Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 32018L0484

    Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/484 tal-21 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 93/49/KEE fir-rigward ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-materjal ta' propagazzjoni ta' ċerti ġeneri jew speċi ta' Palmae fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)

    C/2018/1603

    ĠU L 81, 23.3.2018, str. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Pravni status dokumenta V veljavi

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2018/484/oj

    23.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/10


    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/484

    tal-21 ta' Marzu 2018

    li temenda d-Direttiva 93/49/KEE fir-rigward ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-materjal ta' propagazzjoni ta' ċerti ġeneri jew speċi ta' Palmae fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) instab f'ħafna mit-territorji mhedda fl-Unjoni u ġie konkluż li dan l-organiżmu ta' ħsara issa huwa magħruf li jokkorri f'parti sostanzjali tat-territorju tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE (2) dwar miżuri ta' emerġenza fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) tħassret bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/490 (3).

    (2)

    Ir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) joħloq ħsara serja lill-pjanti tal-ispeċi ospitanti li ġejjin mill-familja tal-Palmae, ħlief lill-pjanti bid-dijametru taz-zokk fil-bażi ta' inqas minn 5 cm.

    (3)

    Dawk il-pjanti jinsabu f'ħafna partijiet tal-Unjoni fejn jitħawlu f'ammonti kbar għal finijiet ornamentali u huma ta' importanza kbira ambjentali u ekonomika.

    (4)

    Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi biex tiġi żgurata l-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni ta' ċerti ġeneri u speċi ta' Palmae, li huma kummerċjalizzati ta' spiss fl-Unjoni u li huma f'riskju li jiġu infettati minn dak l-organiżmu ta' ħsara jekk it-tali rekwiżiti ma jiġux sodisfatti. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jinkludu kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-tkabbir jew it-trattament ta' dak il-materjal, kif ukoll il-kundizzjoni li jkun ħieles mir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier).

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 93/49/KEE (4) tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emenda tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Jiżdied l-Artikolu 3a li ġej:

    “Artikolu 3a

    Il-materjal tal-propagazzjoni tal-Palmae ġej mill-ġeneri u l-ispeċi msemmija fl-Anness u li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta' iktar minn 5 cm, għandu jikkonforma ma' wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    għandu jkun tkabbar ħajtu kollha f'żona li tkun ġiet stabbilita ħielsa mir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) mill-korp uffiċjali responsabbli skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji;

    (b)

    għandu jkun tkabbar fis-sentejn qabel il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu f'sit fl-Unjoni bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier), jew f'sit fl-Unjoni fejn ikunu ġew applikati kif xieraq it-trattamenti ta' prevenzjoni fir-rigward ta' dak l-organiżmu ta' ħsara. Għandu jkun soġġett għal spezzjonijiet viżivi mwettqa mill-inqas darba kull erba' xhur, li jikkonfermaw dak il-materjal ħieles mir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier).

    Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar iż-żoni protetti adottati skont il-punt (h) tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/29/KE”

    (2)

    L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    (1)   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 2018.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, meta jiġu ppubblikati uffiċjalment dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    (2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE tal-25 ta' Mejju 2007 dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 24).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/490 tal-21 ta' Marzu 2018 li tħassar id-Deċiżjoni 2007/365/KE dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE tat-23 ta' Ġunju 1993 li tistabbilixxi l-iskeda li tindika l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu milħuqa mill-materjal propagattiv ta' pjanti ornamentali u mill-pjanti ornamentali permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE (ĠU L 250, 7.10.1993, p. 9).


    ANNESS

    Fl-Anness, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata “Narcissus L.” fit-tabella:

    Genus jew speċi

    Organiżmi ta' ħsara u ta' mard speċifiċi

    “—

    Palmae, fir-rigward tal-ġeneri u l-ispeċi li ġejjin

    Areca catechu L.

    Syagrus romanzoffiana (Cham.) Glassman

    Arenga pinnata (Wurmb) Merr.

    Bismarckia Hildebr. & H.Wendl.

    Borassus flabellifer L.

    Brahea armata S. Watson

    Brahea edulis H.Wendl.

    Butia capitata (Mart.) Becc.

    Calamus merrillii Becc.

    Caryota maxima Blume

    Caryota cumingii Lodd. ex Mart.

    Chamaerops humilis L.

    Cocos nucifera L.

    Corypha utan Lam.

    Copernicia Mart.

    Elaeis guineensis Jacq.

    Howea forsteriana Becc.

    Jubaea chilensis (Molina) Baill.

    Livistona australis C. Martius

    Livistona decora (W. Bull) Dowe

    Livistona rotundifolia (Lam.) Mart.

    Metroxylon sagu Rottb.

    Roystonea regia (Kunth) O.F. Cook

    Phoenix canariensis Chabaud

    Phoenix dactylifera L.

    Phoenix reclinata Jacq.

    Phoenix roebelenii O'Brien

    Phoenix sylvestris (L.) Roxb.

    Phoenix theophrasti Greuter

    Pritchardia Seem. & H.Wendl.

    Ravenea rivularis Jum. & H.Perrier

    Sabal palmetto (Walter) Lodd. ex Schult. & Schult.f.

    Trachycarpus fortunei (Hook.) H. Wendl.

    Washingtonia H. Wendl.

    Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom

    Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)”


    Na vrh