Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1552

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1552 tat-28 ta' Settembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Ażerbajġan

    ST/11431/2018/INIT

    ĠU L 260, 17.10.2018, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1552/oj

    17.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 260/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1552

    tat-28 ta' Settembru 2018

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Ażerbajġan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra (1) (il-“Ftehim”) kien ġie ffirmat fit-22 ta' April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

    (2)

    Taħt l-Artikolu 81 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għall-għan li jinkisbu l-oġġettivi tal-Ftehim.

    (3)

    Il-Kunsill ta' Koperazzjoni se jadotta r-Rakkomandazzjoni dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ażerbajġan permezz ta' proċedura bil-miktub.

    (4)

    Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Koperazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Ażerbajġan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta' Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti 'l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Ażerbajġan, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SCHRAMBÖCK


    (1)  ĠU L 246, 17.9.1999, p. 3.


    ABBOZZ

    RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' KOPERAZZJONI UE-AŻERBAJĠAN

    ta'

    dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ażerbajġan

    IL-KUNSILL TA' KOPERAZZJONI UE-AŻERBAJĠAN,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti 'l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra (il-“Ftehim”), kien ġie ffirmat fit-22 ta' April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

    (2)

    Taħt l-Artikolu 81 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għall-għan li jinkisbu l-oġġettivi tal-Ftehim.

    (3)

    Taħt l-Artikolu 98 tal-Ftehim, il-Partijiet għall-Ftehim għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-Ftehim u għandhom jaraw li l-oġġettivi mniżżla fil-Ftehim jintlaħqu.

    (4)

    Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ippropona fażi ġdida ta' relazzjonijiet mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat.

    (5)

    L-Unjoni Ewropea u l-Ażerbajġan jixtiequ li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jiftiehmu dwar sett ta' prijoritajiet għall-perjodu 2018-2020 bl-għan li jappoġġjaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-Ażerbajġan.

    (6)

    Il-Partijiet għall-Ftehim għalhekk qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ażerbajġan, li se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, filwaqt li jiffokaw il-koperazzjoni fuq interessi kondiviżi identifikati b'mod komuni,

    ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

    Artikolu 1

    Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet għall-Ftehim jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ażerbajġan, kif jinsabu fl-Anness (+).

    Artikolu 2

    Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill ta' Koperazzjoni

    L-Unjoni Ewropea

    Ir-Repubblika tal-Ażerbajġan


    (1)  ĠU L 246, 17.9.1999, p. 3.

    (+)  

    +

    ST 11898/18.

    Top