This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018L0738
Commission Delegated Directive (EU) 2018/738 of 27 February 2018 amending, for the purposes of adapting to scientific and technical progress, Annex III to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for lead in cermet-based trimmer potentiometer elements (Text with EEA relevance. )
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/738 tas-27 ta' Frar 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-elementi ċerametalliċi ta' potenzjometri trimmer (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/738 tas-27 ta' Frar 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-elementi ċerametalliċi ta' potenzjometri trimmer (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/1081
ĠU L 123, 18.5.2018, p. 100–102
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/100 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/738
tas-27 ta' Frar 2018
li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-elementi ċerametalliċi ta' potenzjometri trimmer
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih iċ-ċomb. |
(2) |
Il-punt 34 tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE eżenta l-użu taċ-ċomb fl-elementi ċerametalliċi ta' potenzjometri trimmer- sal-21 ta' Lulju 2016. Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid ta' din l-eżenzjoni fir-rigward tal-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10 qabel l-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
(3) |
Il-potenzjometri trimmer huma reżisters varjabbli. Jaħdmu b'wajper biex jaġġustaw ir-reżistenza taċ-ċirkwit. Huma applikati f'firxa wiesgħa ta' prodotti bħal perżempju t-tagħmir awdjoviżiv-, it-tagħmir tal-komunikazzjoni, il-ġugarelli u l-istrumenti tal-kejl, l-apparat domestiku elettriku. Fihom iċ-ċomb bħala l-ossidu taċ-ċomb fil-linek reżistenti fejn jaġixxi bħala aġent li jgħaqqad. |
(4) |
Bħalissa, ma hemm l-ebda alternattiva affidabbli mingħajr ċomb disponibbli u għalhekk is-sostituzzjoni taċ-ċomb għadha xjentifikament u teknikament imprattikabbli. |
(5) |
Minħabba li għall-applikazzjonijiet ikkonċernati fil-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10 ma hemm l-ebda alternattiva affidabbli biżżejjed jew alternattiva li x'aktarx titqiegħed fis-suq dalwaqt, il-perjodu ta' validità sal-21 ta' Lulju 2021 huwa ġġustifikat. Għal kategoriji oħrajn għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' tgħodd skont il-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
(6) |
Għalhekk id-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2019 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2019.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“34 |
Iċ-ċomb fl-elementi ċerametalliċi ta' potenzjometri trimmer |
Japplika għall-kategoriji kollha; jiskadi fi:
|