Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1110

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1110 tat-3 ta' Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, jew li jikkonsistu minnu jew huma magħmulin minnu, u l-qamħirrum immodifikat ġenetikament magħmul minn taħlitiet ta' tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE (notifikata bid-dokument C(2018) 4937) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/4973

    ĠU L 203, 10.8.2018, p. 13–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/02/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1110/oj

    10.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 203/13


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1110

    tat-3 ta' Awwissu 2018

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, jew li jikkonsistu minnu jew huma magħmulin minnu, u l-qamħirrum immodifikat ġenetikament magħmul minn taħlitiet ta' tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE

    (notifikata bid-dokument C(2018) 4937)

    (It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-3 ta' Frar 2011, il-Pioneer Overseas Corporation ressqet applikazzjoni f'isem il-Pioneer Hi-Bred International Inc., tal-Istati Uniti, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u ta' għalf li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament 1507 × 59122 × MON 810 × NK603 jew li jikkonsisti minnu, jew li huwa magħmul minnu, lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands (“l-applikazzjoni”), bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, jew li jikkonsistu minnu għal użi li mhumiex dawk tal-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    (2)

    Barra minn hekk, l-applikazzjoni kienet tkopri għaxar taħlitiet sekondarji tal-eventi ta' trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, li ħamsa minnhom kienu diġà awtorizzati. Tmienja minn dawk it-taħlitiet sekondarji huma rregolati minn din id-Deċiżjoni. Iż-żewġ taħlitiet sekondarji li mhumiex koperti huma l-1507 × NK603, li hija awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/703/KE (2), u l-NK603 × MON 810, li hija awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/701/KE (3).

    (3)

    It-taħlitiet sekondarji 59122 × 1507 × NK603 u 59122 × NK603 kienu diġà awtorizzati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/428/UE (4) u 2009/815/KE (5) rispettivament. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-Pioneer Overseas Corporation, talab li l-Kummissjoni tħassar dawk id-Deċiżjonijiet preċedenti meta tadotta din id-Deċiżjoni, u talbet li jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (4)

    It-taħlita sekondarja1507 × 59122 kienet diġà awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/432/UE (6). Id-Dow Agro Sciences Ltd, li kienet kodetentur tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum 1507 × 59122, talbet li tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha lill-Pioneer Overseas Corporation, permezz ta' ittra bid-data tat-28 ta' Jannar 2018. F'ittra bid-data tas-26 ta' Jannar 2018, il-Pioneer Overseas Corporation uriet li taqbel ma' dan it-trasferiment u talbet lill-Kummissjoni biex tħassar id-Deċiżjoni 2010/432/UE meta tadotta din id-Deċiżjoni, u biex iddaħħal l-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum 1507 × 59122 fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.

    (5)

    B'konformità mal-Artikolu 5(5) u mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji li twettqet bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u l-konklużjonijiet tagħha, u l-informazzjoni meħtieġa mill-Annessi III u IV ta' dik id-Direttiva. Kien fiha wkoll pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali stabbilit fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    (6)

    Fit-28 ta' Novembru 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni favorevoli bi qbil mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (8). L-Awtorità kkonkludiet li fil-kuntest tal-ambitu tal-applikazzjoni, il-qamħirrum immodifikat ġenetikament 1507 × 59122 × MON 810 × NK603 huwa san u nutrittiv daqs il-komparatur li mhuwiex immodifikat ġenetikament. Ma ġiex identifikat tħassib ġdid dwar kemm huma sani l-ħames taħlitiet sekondarji li kienu vvalutati preċedentement (59122 × 1507 × NK603, 1507 × 59122, 59122 × NK603, 1507 × NK603 u NK603 × MON 810) u l-konklużjonijiet preċedenti dwar dawn it-taħlitiet sekondarji għadhom validi.

    (7)

    Dwar il-ħames taħlitiet sekondarji li jifdal (1507 × 59122 × MON 810, 1507 × MON 810 × NK603, 59122 × MON 810 × NK603, 1507 × MON 810 u 59122 × MON 810), l-Awtorità kkonkludiet li huwa mistenni li dawn ikunu sani daqs l-eventi uniċi tal-qamħirrum 1507, 59122, MON 810 u NK603, daqs il-ħames taħlitiet sekondarji li kienu ġew ivvalutati qabel, u daqs il-qamħirrum idderivat minn erba' eventi ta' trasformazzjoni 1507 × 59122 × MON 810 × NK603.

    (8)

    Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u l-kwistjonijiet speċifiċi li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif previst fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (9)

    L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ssottomettew l-applikanti, u li jikkonsisti minn pjan ta' sorveljanza ġenerali, jaqbel mal-użi maħsuba tal-prodotti.

    (10)

    Meta jitqies dan kollu, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, jew li jkunu jikkonsistu minnu jew magħmulin minnu, u t-tmien taħlitiet sekondarji ta' dan, li jikkonsistu minn: erba' taħlitiet sekondarji ta' tliet eventi (1507 × 59122 × MON 810, 59122 × 1507 × NK603, 1507 × MON 810 × NK603 u 59122 × MON 810 × NK603) u erba' taħlitiet sekondarji ta' żewġ eventi (1507 × 59122, 1507 × MON 810, 59122 × MON 810 u 59122 × NK603) li huma elenkati fl-applikazzjoni, jeħtieġ li jiġu awtorizzati.

    (11)

    Fl-interess tas-simplifikazzjoni jenħtieġ li jitħassru d-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE.

    (12)

    Irid jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu mmodifikat ġenetikament (“GMO”) kopert minn din id-Deċiżjoni bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (9). Jenħtieġ li l-identifikaturi uniċi li ġew assenjati bid-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE jibqgħu jintużaw.

    (13)

    Skont l-opinjoni tal-Awtorità, ma jidhirx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar għall-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni, għajr dawk li huma stabbiliti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Madankollu, biex ikun żgurat li l-użu ta' dawk il-prodotti jibqa' fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b'din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar tal-prodotti koperti b'din id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ikel, irid jinżiedlu indikazzjoni ċara li l-prodotti kkonċernati mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

    (14)

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni kull sena jrid jippreżenta r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali u dwar ir-riżultati. Dawk ir-riżultati jenħtieġ li jitressqu skont ir-rekwiżiti standard għall-format tar-rappurtar li huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (11).

    (15)

    L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta' xi ekosistemi jew ambjenti jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (16)

    L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti trid tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf immodifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (17)

    Din id-Deċiżjoni trid tiġi nnotifikata lill-partijiet fil-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, permezz tal-Biosafety Clearing-House, skont l-Artikoli 9(1) u 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

    (18)

    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu. Dan l-att ta' implimentazzjoni tqies li hu meħtieġ u l-President ressqu quddiem il-Kumitat tal-Appell biex jitkomplew id-diskussjonijiet dwaru. Il-kumitat tal-appell ma tax l-opinjoni tiegħu,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-organiżmi mmodifikati ġenetikament u l-identifikaturi uniċi

    L-identifikaturi uniċi li ġejjin huma assenjati għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:

    (a)

    l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507 × 59122 × MON 810 × NK603;

    (b)

    l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507 × 59122 × MON 810;

    (c)

    l-identifikatur uniku DAS-59122-7 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 59122 × 1507 × NK603;

    (d)

    l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507 × MON 810 × NK603;

    (e)

    l-identifikatur uniku DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 59122 × MON 810 × NK603;

    (f)

    l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507 × 59122;

    (g)

    l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ81Ø-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507 × MON 810;

    (h)

    l-identifikatur uniku DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 59122 × MON 810;

    (i)

    l-identifikatur uniku DAS-59122-7 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) 59122 × NK603.

    Artikolu 2

    Awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

    (a)

    ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 1, li huma magħmulin minnu, jew li huma prodotti minnu;

    (b)

    għalf li fih il-qamħirrum immodifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 1, li hu magħmul minnu, jew li hu prodott minnu;

    (c)

    il-qamħirrum immodifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 1 fi prodotti li fihom dan il-qamħirrum jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b) ta' dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    Tikkettar

    1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    2.   Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 1, jew li jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel.

    Artikolu 4

    Metodu ta' detezzjoni

    Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum immodifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 1.

    Artikolu 5

    Monitoraġġ għall-effetti ambjentali

    1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif hemm stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni, bi qbil mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

    Artikolu 6

    Reġistru Komunitarju

    L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 7

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Pioneer Hi-Bred International, Inc., tal-Istati Uniti, irrappreżentata mill-Pioneer Overseas Corporation tal-Belġju.

    Artikolu 8

    Tħassir

    Id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE huma b'dan imħassra.

    Artikolu 9

    Validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 10

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

    Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, 1040 Brussell — il-Belġju;

    Dow Agro Sciences Ltd, European Development Centre, 3B Park Square, Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Awwissu 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/703/KE tal-24 ta' Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507×NK603 (DAS-Ø15Ø7-1×MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 285, 31.10.2007, p. 47).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/701/KE tal-24 ta' Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament NK603×MON810 (MON-ØØ6Ø3-6×MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 285, 31.10.2007, p. 37).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/428/UE tat-28 ta' Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament 59122×1507×NK603 (DAS-59122-7×DAS-Ø15Ø7-1×MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 41).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/815/KE tat-30 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament 59122×NK603 (DAS-59122-7×MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 29).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/432/UE tat-28 ta' Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 1507×59122 (DAS-Ø15Ø7-1×DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 4.8.2010, p. 11).

    (7)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

    (8)  EFSA GMO Panel (Il-Bord tal-EFSA dwar l-organiżmi mmodifikati ġenetikament), 2017. Scientific opinion on the assessment of genetically modified maize 1507 × 59122 × MON810 × NK603 and subcombinations, for food and feed uses, under Regulation (KE) Nru 1829/2003 (application EFSA-GMO-NL-2011-92). EFSA Journal 2017;15(11):5000, 29 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.5000

    (9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta' identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

    (10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta' prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

    (11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

    (12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


    ANNESS

    (a)

    Applikant u Detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    Pioneer Hi-Bred International, Inc.

    Indirizz

    :

    7100 NW 62nd Avenue, P.O. Box 1014, Johnston, IA 50131-1014, l-Istati Uniti tal-Amerka.

    Irrappreżentata minn Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju.

    (b)

    Denominazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1)

    l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) imsemmi fil-punt (e), li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu;

    (2)

    l-għalf li fih il-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e), li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun magħmul minnu;

    (3)

    il-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e) fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li huma magħmulin minnu għall-użi għajr dawk stipulati fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    il-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1 jesprimi l-proteina Cry1F li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara lepidotteri u l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi tal-ammonju tal-glufosinat.

    il-qamħirrum DAS-59122-7 jesprimi l-proteini Cry34Ab1 u Cry35Ab1 li jagħtu protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta' ħsara koleotteri u l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi tal-ammonju tal-glufosinat.

    Il-qamħirrum MON-ØØ81Ø-6 jesprimi l-proteina Cry1Ab li tagħti protezzjoni minn ċerti pesti lepidopteri.

    Il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 jesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glifosat.

    (c)

    Tikkettar:

    (1)

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

    (2)

    Fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom l-qamħirrum imsemmi fil-punt (e) jew li jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

    (d)

    Metodu għad-detezzjoni:

    (1)

    Il-metodi ta' detezzjoni kwantitattivi speċifiċi għall-eventi bbażati fuq il-PCR għall-qamħirrum 1507 × 59122 × MON 810 × NK603 huma dawk ivvalidati għall-eventi tal-qamħ immodifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7-1, DAS-59122-7, MON-ØØ81Ø-6 u MON-ØØ6Ø3-6.

    (2)

    Ivvalidati mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;

    (3)

    Materjal ta' Referenza: ERM®-BF418 (for DAS-Ø15Ø7-1), ERM®-BF424 (għal DAS-59122-7), ERM®-BF413 (għalMON-ØØ81Ø-6) u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) jinstabu permezz tas-sit web taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fuq https://ec.europa.eu/jrc/en/reference-materials/catalogue/

    (e)

    Identifikaturi uniċi:

     

    DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6;

     

    DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6;

     

    DAS-59122-7 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6;

     

    DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6;

     

    DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6;

     

    DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7;

     

    DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ81Ø-6;

     

    DAS-59122-7 × MON-ØØ81Ø-6;

     

    DAS-59122-7 × MON-ØØ6Ø3-6.

    (f)

    Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    [Biosafety Clearing-House, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf immodifikati ġenetikament meta jiġi nnotifikat].

    (g)

    Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġjar tal-prodotti, jew restrizzjonijiet fuqhom:

    Mhux meħtieġa.

    (h)

    Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

    Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    [Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf immodifikati ġenetikament]

    (i)

    Rekwiżiti għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

    Mhux meħtieġa.

    Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament.


    Top