This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1884
Council Decision (CFSP) 2018/1884 of 3 December 2018 extending and amending Decision 2010/452/CFSP on the European Union Monitoring Mission in Georgia, EUMM Georgia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1884 tat-3 ta' Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1884 tat-3 ta' Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia
ST/12776/2018/INIT
ĠU L 308, 4.12.2018, pp. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1884
tat-3 ta' Diċembru 2018
li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Awwissu 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2). |
|
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2238 (3), li testendi l-mandat ta' EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2018 u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Diċembru 2017. |
|
(3) |
Fis-7 ta' Diċembru 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2263 (4), li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Diċembru 2018. |
|
(4) |
Wara r-rieżami strateġiku tal-2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat ta' EUMM Georgia jiġi estiż sal-14 ta' Diċembru 2020. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
EUMM Georgia ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2018 u l-14 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 38 200 000.”. |
|
(2) |
fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2018.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
N. HOFER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).
(2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 15).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2263 tas-7 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 324, 8.12.2017, p. 51).