EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1464

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1464 tat-28 ta' Settembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, stabbilit permezz tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin tal-Ftehim

ST/11539/2018/INIT

ĠU L 245, 1.10.2018, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1464/oj

1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1464

tat-28 ta' Settembru 2018

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, stabbilit permezz tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 (1) tipprevedi l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fit-30 ta' Ottubru 2016.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 (2) tipprevedi l-applikazzjoni provviżorja ta' partijiet mill-Ftehim, inkluż l-istabbiliment tal-Kumitat Konġunt CETA u tal-kumitati speċjalizzati. Dawk il-partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-21 ta' Settembru 2017.

(3)

Il-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 26.2.1 (g) tal-Ftehim.

(4)

F'konformità mal-Artikoli 23.10 u 24.15 tal-Ftehim, il-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, fl-ewwel laqgħa tiegħu, għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin (Kummerċ u Xogħol) u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin (Kummerċ u Ambjent) tal-Ftehim.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli abbażi tal-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż li tistabbilixxi listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, stabbilit mill-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SCHRAMBÖCK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1080).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru [X /2018] TAL-KUMITAT CETA DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

ta' xxx

li tistabbilixxi lista ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu 23 u l-Kapitolu 24 tal-Ftehim

IL-KUMITAT TAS-CETA DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 23.10 u l-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 24.15 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30.7.3 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim kienu applikati proviżorjament mill-21 ta' Settembru 2017.

(2)

Skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 23.10 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jistabbilixxi lista ta' mill-inqas disa' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord fir-rigward ta' kwistjonijiet li jirriżultaw taħt il-Kapitolu 23 (Kummerċ u Xogħol) u li, skont il-paragrafu 7, għandhom għarfien speċjalizzat jew għarfien espert fil-liġi tax-xogħol, kwistjonijiet oħra indirizzati fil-Kapitolu 23, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali.

(3)

Skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 24.15 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jistabbilixxi lista ta' mill-inqas disa' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord fir-rigward ta' kwistjonijiet li jirriżultaw taħt il-Kapitolu 24 (Kummerċ u Ambjent) u li, skont il-paragrafu 7, għandhom għarfien speċjalizzat jew għarfien espert fil-liġi ambjentali, kwistjonijiet oħra indirizzati fil-Kapitolu 24, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali.

(4)

Skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 23.10 u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 24.15, kull lista għandha tikkonsisti minn tal-anqas tliet individwi msemmija minn kull Parti u mill-inqas tliet individwi msemmija mill-Partijiet li mhumiex nazzjonali ta' xi Parti u li huma lesti u kapaċi jservu bħala president ta' Bord ta' Esperti.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord kif stabbilit fl-Anness huma b'dan stabbiliti.

2.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tiegħu mill-Kumitat tas-CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

Għall-KUMITAT CETA DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Għall-UE

Għall-Kanada


ANNESS

LISTA TA' INDIVIDWI LI LESTI JSERVU BĦALA MEMBRI TAL-BORD FIR-RIGWARD TAL-MATERJI LI JIRRIŻULTAW MILL-KAPITOLU 23 (KUMMERĊ U XOGĦOL) TAL-FTEHIM

Individwi b'għarfien speċjalizzat jew kompetenzi fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, fi kwistjonijiet indirizzati fil-Kapitolu 23, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jinqalgħu taħt ftehimiet internazzjonali:

Individwi msemmija mill-Kanada:

 

Kevin Banks

 

Adelle Blackett

 

Carol Nelder-Corvari

Individwi msemmija mill-Unjoni Ewropea:

 

Jorge Cardona

 

Eddy Laurijssen

 

Karin Lukas

Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet):

 

Janice Bellace

 

Kathleen Claussen

 

Christian Häberli

 

Jill Murray

 

Patrick Pearsall

 

Ross Wilson

LISTA TA' INDIVIDWI LI LESTI JSERVU BĦALA MEMBRI TAL-BORD FIR-RIGWARD TAL-MATERJI LI JIRRIŻULTAW MILL-KAPITOLU 24 (KUMMERĊ U AMBJENT) TAL-FTEHIM

Individwi b'għarfien speċjalizzat jew kompetenzi fil-qasam tal-liġi ambjentali, fi kwistjonijiet indirizzati fil-Kapitolu 24, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jinqalgħu taħt ftehimiet internazzjonali:

Individwi msemmija mill-Kanada:

 

Anne Daniel

 

Armand de Mestral

 

Elaine Feldman

 

Matthew Kronby

 

Brendan McGivern

Individwi msemmija mill-Unjoni Ewropea:

 

Laurence Boisson de Chazournes

 

Hélène Ruiz Fabri

 

Geert Van Calster

Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet):

 

Arthur Edmond Appleton

 

James Bacchus

 

Nathalie Bernasconi-Osterwalder

 

Christian Häberli


Top