Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1610

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1610 tal-25 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

    ST/12639/2018/INIT

    ĠU L 268, 26.10.2018, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1610/oj

    26.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1610

    tal-25 ta' Ottubru 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

    (2)

    Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2019. Wara sitt xhur il-Kunsill ser iwettaq rieżami tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2019. Hija għandha tiġi rieżaminata b'mod kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, kif ikun adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BOGNER-STRAUSS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).


    Top