Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1107

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1107 tal-20 ta' Lulju 2018 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra

ST/10209/2012/REV/1

ĠU L 203, 10.8.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1107/oj

Related international agreement

10.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1107

tal-20 ta' Lulju 2018

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-11 ta' Mejju 2012, suġġett għall-possibbiltà li jiġi konkluż f'data iktar tard.

(2)

Jenħtieġ li dan il-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, flimkien mal-Annessi u d-dikjarazzjoni magħmula unilateralment mill-Unjoni, annessa mal-Att Finali, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjonijagħti n-notifika, prevista fl-Artikolu 116 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  Approvazzjoni tal-4 ta' Lulju 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 204 tal-31 ta' Lulju 2012, p. 20 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top