Dabi jinżied mal-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom imsemmijin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, b'indikazzjoni li l-awtorizzazzjoni stipulata fil-Kolonna C ta' dik il-lista tapplika biss għal prodotti tal-ħalib manifatturati mill-ħalib ta' dik l-ispeċi. |
(7) |
Il-Montenegro talab lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru fl-Unjoni. Il-Montenegro huwa pajjiż terz elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali bħala ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) mingħajr tilqim. |
(8) |
Il-Kummissjoni wettqet kontrolli veterinarji fil-Montenegro. Ir-riżultati tat-tali kontrolli wrew ċerti nuqqasijiet b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' saħħa pubblika fl-istabbilimenti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Montenegro bħalissa qegħdin jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. |
(9) |
Madankollu, abbażi tas-sitwazzjoni favorevoli tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-FMD fil-Montenegro, huwa xieraq li l-Montenegro jinżied mal-Kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010. Jenħtieġ li din iż-żieda mal-lista tal-Anness I tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' prodotti mill-annimali b'mod partikolari dawk li huma relatati mal-elenkar tal-istabbilimenti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 605/2010 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-Tabella fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 hija emendata kif ġej:
(a) |
l-entrata tal-Emirati Għarab Magħquda hija sostitwita b'din li ġejja:
|
(b) |
tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-Marokk:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 300/2013 tas-27 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 605/2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali u ta' saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 71).