EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1276

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1276 tat-22 ta' Frar 2018 dwar SA.31149 (2012/C) — il-Ġermanja — Allegata Għajnuna mill-Istat lil Ryanair (notifikata bid-dokument C(2018) 1034) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/1034

ĠU L 238, 21.9.2018, p. 94–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1276/oj

21.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/94


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1276

tat-22 ta' Frar 2018

dwar SA.31149 (2012/C) — il-Ġermanja

Allegata Għajnuna mill-Istat lil Ryanair

(notifikata bid-dokument C(2018) 1034)

(Il-verżjoni Ġermaniża biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra datata l-10 ta' Lulju 2007 (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2007”), il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruport ta' Lübeck, tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn Hansestadt Lübeck u Infratil Limited (“Infratil”), u tar-relazzjonijiet finanzjarji tal-ajruport ma' Ryanair. Il-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ SA.21877 (C 24/2007). Fl-24 ta' Ottubru 2007 ġiet adottata Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2007.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2007 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Novembru 2007 (2). Ir-Rettifika ġiet ippubblikata fis-7 ta' Diċembru 2007 (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.

(3)

Fit-28 ta' Jannar 2009, Schutzgemeinschaft gegen Fluglärm Lübeck und Umgebung eV (“SGF”) (4) ressqet ilment rigward il-każ SA.21877, irreġistrat taħt il-każ numru SA.27585.

(4)

Fit-22 ta' Ġunju 2010 u fit-30 ta' Ġunju 2010, SGF issottomettiet ilment ieħor, li fih allegat li l-Ġermanja pprovdiet għajnuna illegali oħra mill-Istat favur Flughafen Lübeck GmbH (“FLG”) u Infratil. Dan l-ilment ġie rreġistrat taħt il-każ numru SA.31149.

(5)

Permezz tal-ittra datata t-22 ta' Frar 2012 (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2012”), il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-għajnuna allegata mill-Istat lil FLG, Infratil, Ryanair u linji tal-ajru oħra li jużaw l-ajruport ta' Lübeck (5).

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2012 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-10 ta' Awwissu 2012 (6). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.

(7)

Il-Kummissjoni għaqqdet il-proċeduri SA.21877, SA.27585 u SA.31149 fl-2014.

(8)

Fis-7 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali fil-każijiet SA.21877 u SA.27585, kif ukoll fil-każ SA.31149 (7). Fir-rigward tal-għajnuna potenzjali mill-Istat favur Ryanair, dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni vvalutat biss ftehim li ġie konkluż bejn l-operatur tal-ajruport u Ryanair fl-2000. Jiġi indikat li, fid-data tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni fil-fajl tagħha biex tivvaluta jekk ftehimiet sussegwenti, b'mod partikolari dawk konklużi fl-2010, ikkostitwixxewx għajnuna mill-Istat favur Ryanair. Għaldaqstant, dawk il-ftehimiet jiġu vvalutati f'deċiżjoni separata (8).

(9)

Fis-27 ta' Lulju 2017 intbagħtet lill-Ġermanja talba għal informazzjoni li tikkonċerna żewġ ittri ta' akkumpanjament konklużi bejn FLG u Ryanair fl-2010 u rapport ta' Oxera tas-6 ta' Frar 2015 (9). Il-Ġermanja talbet estensjoni tal-iskadenza biex tagħti tweġiba li l-Kummissjoni tatha fit-2 ta' Awwissu 2017. L-informazzjoni mitluba ngħatat fl-20 ta' Settembru 2017.

(10)

Fit-22 ta' Settembru 2017 intbagħtet talba għal informazzjoni lil Ryanair u ġiet mgħoddija lill-Ġermanja. Sussegwentement, l-informazzjoni ġiet sottomessa minn Ryanair u Oxera fis-6 ta' Ottubru 2017. Fl-24 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni għaddiet id-dokumenti li rċeviet minn Ryanair lill-Ġermanja, fejn stiednet lill-Ġermanja tikkummenta.

(11)

Il-Kummissjoni tirreferi għall-Premessi 1 sa 61 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/2336 fir-rigward tal-proċedura fil-każijiet SA.21877, SA.27585 u SA.31149.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   L-isfond tal-investigazzjoni u l-kuntest tal-miżuri

2.1.1.   Fatti dwar l-ajruport u żvilupp tal-passiġġieri

(12)

L-ajruport ta' Lübeck jinsab madwar 73 kilometru bogħol mill-Belt ta' Hamburg, fi Schleswig-Holstein, il-Ġermanja.

(13)

L-ajruport innifsu jiddefinixxi ż-żona milħuqa tiegħu bħala ż-żoni metropolitani tal-Belt ta' Hamburg u Öresund (Greater Copenhagen/Malmö).

(14)

Skont studju tas-suq li sar mill-ajruport fl-2009 (10), il-maġġoranza tal-passiġġieri (ħerġin) fl-ajruport ta' Lübeck ġew minn Hamburg (jiġifieri 47,20 %). L-ajruport ta' Hamburg jinsab 78 kilometru bogħod mill-ajruport ta' Lübeck, madwar 65 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza.

(15)

Sal-2000, Lübeck kien ajruport li jiddependi fuq id-dħul tal-avjazzjoni ġġenerat minn titjiriet charter u mill-avjazzjoni ġenerali. Fl-2000, l-ajruport biddel il-mudell kummerċjali tiegħu f'ajruport għal operaturi bi prezz irħis li fih id-dħul jiġi ġġenerat permezz ta' taħlita ta' attivitajiet tal-avjazzjoni u mhux tal-avjazzjoni. Minn dakinhar, il-maġġoranza kbira tat-titjiriet fl-ajruport ta' Lübeck saru minn Ryanair li operat madwar 90 % tat-traffiku fl-2010.

(16)

Oriġinarjament, l-ajruport ta' Lübeck kien operat minn FLG, li kienet kumpanija b'responsabbiltà limitata, fejn Hansestadt Lübeck kien l-uniku azzjonist tagħha. Dan ġie privatizzat fl-2005 iżda mbagħad fl-2009 inxtara lura minn Hansestadt Lübeck. F'April 2010, votazzjoni pubblika taċ-ċittadini ta' Hansestadt Lübeck żgurat is-sopravivenza tal-ajruport, fejn ġew approvati investimenti ulterjuri għall-ajruport sakemm investitur privat ġdid jidħol fil-kumpanija. Investitur privat ġdid instab fl-2012. Is-sjieda tal-ajruport inbidlet diversi drabi fl-aħħar snin.

(17)

It-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport żdied minn 48 652 passiġġier fl-1999 għal 697 559 passiġġier fl-2009. Wara huwa beda jonqos gradwalment, għall-kuntrarju tal-aspettattivi tal-ajruport, li stennew li l-għadd tal-passiġġieri sal-2015 jitla' għal 2,2 miljun.

(18)

Fid-data ta' din id-deċiżjoni, ma hemm ebda linja tal-ajru li qed topera mill-ajruport Lübeck. Lanqas ma jiġu offruti titjiriet skedati jew charter.

2.1.2.   Il-Ftehim tal-2000

(19)

F'Mejju 2000, FLG iffirmat Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru (“ASA”) ma' Ryanair (“il-Ftehim tal-2000”) li speċifika l-imposti tal-ajruport li jitħallsu minn Ryanair kif ukoll l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni li jitħallas mill-ajruport. Il-Ftehim tal-2000 kien skedat biex jibda fl-1 ta' Ġunju 2000 u jkompli sal-31 ta' Mejju 2010.

(20)

Għar-rotta lejn Stansted, il-ftehim inkluda l-kostijiet u d-dħul li ġej:

Tabella 1

Kostijiet u dħul involuti fil-Ftehim tal-2000 mill-perspettiva ta' FLG

 

< 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa

≥ 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa

Kostijiet ta' FLG:

Appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni – kostijiet għal kull passiġġier li jasal

EUR […] (*1)

EUR […]

 

Sal-31 ta' Mejju 2005

Mill-1 ta' Ġunju 2005

Dħul ta' FLG:

Tariffi pagabbli ta' Ryanair għal kull ajruplan

EUR […]

EUR […]

Tariffi pagabbli ta' Ryanair għal kull passiġġier li jasal

EUR […]

EUR […];

Tariffi pagabbli netti ta' Ryanair għal kull passiġġier li jasal (tariffi nieqes l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni)

EUR […]

EUR […]

Oħrajn:

Tariffa fuq il-fatturat għal kull biljett mibjugħ minn FLG

(…)

(…)

Kummissjoni fuq il-fatturat għall-karozzi tal-kiri prenotati minn FLG

(…)

(…)

Tariffa tas-sigurtà (imħallsa minn Ryanair lil korp xieraq tal-gvern)

EUR […]

EUR […]

2.2.   Għajnuna potenzjali mill-Istat mogħtija mill-operatur tal-ajruport FLG lil Ryanair

(21)

F'Marzu u f'Ottubru 2010, Ryanair u FLG iffirmaw żewġ ittri ta' akkumpanjament għall-Ftehim tal-2000 imsemmi hawn fuq (kollettivament, “il-Ftehimiet tal-2010” jew “l-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010”).

(22)

L-ewwel ittra ta' akkumpanjament li ġiet iffirmata fid-29 ta' Marzu 2010 (“Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1”) kopriet il-perjodu bejn it-28 ta' Marzu 2010 sat-30 ta' Ottubru 2010. Din tikkostitwixxi estensjonital-Ftehim tal-2000, li kien jispiċċa f'Mejju 2010, u introduċiet tariffa ġdida għall-kummerċjalizzazzjoni ta' EUR […] għal kull passiġġier li għandha titħallas minn FLG bħala kumpens għal avveniment ta' kummerċjalizzazzjoni temporanja organizzat minn Ryanair. Din it-tariffa ġdida għall-kummerċjalizzazzjoni kellha titħallas flimkien mat-tariffa għall-kummerċjalizzazzjoni speċifikata fil-Ftehim tal-2000 ta' EUR […] għal kull passiġġier (inqas minn 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa) jew EUR […] għal kull passiġġier (iktar minn 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa). Peress li Ryanair wettqet iktar minn 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa, b'kollox kellu jitħallas total ta' EUR […] minn FLG lil Ryanair għad-durata tal-ftehim. Peress li nżammu l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha mill-Ftehim tal-2000, it-tariffi tas-servizz ta' trasport tal-passiġġieri għal kull passiġġier li jitlaq li kellhom jitħallsu lil FLG ammontaw għal EUR […], u l-imposti ta' ġestjoni tar-rampa għal kull rotazzjoni ammontaw għal EUR […].

(23)

Fil-31 ta' Ottubru 2010, wara t-tmiem tal-perjodu tal-kuntratt tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, ġiet iffirmata t-tieni ittra ta' akkumpanjament (“Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2”). L-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 ma żammitx il-kundizzjonijiet tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, iżda rritornat għall-iskeda tal-ħlasijiet għall-kummerċjalizzazzjoni kif iddikjarat fil-Ftehim tal-2000, fejn estendiet it-termini tiegħu għal tliet snin sal-1 ta' Novembru 2013.

(24)

Dakinhar li daħlet fis-seħħ l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, jiġifieri fid-29 ta' Marzu 2010, FLG iffirmat ukoll ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' Airport Marketing Services Limited (“AMS”), sussidjarja li hija kompletament proprjetà ta' Ryanair. Dak il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kopra l-perjodu mid-29 ta' Marzu 2010 sat-30 ta' Ottubru 2010 u stabbilixxa s-servizzi ta' reklamar li għandhom jiġu pprovduti minn AMS fuq is-sit web www.ryanair.com, bil-ħlas ta' somma ta' EUR […] li għandha titħallas minn FLG.

2.3.   Kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni

(25)

Il-Ftehim tal-2000 bejn FLG u Ryanair kien parti mid-Deċiżjoni (UE) 2017/2336. Għalhekk, din id-Deċiżjoni hija limitata għall-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 li ġew konklużi fl-2010.

2.4.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(26)

Il-Kummissjoni kienet imħassba li l-Ftehimiet tal-2010 taw vantaġġ selettiv lil Ryanair u għalhekk ikkostitwixxew għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat.

3.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

(27)

Il-Ġermanja kienet temmen li l-Ftehimiet tal-2010 ma xekklux jew ma heddewx li jxekklu l-kompetizzjoni u ma affettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li l-ajruport ta' Lübeck kien ajruport reġjonali żgħir u peress li ma kienx jinsab f'kompetizzjoni mal-ajruport ta' Hamburg jew ajruporti oħra.

(28)

Fir-rigward tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, il-Ġermanja ssottomettiet li din kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq u ma implikatx vantaġġ għal Ryanair. B'referenza għall-kawża Helaba I (11), il-Ġermanja argumentat li ma kien hemm l-ebda vantaġġ meta operaturi oħra ta' ajruporti reġjonali offrew kundizzjonijiet simili lil Ryanair. Il-Ġermanja argumentat ukoll li dan intwera mill-analiżi tal-komparaturi ta' Ryanair.

(29)

Il-Ġermanja argumentat li operaturi bi prezz irħis, bħal Ryanair u Wizz Air, għandhom inqas eżiġenzi fir-rigward tas-servizzi fuq l-art u tas-servizzi infrastrutturali. L-ewwel nett, fl-ajruport ta' Lübeck kienu meħtieġa inqas bankijiet ta' reġistrazzjoni għaliex ir-reġistrazzjoni permezz ta' Ryanair hija disponibbli online għall-passiġġieri. It-tieni nett, ma kien hemm l-ebda karozza tal-linja għall-passiġġieri. It-tielet nett, peress li d-distanzi tal-mixi huma iqsar fl-ajruport ta' Lübeck, il-ħin għall-ajruplani ta' Ryanair fuq l-art kien iqsar. Ir-raba' nett, ma kienx hemm trasferimenti ta' titjiriet u kien hemm inqas bagalji għal kull persuna, li jfisser li ma kienx hemm il-bżonn ta' faċilitajiet għal dawn l-iskopijiet. Il-ħames u l-aħħar nett, peress li l-ekwipaġġ tat-titjira spiss kien inkarigat biex inaddaf l-ajruplan, kien hemm inqas domanda għal servizzi ta' tindif fuq l-art.

(30)

Fir-rigward tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2, il-Ġermanja nnotat li dan il-ftehim kien estensjoni, mingħajr bidliet sostanzjali, tal-Ftehim tal-2000. Il-Ġermanja kienet tal-fehma li l-Ftehim tal-2000 kien jikkonforma mat-test tal-Operatur fl-Ekonomija tas-Suq.

(31)

Barra minn hekk, il-Ġermanja hija tal-fehma li l-vantaġġi allegati favur Ryanair ma setgħux jiġu imputati lill-Istat minħabba s-sentenza fi Stardust Marine (12). Skont il-Ġermanja, FLG aġixxiet b'awtonomija u mingħajr l-ebda influwenza mill-Istat. Il-Ġermanja ddikjarat li FLG ma kinitx integrata fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika. Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li s-superviżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni ta' FLG kienet limitata għall-avjazzjoni u għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat pubbliku u ma inkludietx attivitajiet ta' ġestjoni tan-negozju.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

4.1.   Flughafen Lübeck GmbH

(32)

FLG iddikjarat li l-miżuri ma kinux imputabbli lill-Ġermanja, peress li l-ftehimiet ġew innegozjati minnha b'mod awtonomu.

4.2.   Ryanair

(33)

Ryanair argumentat li l-Ftehimiet tal-2010 ma kinux imputabbli lill-Istat.

(34)

Barra minn dan, Ryanair argumentat li ma kien hemm l-ebda selettività, peress li l-Ftehimiet tal-2010 kienu biss ittri ta' akkumpanjament qosra li estendew it-tul ta' żmien tal-arranġamenti eżistenti taħt il-Ftehim tal-2000. L-uniku element ġdid kien aġġustament innegozjat kummerċjalment għall-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni.

(35)

Ryanair iddikjarat li l-kuntratt ma' FLG ġie stabbilit abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. L-ajruport ta' Lübeck kien meqjus bħala ajruport sekondarju vijabbli għall-ajruport ta' Hamburg u Lübeck stess kienet meqjusa bħala destinazzjoni kulturali siewja. Minkejja li Ryanair ma setgħetx toffri pjan ta' direzzjoni tan-negozju biex fuqu tibbaża d-deċiżjoni tagħha li tibda s-servizzi fl-ajruport ta' Lübeck, Ryanair saħqet li tali pjan ta' direzzjoni tan-negozju ġeneralment ma kienx meħtieġ għal investitur fis-settur privat. Ryanair spjegat li s-servizzi tagħha mill-ajruport ta' Lübeck twaqqfu minħabba kunsiderazzjonijiet kummerċjali, inklużi żidiet fil-kostijiet u rendiment inqas minn dak antiċipat (bħala konsegwenza tar-reċessjoni ekonomika).

(36)

Ryanair iddikjarat li l-ajruporti reġjonali fl-Unjoni jinsabu f'pożizzjoni tas-suq diffiċli. Għalhekk, id-dħul tal-ajruporti kemm minn attivitajiet ajrunawtiċi kif ukoll mhux kellu jiġi kkunsidrat, approċċ li jissejjaħ “single till approach”. Peress li l-kuntratti ma' Ryanair normalment iwiegħdu għadd kbir ta' passiġġieri, tali relazzjonijiet kummerċjali spiss jgħinu biex jikber l-isem tal-ajruport u biex jiġu attirati linji tal-ajru oħra kif ukoll ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u fornituri ta' servizzi oħra. Barra minn hekk, Ryanair iddikjarat li kien hemm evidenza b'saħħitha li n-numru ikbar ta' passiġġieri jġib miegħu żieda fid-dħul mhux ajrunawtiku.

(37)

Ryanair argumentat li, minn perspettiva ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq, kwalunkwe offerta kummerċjali normalment tkun titjib fuq is-sitwazzjoni eżistenti, diment li kien mistenni li l-benefiċċji marġinali jisbqu l-kostijiet marġinali tiegħu. Barra minn hekk, Ryanair argumentat li kellu jiġi kkunsidrat li Ryanair naqqset b'mod sinifikanti l-ħtiġijiet tagħha meta mqabbla ma' linji tal-ajru oħra fid-dawl tal-mudell kummerċjali u tal-effiċjenza operazzjonali tagħha.

(38)

Ryanair wettqet tqabbil bejn ajruporti ta' daqs komparabbli u b'sitwazzjoni simili bħall-ajruport ta' Lübeck. L-ajruporti komparaturi huma l-Ajruport ta' Bournemouth, l-Ajruport ta' Grenoble, l-Ajruport ta' Knock, l-Ajruport ta' Maastricht, l-Ajruport ta' Nimes u l-Ajruport ta' Prestwick. Tqabbil tal-imposti mħallsa minn Ryanair fl-ajruporti komparaturi wera li l-kostijiet imħallsa minn Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck kienu ġeneralment ogħla mil-livell medju fl-ajruporti komparaturi kemm fuq bażi għal kull passiġġier kif ukoll għal kull rotazzjoni.

(39)

Ryanair issottomettiet żewġ rapporti ta' Oxera fejn evalwat il-profitabbiltà mistennija tal-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010 (13). Iż-żewġ rapporti kienu bbażati fuq pjan ta' direzzjoni tan-negozju, imfassal mill-ajruport ta' Lübeck fl-2010 qabel ma ġew iffirmati l-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010. Ir-rapporti jindikaw li, taħt suppożizzjonijiet raġonevoli fil-mument meta ġew iffirmati l-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010, iż-żewġ ftehimiet kienu mistennija li jkunu ta' profitt suffiċjenti u ajruport li jġib ruħu bħala Operatur fl-Ekonomija tas-Suq aktarx kien joffri termini simili. Skont Oxera, dan iseħħ ukoll li kieku l-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS kellu jiġi kkunsidrat flimkien mal-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010 u li kieku ġew inklużi l-kostijiet relatati ma' AMS, iżda mhux id-dħul.

(40)

Fir-rigward tal-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS, Ryanair argumentat li tali ftehimiet huma ta' benefiċċju reċiproku minħabba l-popolarità tas-sit web ta' Ryanair u ż-żidied konsegwenti fir-rikonoxximent internazzjonali, fl-isem tad-ditta u fil-passiġġieri, li ġie ssostanzjat minn rapport ieħor ta' Oxera tas-26 ta' Settembru 2014.

4.3.   Air Berlin

(41)

Air Berlin iddikjarat li r-rotot offruti minn Ryanair mill-ajruport ta' Lübeck kienu f'kompetizzjoni diretta ma' dawk offruti minn Air Berlin fl-ajruport ta' Hamburg. B'mod partikolari, id-destinazzjonijiet ta' Londra, Milan u Barcelona kienu kkonċernati, peress li ż-żewġ linji tal-ajru kellhom dawn fil-portafoll tagħhom.

(42)

Air Berlin argumentat li l-iskop tal-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni ta' Ryanair kien li tiġbed lejha klijenti li potenzjalment jistgħu jtiru, fost l-oħrajn, ma' Air Berlin. Minħabba l-prezzijiet baxxi ta' Ryanair, il-klijenti mxew mill-ajruport ta' Hamburg għal ta' Lübeck. Air Berlin tiddikjara li bħala riżultat tal-għajnuna mill-Istat, Air Berlin ġarrbet telf ekonomiku sostanzjali. Air Berlin kellha twaqqaf uħud mit-titjiriet tagħha minħabba l-offerta parallela minn Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck. Barra minn hekk, Air Berlin iddikjarat li sabitha diffiċli tiftaħ destinazzjonijiet ġodda mill-ajruport ta' Hamburg diment li kienu qed jiġu offruti destinazzjonijiet simili minn Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck bi prezzijiet baxxi żżejjed.

(43)

Barra minn hekk, Air Berlin iddikjarat li l-ftehim ma' Ryanair kien imputabbli lill-Ġermanja. Skont l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' FLG, il-bord superviżorju kellu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal imposti li jirriżultaw mill-użu tal-ajruport (il-paragrafu 12 tal-istatut ta' assoċjazzjoni). Erbgħa mis-sitt membri tal-bord superviżorju kienu eletti minn Hansestadt Lübeck. Għalhekk, Air Berlin ikkonkludiet li Hansestadt Lübeck setgħet tinżamm responsabbli.

(44)

Skont Air Berlin, punt ieħor ta' tħassib kien il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u FLG, peress li l-benefiċċji minn “appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni” jidhru li ma humiex relatati mal-infiq għall-kummerċjalizzazzjoni reali mġarrba minn Ryanair.

5.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR IS-SOTTOMISSJONIJIET TA' PARTIJIET TERZI

5.1.   Kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta' Ryanair

(45)

Skont il-Ġermanja, is-sottomissjonijiet ta' Ryanair juru li l-ajruport ta' Lübeck aġixxa f'konformità mal-prinċipju tal-Operatur fl-Ekonomija tas-Suq.

(46)

Il-Ġermanja tenfasizza b'mod partikolari fuq l-utilità tal-approċċ ta' Ryanair li turi l-konformità mas-suq tal-ftehimiet permezz ta' analiżi tal-profitabbiltà u analiżi tal-komparaturi.

(47)

Skont il-Ġermanja, l-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010 ma kinux imputabbli lill-Istat peress li ġew innegozjati minn FLG u din saret parti għalihom b'mod awtonomu, mingħajr l-interferenza ta' Hansestadt Lübeck. Barra minn dan, fir-rigward tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2, il-Ġermanja indikat li din kienet tikkostitwixxi sempliċi estensjoni tal-Ftehim tal-2000, mingħajr ma kien fiha l-ebda tibdil materjali. Għalhekk, l-argumenti kollha li tressqu fir-rigward tal-Ftehim tal-2000 kienu rilevanti.

(48)

Il-Ġermanja ddikjarat li ma tistax tifhem għaliex il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn FLG u AMS ġie inkluż fl-investigazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li FLG ma nefqitx fondi pubbliċi fil-qafas ta' dan il-ftehim. Il-kostijiet stabbiliti fil-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS ġew koperti minn sorsi privati, peress li l-flus ġew mill-Industrie- und Handelskammer Lübeck rappreżentazzjoni ta' kumpaniji privati f'Lübeck. Barra minn hekk, il-Ġermanja kkummentat li l-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS jista' jitqies bħala konformi mal-istandards tas-suq. Dan huwa sostnut mill-osservazzjoni li FLG intalbet tħallas inqas kostijiet minn ajruporti oħra bi ftehim simili. Barra minn dan, il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni kien ibbażat fuq il-wiegħda ta' Ryanair li tespandi l-portafoll tat-titjiriet tagħha b'żewġ destinazzjonijiet.

(49)

Punt ieħor miżjud mill-Ġermanja huwa l-funzjoni tal-ajruport ta' Lübeck bħala ajruport ta' riżerva għall-ajruport ta' Hamburg u bħala infrastruttura tat-trasport neċessarja għat-Tramuntana tal-Ġermanja.

5.2.   Kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta' Air Berlin

(50)

Skont il-Ġermanja, Air Berlin kienet tingħata l-istess vantaġġi bħal Ryanair li kieku ssodisfat l-istess kriterji dwar in-numri ta' passiġġieri u l-frekwenza tat-titjiriet. Minflok, Air Berlin irrifjutat kwalunkwe offerta għal negozjati ma' FLG, peress li qatt ma kellha l-intenzjoni li tibda bis-servizzi fl-ajruport ta' Lübeck. Air Berlin qatt ma oġġezzjonat għall-kundizzjonijiet li fihom operat Ryanair fl-ajruport ta' Hamburg. Barra minn hekk, diversi linji tal-ajru kienu lmentaw (fost l-oħrajn mal-Kummissjoni) li Air Berlin kienet qed tibbenefika minn għajnuna mill-Istat sostanzjali mill-Emirati Għarab Magħquda. Għalhekk, ma tistax tippreżenta lilha nfisha bħala vittma vis-à-vis il-kompetitur ewlieni tagħha Ryanair.

(51)

Il-Ġermanja ma qablitx mal-kummenti ta' Air Berlin dwar l-eżistenza ta' kompetizzjoni bejn l-ajruport ta' Lübeck u l-ajruport ta' Hamburg. B'mod partikolari, il-Ġermanja irreferiet għall-fatt li Hamburg kellha 70 darba iktar passiġġieri mill-ajruport ta' Lübeck fl-2000. In-nuqqas ta' lmenti minn ajruporti oħra wera li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni bejn iż-żewġ ajruporti.

(52)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ċaħdet l-argument ta' Air Berlin li kien hemm vantaġġ ekonomiku għal Ryanair. Il-Ġermanja ddikjarat li Air Berlin użat kalkoli impreċiżi u li l-uniku test rilevanti għall-valutazzjoni ta' jekk ftehim bejn ajruport u linja tal-ajru kienx konformi mas-suq kien il-prinċipju tal-Operatur fl-Ekonomija tas-Suq.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(53)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jistipula li kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(54)

Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, biex jiġi ddeterminat jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-benefiċjarju huwa impriża;

il-miżura tagħti vantaġġ;

il-vantaġġ jingħata permezz ta' riżorsi tal-Istat;

il-vantaġġ ikun selettiv; u

il-miżura twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni u hija suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(55)

Il-kunċett ta' impriża jkopri kwalunkwe entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata. Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika.

(56)

Peress li Ryanair hija kumpanija privata li tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru għal remunerazzjoni bl-għan li tagħmel profitt, Ryanair hija impriża involuta f'attività ekonomika. Għalhekk hija impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.2.   Vantaġġ ekonomiku

(57)

Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet tas-suq normali, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (14).

(58)

Meta ajruport ikollu riżorsi pubbliċi għad-dispożizzjoni tiegħu, l-għajnuna lil linja tal-ajru tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża meta r-relazzjoni bejn l-ajruport u l-linja tal-ajru ssir f'konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. Dan l-hekk imsejjaħ “test tal-Operatur fl-Ekonomija tas-Suq” (“Test tal-MEO”) isegwi l-kunċett bażiku li l-imġiba tal-awtoritajiet pubbliċi għandha titqabbel ma' dik ta' operaturi ekonomiċi privati simili taħt kundizzjonijiet normali tas-suq biex jiġi ddeterminat jekk ftehim jagħtix vantaġġ lill-kontroparti tiegħu (15).

6.2.1.   Rimarki preliminari fir-rigward tat-test tal-MEO

(59)

F'konformità mal-punt 53 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (16), l-eżistenza ta' għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport partikolari tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża jekk il-prezz impost għas-servizzi tal-ajruport jikkorrispondi għall-prezz tas-suq (“l-ewwel approċċ” – tqabbil mal-prezz tas-suq). It-tieni approċċ kien li permezz ta' analiżi ex ante – jiġifieri, analiżi bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli meta l-għajnuna tingħata u fuq l-iżviluppi prevedibbli f'dak il-mument – jintwera li l-arranġament se jwassal għal kontribuzzjoni inkrimentali pożittiva għall-profitt għall-ajruport u jagħmel parti minn strateġija globali li twassal għall-profitabbiltà mill-inqas fuq perjodu ta' żmien twil (“it-tieni approċċ” – analiżi tal-profitabbiltà ex ante(17).

(60)

Fir-rigward tal-ewwel approċċ, il-Kummissjoni ma tqisx li, fil-preżent, jista' jiġi identifikat punt ta' riferiment xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti (18). Għalhekk, hija tal-fehma li analiżi ex ante tal-profitabbiltà inkrementali hija l-iktar approċċ rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma' linji tal-ajru individwali.

(61)

B'mod ġenerali, għandu jiġi nnotat li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO abbażi ta' prezz medju fi swieq simili oħrajn tista' tkun utli jekk tali prezz ikun jista' jiġi identifikat jew jitnaqqas b'mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu għandu rilevanza limitata għal servizzi offruti fl-ajruport, billi l-istruttura tal-kostijiet u tad-dħul għandha t-tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dan minħabba li l-kostijiet u d-dħul jiddependu fuq kemm ajruport ikun żviluppat, l-għadd ta' linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, il-kapaċità tiegħu f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri, l-istat tal-infrastruttura u l-investimenti relatati, il-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor u kwalunkwe dejn jew obbligu li jkun daħal għalihom l-ajruport fl-imgħoddi (19).

(62)

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kwalunkwe analiżi purament komparattiva. Kif jista' jidher f'dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu bbażati esklussivament fuq skeda ppubblikata ta' imposti. Għall-kuntrarju, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ferm. Dawn jinkludu l-kondiviżjoni tar-riskji fir-rigward tat-traffiku tal-passiġġieri u ta' kwalunkwe responsabbiltà kummerċjali u finanzjarja relatata, skemi ta' inċentivi standard kif ukoll varjazzjonijiet bejn it-tixrid tar-riskji tul it-terminu tal-ftehimiet. Konsegwentement, tranżazzjoni waħda ma tistax titqabbel ma' oħra abbażi ta' prezz varjabbli jew prezz għal kull passiġġier.

(63)

Barra minn hekk, il-valutazzjoni komparattiva mhijiex metodu xieraq sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq jekk il-valutazzjonijiet komparattivi disponibbli ma jkunux ġew definiti fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tas-suq jew il-prezzijiet eżistenti jiġu mfixkla b'mod sinifikanti minn interventi pubbliċi. Dan it-tfixkil jidher li huwa preżenti fl-industrija tal-avjazzjoni, għar-raġunijiet spjegati fil-punti 57 sa 59 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014:

“Ajruporti li huma proprjetà pubblika kienu tradizzjonalment meqjusa mill-awtoritajiet pubbliċi bħala infrastrutturi biex jiffaċilitaw l-iżvilupp lokali u mhux bħala impriżi li joperaw skont ir-regoli tas-suq. Il-prezzijiet ta' dawn l-ajruporti konsegwentement ma jkunux ġeneralment definiti fir-rigward ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq u b'mod partikolari prospetti ta' profittabilità ex ante tajba, iżda essenzjalment fil-kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali.

Anki jekk ċerti ajruporti huma proprjetà privata jew ġestiti mingħajr kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali, il-prezzijiet mitluba minn dawn l-ajruporti jistgħu jiġu influwenzati bis-sħiħ mill-prezzijiet imposti mill-maġġoranza ta' ajruporti ssussidjati pubblikament minħabba li l-prezzijiet ta' dawn tal-aħħar jitqiesu mil-linji tal-ajru matul in-negozjati tagħhom mal-ajruporti li huma proprjetà privata jew ġestiti b'mod privat.

F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk fil-preżent, jistax jiġi identifikat valur referenzjarju xieraq biex jiġi stabbilit prezz tas-suq realistiku għal servizzi pprovduti minn ajruporti. Din is-sitwazzjoni tista' tinbidel jew tevolvi fil-ġejjieni […]”.

(64)

Barra minn hekk, kif fakkru l-qrati tal-Unjoni, il-valutazzjoni komparattiva b'referenza għas-settur ikkonċernat hija sempliċiment għodda analitika fost oħrajn li tintuża sabiex tiddetermina jekk benefiċjarju rċeviex vantaġġ ekonomiku li ma kienx jikseb f'kundizzjonijiet tas-suq normali (20). B'hekk, filwaqt li l-Kummissjoni tista' tuża dak l-approċċ, hi mhijiex obbligata tagħmel dan meta, bħal f'dan il-każ, dan ma jkunx xieraq.

(65)

Essenzjalment Ryanair argumentat li t-test tal-MEO jista' jiġi applikat abbażi ta' tqabbil mal-arranġamenti kummerċjali ta' ajruporti Ewropej oħra. B'mod partikolari, din qabblet l-imposti mħallsa minn Ryanair fl-ajruporti ta' Bournemouth, ta' Grenoble, ta' Knock, ta' Maastricht, ta' Nîmes u ta' Prestwick mal-imposti mħallsa minn Ryanair skont il-ftehimiet fl-ajruport ta' Lübeck. Madankollu, dan l-istudju ta' tqabbil ma vvalutax jekk il-kampjun tal-ajruporti ta' referenza ssodisfax il-kriterji kollha stabbiliti fil-linji gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, billi huwa vvaluta biss il-volumi ta' traffiku, it-tip ta' traffiku tal-ajruport u l-prosperità taż-żona tal-madwar (21).

(66)

Fil-Premessa 296 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha tal-2012, il-Kummissjoni qabblet l-imposti stabbiliti fl-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010 mal-imposti fl-ajruport ta' Hamburg, li wassal għad-dubji dwar il-konformità mas-suq tal-imposti stabbiliti fl-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010. Il-Kummissjoni tinnota li l-volum ta' traffiku f'Lübeck kien ferm inqas milli fl-ajruport ta' Hamburg. Fil-fatt, Hamburg kien l-ajruport bl-iktar traffiku fit-Tramuntana tal-Ġermanja. Hamburg kien jintuża għas-segmenti kollha tat-trasport bl-ajru, filwaqt li Lübeck kien speċjalizzat f'operaturi bi prezzijiet baxxi li kienu jeħtieġu inqas bankijiet ta' reġistrazzjoni u faċilitajiet għal passiġġieri fi transitu, ebda karozzi tal-linja tal-passiġġieri, inqas persunal u faċilitajiet għall-ġestjoni tal-bagalji, inqas persunal tat-tindif, u jitlob inqas ħin ta' rotazzjoni. Konsegwentement, l-ajruport ta' Hamburg ma kienx komparabbli biżżejjed mal-ajruport ta' Lübeck.

(67)

Fid-dawl ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-approċċ ġeneralment rakkomandat fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-applikazzjoni tat-test tat-test tal-MEO għal relazzjonijiet bejn ajruporti u linji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi tal-profitabbiltà inkrementali ex ante, irid jiġi applikat għal dan il-każ (22).

6.2.2.   Perjodu ta' żmien tal-valutazzjoni

(68)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perjodu ta' żmien xieraq biex tiġi vvalutata l-profitabbiltà tal-arranġamenti bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru tipikament huwa l-medda ta' żmien tal-ftehim innifsu. Peress li l-linji tal-ajru jistgħu jadattaw l-operazzjonijiet tagħhom f'qasir żmien u peress li l-kontenuti speċifiċi tal-ftehimiet futuri possibbli normalment ma jistgħux jitbassru, operatur ta' ajruport privat normalment ma jassumix li t-termini speċifiċi ta' ftehim se jdumu aktar mit-tul ta' żmien miftiehem (23).

(69)

L-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010 ma ġewx konklużi fl-istess żmien iżda aktar minn sott xhur bogħod minn xulxin, u dawn ikopru perjodi ta' żmien differenti. Barra minn dan, il-kontenut tagħhom ivarja safejn l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 biss tinkludi ħlas addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' daqs konsiderevoli marbut ma' avveniment ta' kummerċjalizzazzjoni temporanja.

(70)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ftehimiet jeżistu indipendentement minn xulxin u li l-profitabbiltà ta' kull ittra jeħtieġ li tiġi vvalutata b'mod separat, fit-tul ta' żmien miftiehem tagħha (24).

(71)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza ta' Stardust Marine li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-aġir ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, huwa meħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu kienu mwettqa l-miżuri ta' sostenn finanzjarju sabiex tkun evalwata r-razzjonalità ekonomika tal-kondotta tal-Istat, u għalhekk m'għandha ssir ebda evalwazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni sussegwenti (25).”

(72)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, kemm l-eżistenza kif ukoll l-ammont ta' għajnuna possibbli fil-ftehimiet għalhekk għandhom jiġu vvalutati fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti fil-mument meta ġew iffirmati u, b'mod aktar speċifiku, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u tal-iżviluppi prevedibbli f'dak iż-żmien.

6.2.3.   Valutazzjoni tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1

(73)

Skont is-sentenza Charleroi (26), meta tkun qed tivvaluta l-miżuri inkwistjoni l-Kummissjoni trid tqis il-karatteristiċi rilevanti kollha tal-miżuri u l-kuntest tagħhom. Jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk, meta jkun qed jikkonkludi ftehim ma' linja tal-ajru, l-ajruport huwiex kapaċi jkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mill-arranġament, fid-durata tal-arranġament, b'marġni ta' profitt raġonevoli abbażi ta' prospetti sodi fuq perjodu ta' żmien medju (27).

(74)

Dan għandu jitkejjel bid-differenza bejn id-dħul inkrementali mistenni li jiġi ġġenerat mill-ftehim u l-kostijiet inkrementali mistennija li jiġu mġarrba bħala riżultat tal-ftehim, fejn il-flussi ta' flus li jirriżultaw jingħataw skont b'rata ta' skont xierqa.

(75)

Dan l-approċċ huwa ġġustifikat mill-fatt li operatur ta' ajruport jista' jkollu interess oġġettiv fil-konklużjoni ta' tranżazzjoni ma' linja tal-ajru, irrispettivament minn kwalunkwe tqabbil mal-kundizzjonijiet offruti lil-linji tal-ajru minn operaturi ta' ajruporti oħrajn, jew saħansitra mal-kundizzjonijiet offruti mill-istess operatur ta' ajruport lil linji tal-ajru oħrajn.

(76)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-differenzazzjoni fil-prezz hija prattika standard tan-negozju. Madankollu, tali politiki tal-ipprezzar differenzjati għandhom ikunu kummerċjalment ġustifikati.

(77)

Meta tkun qed tiġi vvalutata l-profitabbiltà inkrementali tal-ftehim, huwa xieraq li jitqiesu biss il-kostijiet u d-dħul inkrementali ġġenerati fid-durata tal-ftehim, jiġifieri mit-28 ta' Marzu sat-30 ta' Ottubru 2010.

(78)

F'konformità ma' dan l-approċċ, Oxera pprovdiet kalkolu ex ante tal-profitabbiltà inkrementali tal-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010 (28). Fil-kalkoli tagħha, Oxera tqis it-traffiku inkrimentali kollu, l-kostijiet kollha u d-dħul kollu relatat mal-operazzjoni ta' Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck. Peress li l-Ftehim tal-2000 kien jintemm f'Mejju 2010, il-Kummissjoni ssib li din hija tajba.

(79)

L-analiżi ta' Oxera hija bbażata fuq it-termini tal-ftehimiet bejn FLG u Ryanair, data finanzjarja reali ta' FLG, kif ukoll projezzjonijiet ex ante minn pjan ta' direzzjoni tan-negozju sottomess mill-Ġermanja, li ġie mfassal minn FLG fl-10 ta' Marzu 2010 (29). Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju jkopri n-numri tal-passiġġieri ex ante kif ukoll id-dħul u l-kostijiet mistennija tal-ajruport ta' Lübeck għall-perjodu bejn l-2010 u l-2015. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tħejja oriġinarjament f'Diċembru 2009 u mbagħad ġie rivedut permezz tal-aġġustament tax-xenarju tat-traffiku mill-pjan oriġinali 'isfel u biż-żieda ta' żewġ xenarji addizzjonali. L-analiżi ta' Oxera tal-kostijiet u tad-dħul inkrimentali hija bbażata fuq id-data ta' din il-verżjoni riveduta tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju datata l-10 ta' Marzu 2010, għaliex tfasslet eqreb id-data tal-firma tal-Ftehimiet tal-2010.

(80)

Il-pjan jagħmel distinzjoni bejn tliet xenarji:

L-aqwa xenarju: is-suppożizzjoni hija li t-traffiku se jiżdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu minħabba l-istennija li Ryanair se tistabbilixxi bażi fl-ajruport. Konsegwentement, il-pjan jassumi żieda fid-dħul mhux ajrunawtiku u espansjoni tas-servizzi mhux ajrunawtiċi;

Ix-xenarju tan-nofs: jitqies li n-negozju se jkompli bħal qabel, jiġifieri f'konformità mad-data disponibbli għall-2010, is-sena tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju; u

L-agħar xenarju: jitqies li l-ajruport se jagħlaq sal-2012, fejn in-numri tal-passiġġieri jonqsu bejn l-2010 u l-2011.

(81)

Filwaqt li fl-aħjar xenarju, in-numri tal-passiġġieri jiżdiedu minn […] fl-2010 għal […] fl-2013 u jwasslu għal żieda korrispondenti ta' dħul, in-numri tal-passiġġiera jistaġnaw fix-xenarju tan-nofs f'[…], f'konformità man-numri mistennija għall-2010. Fl-agħar xenarju, in-numri tal-passiġġieri jonqsu b'mod rapidu fl-2011, u sal-2012 tintemm kull operazzjoni tal-ajruport.

(82)

Bl-għan li jiġu analizzati l-Ftehimiet tal-2010, Oxera sabet li mhwiex xieraq li jiġu adottati l-projezzjonijiet tal-agħar xenarju tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju, peress li dan ix-xenarju kkunsidra li l-votazzjoni pubblika taċ-ċittadini ta' Hansestadt Lübeck fl-2010 tiddeċiedi favur l-għeluq tal-ajruport. Meta jitqies l-eżitu pożittiv tal-votazzjoni pubblika li jiżgura aktar investimenti għall-ajruport fil-25 ta' April 2010 (ara l-premessa 16), xahar biss wara l-konklużjini tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, il-Kummissjoni ssib is-suppożizzjoni ż-żewġ partijiet stennew li l-ajruport ikompli l-operazzjonijiet bħala raġonevoli (30). Biex jiġi żgurat li l-approċċ ikun konservattiv, Oxera bbażat l-analiżi tagħha primarjament fuq il-projezzjonijiet ta' FLG għax-xenarju tan-nofs.

(83)

It-Tabella 2 turi li d-dħul li jirriżulta mill-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 kien mistenni li jaqbeż l-kostijiet inkrementali, li jwassal għal eċċess ta' EUR […] fix-xenarju li ġie kkalkolat minn Oxera (31).

Tabella 2

Analiżi tal-profitabbiltà inkrementali tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1

Analiżi tal-profitabbiltà tal-Ittra ta' Akkumpanjament 1 tal-Ftehim tas-Servizzi tal-Ajruport bejn Lübeck u Ryanair

 

Nota:

 

 

Unitajiet

 

Rata ta' skont li qed tintuża

%

(…)

Rata tat-tkabbir

%

2,70

Tul tal-kuntratt

snin

0,6

Probabbiltà li l-kuntratt jiġġedded

%

30

Kummerċjalizzazzjoni ta' AMS (2 = jinkludi l-aħjar każ, 1 = jinkludi l-każ ta' bażi, 0 = jeskludi)

m/a

0

 

 

 

Ittra ta' Akkumpanjament 1

 

 

Ittra ta' Akkumpanjament 1 effettiva minn

Data

28.3.2010

Ittra ta' Akkumpanjament 1 effettiva sa

Data

30.10.2010

Proporzjon tal-2010 li fih dan ir-ribass kien effettiv

%

59,5

Proporzjon tal-2010 meta l-ftehim kien fis-seħħ li fih dan ir-ribass kien effettiv

%

77,8

 

 

 

Ħlasijiet għall-Kummerċjalizzazzjoni

 

 

 

 

 

Għal kull ribass għall-kummerċjalizzazzjoni ta' Dpax jekk ikun hemm 17-il rotazzjoni jew inqas fil-ġimgħa:

EUR/DPAX

(…)

Għal kull ribass għall-kummerċjalizzazzjoni ta' Dpax jekk ikun hemm 18-il rotazzjoni jew aktar fil-ġimgħa:

EUR/DPAX

(…)

Għadd ta' limitu ta' rotazzjonijiet fil-ġimgħa

ATM

18,00

 

 

 

Ribass tal-kummerċjalizzazzjoni mill-Ittra ta' Akkumpanjament 1 (EUR għal kull DPAX)

EUR/DPAX

(…)

 

 

 

Rotazzjonijiet ta' Ryanair fis-sena

ATM

1 779

Rotazzjonijiet ta' Ryanair fil-ġimgħa

ATM

34

Ribass tal-kummerċjalizzazzjoni (EUR għal kull DPAX)

EUR/DPAX

(…)

 

 

 

Profitabbiltà

 

2010

 

 

 

Ryanair DPAX

DPAX

(…)

DPAX totali

DPAX

(…)

 

 

 

ATMs ta' Ryanair

ATM

1 058

ATMs totali

ATM

1 160

 

 

 

Dħul

 

 

Imposta fuq is-sigurtà tal-passiġġieri

EUR/DPAX

(…)

Imposti għall-ġestjoni tar-rampa

EUR/TA

(…)

Tariffa għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri

EUR/DPAX

(…)

Tariffa għas-sigurtà tal-ajruport

EUR/DPAX

(…)

Dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi

f'eluf ta' EUR

(…)

Dħul mhux relatat mal-avjazzjoni

f'eluf ta' EUR

(…)

Dħul Totali

f'eluf ta' EUR

(…)

 

 

 

Kostijiet

 

 

OPEX

f'eluf ta' EUR

(…)

Kummerċjalizzazzjoni

f'eluf ta' EUR

(…)

Kummerċjalizzazzjoni ta' AMS

f'eluf ta' EUR

(…)

Deprezzament

f'eluf ta' EUR

(…)

Kostijiet totali

f'eluf ta' EUR

(…)

 

 

 

Fluss tal-flus nett

f'eluf ta' EUR

(…)

Valur Finali

f'eluf ta' EUR

(…)

Flussi tal-flus totali

f'eluf ta' EUR

(…)

 

 

 

Numru ta' snin meta l-fluss tal-flus huwa dovut

snin

0,6

Fattur ta' skont

m/a

(…)

VPN

f'eluf ta' EUR

(…)

VPN

f'miljuni ta' EUR

(…)

Sors: Rapport ta' Oxera, Risposta għat-talba tal-Kummissjoni Ewropea, is-6 ta' Ottubru 2017

(84)

Peress li l-Ftehimiet tal-2010 ma jistipulawx mira tat-traffiku speċifika għal Ryanair, il-previżjoni tat-traffiku tal-ajruport jirriżulta mill-projezzjonijiet ta' FLG għas-sena 2010, kif ġie espress fix-xenarju tan-nofs tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju. Il-proporzjon ta' traffiku ta' Ryanair fl-ajruport huwa mistenni li jibqa' f'91 %, li jirrifletti l-livell medju tat-tliet snin qabel ma ġiet iffirmata l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1. Ir-rotazzjonijiet ta' Ryanair ġew ikkalkolati, bis-suppożizzjoni ta' 189 post bilqiegħda disponibbli għal kull ajruplan u fattur ta' tagħbija ta' 80 %. Dan huwa konformi mal-fattur ta' tagħbija tal-2010 ta' Ryanair, li, skont ir-rapport annwali u d-dikjarazzjoni finanzjarja ta' Ryanair tal-2010, f'dak iż-żmien kien minn 81 sa 82 %. L-għadd ta' passiġġiera inkrimentali mistenni għad-durata tal-ftehim ġew ikkalkolati mill-għadd ta' titjiriet previsti u ġew estrapolati għad-durata tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1.

(85)

Meta jitqies li x-xenarju tan-nofs tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ma jassumi l-ebda tkabbir fl-għadd tal-passiġġieri, iżda jibbaża l-projezzjonijiet tiegħu fuq informazzjoni li teżisti diġà għas-sena 2010, u filwaqt li jiġi nnotat li l-għadd previst qiegħed taħt l-għadd ta' traffiku reali tas-sena preċedenti 2009, il-Kummissjoni tqis dan l-approċċ bħala wieħed sod.

(86)

Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota li l-analiżi tas-sensittività li saret minn Oxera turi li anki meta jintużaw in-numri tal-passiġġiera ex post reali ta' Ryanair, il-valur preżenti nett li jirriżulta jibqa' pożittiv f'EUR […].

(87)

Skont il-prattika tal-Kummissjoni, sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma' linja tal-ajru jissodisfax it-test tal-MEO, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni d-dħul mistenni minn operazzjonijiet mhux ajrunawtiċi li jirriżulta mill-attivitajiet tal-linja tal-ajru, flimkien mal-imposti tal-ajruport, netti minn kwalunkwe ribass, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew skemi ta' inċentivi (“single-till approach”) (32). Għalhekk, id-dħul inkrementali li Operatur fl-Ekonomija tas-Suq privat ikun jistenna b'mod raġonevoli mill-ftehim jinkludi:

(a)

dħul ajrunawtiku minn passiġġieri u imposti tal-inżul imħallsa minn Ryanair; u

(b)

dħul mhux ajrunawtiku minn, pereżempju, parkeġġ tal-karozzi, ħwienet ta' frankiġja, jew ħwienet operati direttament.

(88)

Oxera tqis id-dħul ajrunawtiku għal kull passiġġier mill-imposti tal-ajruport stipulati fl-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 b'rabta mal-Ftehim tal-2000, u timmoltiplikah bl-għadd ta' passiġġieri rispettiv. F'konformità mal-prattika tal-Kummissjoni, it-tariffi tas-sigurtà ġew esklużi mill-analiżi, peress li FLG għaddiethom lill-awtorità pubblika kompetenti (33). Oxera ssottomettiet li għall-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, l-ajruport seta' jistenna dħul ajrunawtiku ta' EUR […]. Il-Kummissjoni ssib li dan ir-riżultat huwa sod.

(89)

Id-dħul mhux ajrunawtiku għal kull passiġġier jiġi kkalkolat abbażi tax-xenarju tan-nofs tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' FLG. F'konformità mal-projezzjonijiet għas-sena 2010, dan jassumi li d-dħul mhux ajrunawtiku se jibqa' f'madwar […] tad-dħul ajrunawtiku (34). Dan jinkludi, pereżempju, dħul minn ħwienet u ristoranti, u dħul mill-parkeġġ. Oxera tagħti l-istima li d-dħul minn negozju mhux ajrunawtiku jammonta għal EUR […].

(90)

Rigward il-kalkolu tal-kostijiet inkrementali, skont il-prattika tal-Kummissjoni, iridu jitqiesu l-kostijiet kollha mġarrba mill-ajruport relatati mal-attivitajiet tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Dawn il-kostijiet inkrementali jistgħu jinkludu l-kategoriji kollha ta' spejjeż jew kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, bħal kostijiet inkrementali marbuta mal-persunal u mat-tagħmir ikkawżati mill-preżenza tal-linja tal-ajru fl-ajruport (35).

(91)

Skont il-prattika tal-Kummissjoni, il-kostijiet li l-ajruport ikollu jħallas xorta waħda, irrispettivament mill-arranġament li jkun sar mal-linja tal-ajru, ma għandhomx jitqiesu fit-test tal-MEO (36).

(92)

F'konformità ma' dan l-approċċ, Oxera tqis il-kostijiet operatorji u ta' kummerċjalizzazzjoni inkrimentali.

(93)

Il-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni jirriżultaw mill-Ftehim tal-2000, li jinżammu fl-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, u jiżdiedu permezz tal-ħlasijiet għall-kummerċjalizzazzjoni matul il-perjodu ta' validità tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 bejn it-28 ta' Marzu u t-30 ta' Ottubru 2010:

Tabella 3

Skeda tal-ħlasijiet għall-kummerċjalizzazzjoni għal kull passiġġier li jitlaq fl-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1

Ħlasijiet għall-kummerċjalizzazzjoni għal kull passiġġier li jitlaq jekk:

Inqas minn 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa

18-il rotazzjoni jew aktar fil-ġimgħa

EUR […]

EUR […]

(94)

Peress li l-previżjoni tal-għadd ta' rotazzjonijiet qabżet it-18 fil-ġimgħa, il-ħlasijiet għall-kummerċjalizzazzjoni kienu bbażati fuq l-ammont ta' EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq. Sabiex jiġu kkalkolati l-ħlasijiet għall-kummerċjalizzazzjoni totali, dawn il-ħlasijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ġew immoltiplikati bit-tbassir rispettiv tal-għadd ta' passiġġieri ta' Ryanar li jitilqu. Il-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni inkrementali mistennija għall-perjodu ta' bejn Marzu u Ottubru 2010 ġew ikkalkolati li jammontaw għal EUR […].

(95)

Il-kostijiet operatorji inkrementali ġew stmati abbażi ta' analiżi ta' rigressjoni li identifikat l-impatt ta' bidla fl-għadd ta' passiġġieri totali fuq il-kostijiet operatorji tal-ajruport. Madankollu, bħalma jseħħ fix-xenarju tan-nofs, il-previżjoni annwali tal-kostijiet operatorji tvarja minn sena għal sena iżda l-previżjoni tal-passiġġieri ma tvarjax, għalhekk Oxera ma setgħetx twettaq analiżi ta' rigressjoni bbażata fuq dan ix-xenarju. Minflok, Oxera kkalkolat il-kostijiet operatorji inkrementali permezz tal-istimi medji mill-aħjar xenarju u mill-agħar xenarju sabiex tiżgura approċċ konservattiv. Kostijiet operatorji inkrementali stmati minn Oxera ta' EUR […].

(96)

Meta jitqies is-sehem ta' Ryanair ta' madwar 90 % tat-traffiku fl-ajruport ta' Lübeck fil-mument meta ġie konkluż il-ftehim, il-Kummissjoni ssib li dan l-approċċ huwa sod.

(97)

Fil-kalkoli tal-profitabbiltà inkrementali tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 ma jiġu inklużi l-ebda kostijiet ta' deprezzament (kostijiet ta' investiment).

(98)

Għall-kalkoli tagħha, Oxera użat rata ta' skont ta' 2,24 %, li tikkorrispondi għar-rata ta' referenza tal-Kummissjoni flimkien ma' 100 punt bażi. Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata ta' skont ta' 10 % aktarx tkun eqreb għall-medja ppeżata tal-kostijiet tal-kapital ta' MEO milli għar-rata ta' referenza flimkien ma' 100 punt bażi. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li verifika tas-sensittività li saret minn Oxera turi li l-valur preżenti nett xorta jkun pożittiv f'EUR […] meta tintuża rata ta' skont ta' 10 %.

(99)

Barra minn hekk, Oxera wettqet verifika tas-sensittività li tqis xenarji differenti, fost oħrajn:

(a)

Kalkolu b'rata ta' skont ta' 10 % (VPN pożittiv f'EUR […]);

(b)

Użu tan-numri ta' passiġġieri ex post reali ta' Ryanair minflok in-numri ta' passiġġieri ex ante, li ġew ikkunsidrati fix-xenarju tan-nofs tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (VPN pożittiv f'EUR […]);

(c)

Użu tal-kostijiet operatorji dderivati minn data reali ta' FLG tas-snin 2000 sa 2010, minflok il-kostijiet ikkunsidrati fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (VPN pożittiv f'EUR […]).

(100)

Għat-test tal-MEO, l-istimi ex ante bbażati fuq id-data li kienu magħrufa u mistennija fil-mument li ttieħdet id-deċiżjoni biss huma rilevanti. Madankollu, il-valutazzjoni bbażata fuq data ex post tista' ssostni l-validazzjoni tas-suppożizzjonijiet li saru biex jiġu ddeterminati d-dħul u l-kostijiet mistennija ex ante.

(101)

Skont Oxera, fix-xenarji kollha deskritti hawn fuq, il-valur preżenti nett jibqa' pożittiv.

(102)

Barra minn hekk, Oxera wettqet analiżi tas-sensittività addizzjonali li kkunsidrat il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS tad-29 ta' Marzu 2010.

(103)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u l-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2010 bejn FLG u AMS ġew iffirmati fl-istess data u għandhom l-istess perjodu kuntrattwali. AMS hija sussidjarja li tappartjeni kompletament għal Ryanair u d-diretturi tagħha huma eżekuttivi għolja ta' Ryanair. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li Ryanair u AMS jikkostitwixxu entità ekonomika waħda fis-sens li AMS taġixxi f'konformità mal-interessi ta' Ryanair u taħt il-kontroll tagħha, u l-profitti li tiġġenera huma destinati għal Ryanair, fil-forma ta' dividendi jew ta' żieda fil-valur tal-kumpanija. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u l-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2010 bħala konklużi bejn l-istess partijiet. Barra minn hekk, il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2010 jistqarr li huwa msejjes fl-impenn ta' Ryanair li topera rotot minn/lejn Lübeck. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u l-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2010 bħala li jagħmlu parti mill-istess tranżazzjoni kummerċjali. Is-sempliċi fatt li FLG ikkonkludiet il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma' AMS u mhux ma' Ryanair ma jistax jipprevjeni wieħed milli jqis li kuntratt tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u kuntratt tas-servizzi tal-ajruport konklużi fl-istess ħin jiffurmaw tranżazzjoni waħda.

(104)

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-profitabbiltà taż-żewġ ftehimiet għandha tiġi kkunsidrata b'mod konġunt.

(105)

L-analiżi tar-riskju ta' Oxera turi li jekk il-ħlas ta' EUR […] miftiehem minn FLG skont il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2010 ma' AMS jiġi inkluż fil-kalkolu, il-PVN jibqa' pożittiv f'EUR […]. Il-ftehim ma' AMS għalhekk għandu biss influwenza baxxa fuq il-profitabbiltà tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1.

(106)

Wara valutazzjoni fil-fond tar-rapporti ta' Oxera, il-Kummissjoni temmen li r-riżultati ppreżentati huma raġonevoli u li l-metodoloġija użata hija soda. Din is-sejba tiġi sostnuta mill-fatt li r-rapporti huma bbażati biss fuq informazzjoni ex ante li kienet disponibbli fil-mument meta ġie ffirmat il-ftehim. Barra minn dan, l-analiżi tas-sensittività li saret minn Oxera tivvalida s-suppożizzjoni ta' valur preżenti nett pożittiv.

(107)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li minn perspettiva ex ante, l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 aktarx kienet se tkun ta' profitt. B'mod simili, peress li l-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom il-ħsieb li jattiraw aktar passiġġieri, il-ftehim jista' jiġi kkunsidrat ukoll li jagħmel parti mill-implimentazzjoni ta' strateġija ġenerali li twassal għall-profitabbiltà mill-inqas fuq perjodu ta' żmien twil.

6.2.4.   Valutazzjoni tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2

(108)

Meta jitqiesu l-ispjegazzjonijiet taħt it-Taqsima 6.2.2, MEO jkun ivvaluta il-kostijiet u d-dħul inkrimentali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehim, jiġifieri mill-31 ta' Ottubru 2010 sal-1 ta' Novembru 2013.

(109)

Il-kalkoli li saru minn Oxera fir-rigward tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 isegwu l-istess metodoloġija bħall-kalkoli għall-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1.

(110)

It-Tabella 4 turi li d-dħul li jirriżulta mill-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 kien mistenni li jaqbeż il-kostijiet, li jwassal għal eċċess ta' EUR […] fix-xenarju li ġie kkalkolat minn Oxera.

Tabella 4

Analiżi tal-profitabbiltà inkrementali tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2

Analiżi tal-profitabbiltà tal-Ittra ta' Akkumpanjament 2 għall-Ftehim tas-Servizzi tal-Ajruport bejn Lübeck u Ryanair

 

Nota:

 

 

 

 

 

Unitajiet

 

 

 

 

Rata ta' skont li qed tintuża

%

(…)

 

 

 

Rata tat-tkabbir

%

2,70

 

 

 

Tul tal-kuntratt

snin

3,0

 

 

 

Probabbiltà li l-kuntratt jiġġedded

 

30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ittra ta' Akkumpanjament 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ittra ta' Akkumpanjament 2 effettiva minn

 

31.10.2010

 

 

 

Sena tal-bidu tal-kuntratt

sena

2010

 

 

 

Aġġustament tad-data tal-bidu tal-kuntratt

%

17,0

 

 

 

Ittra ta' Akkumpanjament 2 effettiva sa

 

1.11.2013

 

 

 

Sena tat-tmiem tal-kuntratt

sena

2013

 

 

 

Aġġustament tad-data tat-tmiem tal-kuntratt

%

83,6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tad-data tal-bidu kkombinat

%

76,4

 

 

 

Proporzjon tal-2010 meta l-ftehim kien fis-seħħ

%

22,2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħlasijiet għall-Kummerċjalizzazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għal kull ribass għall-kummerċjalizzazzjoni ta' Dpax jekk ikun hemm 17-il rotazzjoni jew inqas fil-ġimgħa:

EUR/DPAX

(…)

 

 

 

Għal kull ribass għall-kummerċjalizzazzjoni ta' Dpax jekk ikun hemm 18-il rotazzjoni jew aktar fil-ġimgħa:

EUR/DPAX

(…)

 

 

 

Għadd ta' limitu ta' rotazzjonijiet fil-ġimgħa

ATM

18,00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rotazzjonijiet ta' Ryanair fis-sena

ATM

1 779

 

 

 

Rotazzjonijiet ta' Ryanair fil-ġimgħa

ATM

34

 

 

 

Ribass tal-kummerċjalizzazzjoni (EUR għal kull DPAX)

EUR/DPAX

(…)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Profitabbiltà

 

2010

2011

2012

2013

 

 

 

 

 

 

Aġġustament tad-data

%

22

100

100

100

 

 

 

 

 

 

Ryanair DPAX

DPAX

(…)

(…)

(…)

(…)

DPAX totali

DPAX

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

ATMs ta' Ryanair

ATM

302

1 779

1 779

1 487

ATMs totali

ATM

331

1 951

1 951

1 630

 

 

 

 

 

 

Dħul

 

 

 

 

 

Imposta fuq is-sigurtà tal-passiġġieri

EUR/DPAX

0

0

0

0

Imposti għall-ġestjoni tar-rampa

EUR/TA

(…)

(…)

(…)

(…)

Tariffa għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri

EUR/DPAX

(…)

(…)

(…)

(…)

Tariffa għas-sigurtà tal-ajruport

EUR/DPAX

0

0

0

0

Dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul mhux relatat mal-avjazzjoni

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul Totali

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

Kostijiet

 

 

 

 

 

OPEX

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

Kummerċjalizzazzjoni

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

Kummerċjalizzazzjoni ta' AMS

f'eluf ta' EUR

0

0

0

0

Deprezzament

f'eluf ta' EUR

0

(…)

(…)

(…)

Kostijiet totali

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

Fluss tal-flus nett

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

Valur Finali

f'eluf ta' EUR

0

0

0

0

Flussi tal-flus totali

f'eluf ta' EUR

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

Numru ta' snin meta l-fluss tal-flus huwa dovut

snin

0,2

1,2

2,2

3,0

Fattur ta' skont

n/a

(…)

(…)

(…)

(…)

VPN

f'eluf ta' EUR

(…)

 

 

 

VPN

f'miljuni ta' EUR

(…)

 

 

 

Sors: Rapport ta' Oxera, Risposta għat-talba tal-Kummissjoni Ewropea, is-6 ta' Ottubru 2017.

(111)

Oxera ssottomettiet li abbażi tal-imposti stipulati fil-Ftehim tal-2000 u fl-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2, l-ajruport seta' jistenna dħul ajrunawtiku ta' total ta' EUR […]. Fir-rigward tad-dħul mhux ajrunawtiku, għal darb'oħra Oxera ddependiet fuq l-informazzjoni mix-xenarju tan-nofs tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' FLG li jbassar li d-dħul se jibqa' fil-livell tal-2010, u dħul stmat ta' EUR […].

(112)

Billi ssegwi l-istess approċċ, Oxera stmat li l-kostijiet operatorji inkrementali totali kienu EUR […]. Il-kalkolu tal-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni kien ibbażat fuq it-termini tal-Ftehim tal-2000 orġinali, immoltiplikat bil-previżjonijiet rispettivi tal-għadd ta' passiġġieri ta' Ryanair li jitilqu.

(113)

Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi 82 sa 96 hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-approċċ ta' Oxera huwa sod.

(114)

Il-Kummissjoni tinnota li fil-kalkolu tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2, Oxera inkludiet kostijiet tal-investiment, li jikkonsistu minn proporzjon relatat mal-passiġġieri tal-kostijiet ta' deprezzament. Il-kostijiet jiġu stmati permezz ta' analiżi ta' rigressjoni tal-investimenti ppjanati u n-numri tal-passiġġieri mistennija skont il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.

(115)

Il-Kummissjoni tinnota li skont ix-xenarju tan-nofs tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2010 ta' FLG, l-ebda investiment ma kien speċifiku għal Ryanair iżda potenzjalment dawn setgħu jiġu sfruttati minn linji tal-ajru oħra. Dan jindika li l-kostijiet ta' investiment ma kellhomx bżonn jiġu inklużi fil-kostijiet inkrementali tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja saħqet li FLG ippruvat bla heda tattira linji tal-ajru oħra u rnexxielha tagħmel dan għaliex Wizz Air kienet qed topera wkoll mill-ajruport. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Ftehimiet tal-2010 ma kinux jeħtieġu li FLG tagħmel investimenti.

(116)

Fid-dawl ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex raġonevoli li l-investimenti li saru fl-ajruport ta' Lübeck jiġu attribwiti mal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li anki jekk il-kostijiet tal-investiment ikunu ġew attribwiti għall-ftehim, il-VPN mistenni xorta kien pożittiv, fejn jammonta għal EUR […].

(117)

Barra minn hekk, l-analiżi tas-sensittività li saret minn Oxera turi VPN pożittiv fix-xenarji li ġejjin:

(a)

Kalkolu b'rata ta' skont ta' 10 % (VPN pożittiv f'EUR […]);

(b)

Użu tan-numri ta' passiġġieri ex post reali ta' Ryanair minflok in-numri ta' passiġġieri ex ante, li ġew ikkunsidrati fix-xenarju tan-nofs tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (VPN pożittiv f'EUR […]);

(c)

Użu tal-kostijiet operatorji dderivati minn data reali ta' FLG tas-snin 2000 sa 2010 (37), minflok il-kostijiet ikkunsidrati fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (VPN pożittiv f'EUR […]).

(118)

F'dak ir-rigward, id-dikjarazzjonijiet preċedenti fil-premessi 98 sa 101 japplikaw ukoll għall-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2.

(119)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li minn perspettiva ex ante, l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 aktarx kienet se tkun ta' profitt. B'mod simili, fid-dawl tal-kontribuzzjoni pożittiva ċara, il-ftehim jista' jiġi kkunsidrat ukoll li jagħmel parti mill-implimentazzjoni ta' strateġija ġenerali li twassal għall-profitabbiltà mill-inqas fuq perjodu ta' żmien twil.

6.2.5.   Riżultat tal-valutazzjoni

(120)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, Il-Kummissjoni tikkunsidra li FLG setgħet tistenna redditu inkrementali pożittiv fuq il-Ftehimiet tal-2010 ma' Ryanair.

(121)

Barra minn hekk, seta' jiġi mistenni wkoll li l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 tkun ta' profitt b'mod inkrementali, anki meta jitqies il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS.

(122)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li FLG aġixxiet bħala MEO meta kkonkludiet il-Ftehimiet tal-2010 ma' Ryanair. Għalhekk, dawn il-ftehimiet ma jagħtux vantaġġ ekonomiku li Ryanair ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

7.   KONKLUŻJONI

(123)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010 ma jagħtux vantaġġ ekonomiku lil Ryanair. Għalhekk, la l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u lanqas l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 ma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 tad-29 ta' Marzu 2010 konkluża bejn Ryanair Ltd u Flughafen Lübeck GmbH ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 2

L-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 tal-31 ta' Ottubru 2010 konkluża bejn Ryanair Ltd u Flughafen Lübeck GmbH ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 241, 10.8.2012, p. 56.

(2)  ĠU C 287, 29.11.2007, p. 27.

(3)  ĠU C 295, 7.12.2007, p. 29.

(4)  SGF hija organizzazzjoni nongovernattiva rreġistrata skont ir-regoli tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

(5)  Qabel il-ftuħ, il-miżuri ġew investigati fil-każijiet CP 31/2009 (SA.27585) u CP 162/2010 (SA.31149).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.27585 u SA.31149 (2012/C) (ex NN/2011, ex CP 31/2009 u CP 162/2010) Għajnuna allegata mill-Istat mogħtija lill-ajruport ta'Lübeck, Infratil u l-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (Ryanair, Wizz Air u oħrajn) – il-Ġermanja – Stedina biex jitressqu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat (ĠU C 241, 10.8.2012, p. 56).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2336 tas-7 ta' Frar 2017, SA.21877 (C 24/2007), SA.27585 (2012/C) u SA.31149 (2012/C) – il-Ġermanja – Għajnuna allegata mill-Istat lil Flughafen Lübeck GmbH, lil Infratil Limited, lil Ryanair u lil linji tal-ajru oħra li jużaw l-ajruport (ĠU L 339, 19.12.2017, p. 1).

(8)  Ara l-Premessa 186 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/2336.

(9)  Rapport ta' Oxera, Valutazzjoni Ekonomika tal-Prinċipju tal-Operatur fl-Ekonomija tas-Suq (MEOP): Ajruport ta' Lübeck, 6 ta' Frar 2015.

(10)  Take-Off Konzept – Flughafen Lübeck GmbH, 21 ta' Diċembru 2009, p. 23.

(*1)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(11)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2010, Bundesverband deutscher Banken v Commission (“Helaba I”), T-163/05, ECLI:EU:T:2010:59.

(12)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.

(13)  Rapport ta' Oxera, Valutazzjoni Ekonomika tal-MEOP: Ajruport ta' Lübeck, 6 ta' Frar 2015; Rapport ta' Oxera, Risposta għat-talba tal-Kummissjoni Ewropea, 6 ta' Ottubru 2017.

(14)  Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1996, Syndicat français de l'Express international (SFEI) u Oħrajn vs La Poste u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafu 60.

(15)  Ibid.

(16)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(17)  Ara l-punt 53 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(18)  Ara l-punt 59 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(19)  Ara l-Premessi 88 u 89 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) - Is-Slovakkja – Ftehim bejn l-Ajruport ta' Bratislava u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24).

(20)  Ara, fir-rigward tal-parametraġġ referenzjarju b'referenza għall-profitabbiltà (meta mqabbel mal-ipprezzar) fis-settur, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Lulju 2014, Ir-Renju ta' Spanja u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda T-319/12 u T-321/12, ECLI:EU:T:2014:604, il-paragrafu 44.

(21)  Għall-kirterji ulterjuri li għandhom jiġu vvalutati, ara l-punt 60 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(22)  Ara l-punti 61 u 63 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(23)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta' Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109).

(24)  Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 1998, BP Chemicals Limited vs il-Kummissjoni (“BP Chemicals”), T-11/95, ECLI:UE:T:1998:199, il-paragrafi 170 u 171; Il-Premessi 14 sa 33 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35378 (2012/N) – il-Ġermanja– Finanzjament tal-Ajruport ta' Berlin Brandenburg (ĠU C 36, 8.2.2013, p. 10).

(25)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 71.

(26)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2008, Ryanair Ltd vs il-Kummissjoni, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585, il-paragrafu 59.

(27)  Ara l-punt 63 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(28)  Rapport ta' Oxera, Valutazzjoni Ekonomika tal-MEOP: Ajruport ta' Lübeck, is-6 ta' Frar 2015; Rapport ta' Oxera, Risposta għat-talba tal-Kummissjoni Ewropea, is-6 ta' Ottubru 2017.

(29)  Flughafen Lübeck – Fortschreibung des Takeoff-Konzepts inkl. Business- und Investitionsplanung, l-10 ta' Marzu 2010.

(30)  Ara Take-OFF Konzept - Flughafen Lübeck GmbH tal-21 ta' Diċembru 2009. Din is-suppożizzjoni hija konformi wkoll ma' ittra sottomessa minn Ryanair indirizzata lejn FLG fl-2009, li tistqarr impenji differenti ta' Ryanair fir-rigward ta' kooperazzjoni futura.

(31)  Skont ir-rapport ta' Oxera tas-6 ta' Frar 2015, il-valur preżenti nett taż-żewġ ittri ta' akkumpanjament ukoll huwa pożittiv, jekk il-projezzjonijiet ikunu bbażati fuq l-aħjar xenarju tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.

(32)  Ara l-punt 64 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(33)  Ibid.

(34)  Il-Kummissjoni tinnota li dan ir-riżultat jassumi żieda ta' dħul mhux ajrunawtiku għal kull passiġġier minn madwar […] tad-dħul ajrunawtiku, li ntużat bħala l-bażi għall-Ftehim tal-2000, għal madwar […] fl-2010. Il-Kummissjoni ssib li din is-suppożizzjoni hija raġonevoli, meta jitqies it-tkabbir tan-negozju fl-ajruport ta' Lübeck wara s-sena 2000.

(35)  Ara l-Punt 64 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(36)  Ara l-Punt 64 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014; Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1226 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta' Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 48); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1584 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.23098 (C 37/07) (ex NN 36/07) implimentata mill-Italja favur is-Società di Gestione dell'Aeroporto di Alghero So.Ge.A.AL S.p.A. u diversi trasportaturi tal-ajru li joperaw fl-ajruport ta' Alghero (ĠU L 250, 25.9.2015, p. 38); Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2069 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.14093 (C76/2002) li l-Belġju implimenta favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair (ĠU L 325, 30.11.2016, p. 63).

(37)  Skont Oxera, ma setgħetx tinkiseb data minn FLG li tkopri l-perjodu ta' wara l-2010.


Top