Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0031

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/31 tal-10 ta' Jannar 2018 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

ĠU L 6, 11.1.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/31/oj

11.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/31

tal-10 ta' Jannar 2018

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(2)

Fl-20 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, neħħa persuna mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ li dik il-persuna titneħħa mill-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 huwa b'dan emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KRALEVA


(1)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, l-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija mħassra:

11.

Sanha CLUSSÉ.


Top