Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1665

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/1665 tas-6 ta' Novembru 2018 li taħtar membru, propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ST/13286/2018/INIT

ĠU L 278, 8.11.2018, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1665/oj

8.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2018/1665

tas-6 ta' Novembru 2018

li taħtar membru, propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Lussemburgiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Christophe HANSEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Claudine OTTO, Conseiller en affaires européennes, avis et affaires juridiques à la Chambre de Commerce, hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


Top