Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018L0822R(03)

    Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli (ĠU L 139, 5.6.2018)

    ST/15864/2018/INIT

    ĠU L 31, 1.2.2019, p. 108–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/822/corrigendum/2019-02-01/oj

    1.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/108


    Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 139 tal-5 ta' Ġunju 2018 )

    Fil-paġna 8, l-Artikolu 1, il-punt (2) (fir-rigward tal-Artikolu 8ab(12) ġdid),

    minflok:

    “12.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li l-intermedjarji u l-kontribwenti rilevanti jippreżentaw informazzjoni dwar l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli li l-ewwel pass tagħhom ikun ġie implimentat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-intermedjarji u l-kontribwenti rilevanti, skont kif meħtieġ, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli sal-31 ta' Awwissu 2020.”,

    aqra:

    “12.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li l-intermedjarji u l-kontribwenti rilevanti jippreżentaw informazzjoni dwar l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli li l-ewwel pass tagħhom ikun ġie implimentat bejn il-25 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Ġunju 2020. L-intermedjarji u l-kontribwenti rilevanti, skont kif meħtieġ, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli sal-31 ta' Awwissu 2020.”.


    Top