This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1528
Council Decision (EU) 2018/1528 of 11 October 2018 on the signing, on behalf of the Union, of the Voluntary Partnership Agreement between the European Union and the Socialist Republic of Viet Nam on forest law enforcement, governance and trade
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali
ST/10860/2018/INIT
ĠU L 257, 15.10.2018, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1528/oj
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1528
tal-11 ta' Ottubru 2018
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(3), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'Mejju 2003, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Forest Law Enforcement, Governance and Trade (FLEGT): Proposal for an EU Action Plan” (“L-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): Proposta għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE”), li għamlet appell biex jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati ftehimiet ta' sħubija volontarji ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam (il-“Pjan ta' Azzjoni tal-UE”). Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE ġew adottati f'Ottubru 2003 (1) u l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar dak is-suġġett fis-7 ta' Lulju 2005 (2). |
(2) |
Fil-5 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal ftehimiet ta' sħubija ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE. |
(3) |
Fl-20 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 (3) li stabbilixxa skema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta' sħubija volontarji. |
(4) |
In-negozjati mar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam ġew konklużi pożittivament, u l-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-11 ta' Mejju 2017. |
(5) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni..
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MOSER
(1) ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.
(2) ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).
(4) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.