Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018L1027

    Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1027 tad-19 ta' Lulju 2018 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward ta' distanzi ta' iżolament għal Sorghum spp (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/4358

    ĠU L 184, 20.7.2018, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2018/1027/oj

    20.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 184/4


    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1027

    tad-19 ta' Lulju 2018

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward ta' distanzi ta' iżolament għal Sorghum spp

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing ta' żerriegħa tal-ġwież (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni taż-żerriegħa previsti fid-Direttiva 66/402/KEE huma bbażati fuq standards stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD).

    (2)

    Fil-Laqgħa Annwali tal-2017 tal-OECD dwar għall-Iskemi taż-Żerriegħa, l-istandard għal distanzi ta' iżolament għall-kultivazzjoni ta' Sorghum spp. ġie emendat b'mod partikolari biex jiġu kkunsidrati żoni fejn il-preżenza ta' S. halepense jew S. sudanense hija kwistjoni partikolari ta' dakkir inkroċjat.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 66/402/KEE tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 66/402/KEE

    L-Anness I tad-Direttiva 66/402/KEE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2019.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom immedjetament jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.


    ANNESS

    Il-Punt 2 tal-Anness I tad-Direttiva 66/402/KEE jinbidel b'li ġej:

    “2.

    L-għelejjel għandhom jikkonformaw fir-rigward id-distanzi mis-sorsi fil-viċin tat-trab tad-dakra li jistgħu jirriżultaw f'dakkir barrani mhux mixtieq:

    Għelejjel

    Distanza minima

    Phalaris canariensis, Secale cereale minbarra ibridi:

     

    għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

    300 m

    għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

    250 m

    Sorghum spp.

     

    għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika (*1)

    400 m

    għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata (*1)

    200 m

     

     

    xTriticosecale, varjetajiet li jdakkru lilhom infushom

     

    għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

    50 m

    għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

    20 m

    Zea mays

    200 m

    Id-distanzi minimi mniżżla fit-tabella hawn fuq jistgħu jiġu injorati jekk hemm protezzjoni suffiċjenti minn kwalunkwe trab tad-dakra mhux mixtieq.”


    (*1)  F'dawn iż-żoni fejn il-preżenza ta' S. halepense jew S. sudanense titratta kwistjoni ta' dakkir inkroċjat partikolari, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    l-għelejjel għandhom jipproduċu ż-żerriegħa bażika ta' Sorghum bicolor jew l-ibridi taghħa jridu jiġi iżolati mhux inqas minn 800 m 'l bogħod minn kwalunkwe sors ta' tali trab tad-dakra li jikkontamina;

    (b)

    l-għelejjel għandhom jipproduċu ż-żerriegħa ċċertifikata ta' Sorghum bicolor jew l-ibridi taghħa jridu jiġi iżolati mhux inqas minn 400 m'l bogħod minn kwalunkwe sors ta' tali trab tad-dakra li jikkontamina.


    Top