Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1502

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1502 tat-8 ta' Ottubru 2018 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/12576/2018/INIT

ĠU L 254, 10.10.2018, pp. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1502/oj

10.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1502

tat-8 ta' Ottubru 2018

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-18 ta' Lulju 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1203 (4), is-Sur Francesc HOMS i MOLIST ġie sostitwit mis-Sur Jordi SOLÉ i FERRANDO bħala membru u s-Sur Roger ALBINYANA i SAIGÍ ġie sostitwit mis-Sur Amadeu ALTAFAJ i TARDIO bħala membru supplenti. Fis-27 ta' Marzu 2017, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/602 (5), is-Sur Jordi SOLÉ i FERRANDO ġie sostitwit mis-Sa Maria BADIA i CUTCHET bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Maria BADIA i CUTCHET, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Amadeu ALTAFAJ i TARDIO, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

—

Is-Sur Ernest MARAGALL i MIRA, Consejero de Asuntos Exteriores, Relaciones Institucionales y Transparencia de la Comunidad Autónoma de Cataluña,

(b)

bħala membru supplenti:

—

Is-Sa Natàlia MAS GUIX, Secretaria de Asuntos Exteriores y de la Unión Europea de la Comunidad Autónoma de Cataluña.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1203 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 198, 23.7.2016, p. 44).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/602 tas-27 ta' Marzu 2017 li taħtar membru, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 82, 29.3.2017, p. 8).


Top