Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018L0217

    Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/217 tal-31 ta' Jannar 2018 li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, permezz tal-adattament tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tagħha mal-progress xjentifiku u tekniku

    C/2018/0465

    ĠU L 42, 15.2.2018, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/217/oj

    15.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 42/52


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/217

    tal-31 ta' Jannar 2018

    li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, permezz tal-adattament tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tagħha mal-progress xjentifiku u tekniku

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    It-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE tirreferi għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-ftehim internazzjonali dwar it-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi kif iddefiniti fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva.

    (2)

    Id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim internazzjonali jeħtieġ li jiġu aġġornati regolarment skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bit-triq (ADR). L-aħħar verżjoni emendata tal-ftehim internazzjonali se tapplika b'seħħ mit-3 ta' Jannar 2018.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk li t-Taqsima I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Direttiva 2008/68/KE it-Taqsima I.1 tinbidel b'dan li ġej:

    “I.1   ADR

    Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b'effett mit-3 ta' Jannar 2018, huwa mifhum li l-frażi “parti kontraenti” hija mibdula bil-frażi “Stat Membru” kif xieraq.”.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-3 ta' Lulju 2018. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


    Top